Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Kappell jiġik Dan kien ieħor jistenna fuq l-ixkaffa, u li l-kitba tar- reċensjonijiet fl-aħħar ħajritini naqrah. Dawra fuq l-internet ma tagħtikx wisq dwar il-ktieb jew kif intlaqa', imma dan ir- rumanz tal-2017 kont smajt dwaru minn fuq il-blogg, issa rieqed, tar-reċensur misterjuż The Maltese Reader (li kont ktibt dwaru qisu sitt xhur ilu). Bħal bosta kotba li joħorġu Malta, għaddew ħames snin minn ħruġ dar-rumanz u għadu jinstab fil-ħwienet u għand id-distributuri. Storja tajba, speċjalment bħala idea, imma wkoll fl-iżvilupp tal-livelli ewlenin tan-nisġa li jżommu lill-qarrej interessat, minkejja mumenti li setgħu nħadmu aħjar. Imma mhuwiex proprja l-punt: hija storja rari dik irrakkuntata f 'Patria (Klabb Kotba Maltin, 2017), li taqbad l-aspetti ewlenin tad-dibattiti ta' dawn l-aħħar snin dwar l-immigrazzjoni u r-razziżmu u tagħtihom laqta rari fejn il- protagonisti, donnhom bil- barka espliċita tan-narratur, jaqtgħuha li jieħdu l-liġi f 'idejhom u joqtlu lil kampjuni sterjotipiċi ta' razzisti li kull Malti kapaċi jagħraf, minn dawk li jkebbsu n-nirien minn fuq il- midja soċjali sa dawk li n-nar jaslu biex tassew jużawh. Nuqqas ieħor, u did- darba jista' jkun minħabba l-ħin limitat li l-pubblikaturi Maltin – affaċċjati bħal ma jkunu minn limitazzjonijiet oġġettivi – jagħtu lill-edizzjoni u lill-viżjoni kumplessiva tar- rumanz, hija li n-narratur huwa, mill-bidunett, trasparenti u skjerat għall-aħħar. Taf ma' min iżomm, essenzjalment taf x'ġej, jagħti gratwitament il-kummenti tiegħu dwar il- karattri negattivi tan-nisġa. Madankollu, u minkejja dawn l-għeltijiet stilistiċi, dan ktieb li ħaqqu jinqara forsi għall-proġett li huwa, lil hinn mill-valur letterarju per se. L-ewwelnett, il-ħeffa tal-lingwaġġ u l-attitudni lejn ir-rakkont ta' storja żżommok hija waħda neċessarja ħafna, anki għall- industrija tal-kotba: nimmaġina Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022