Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 Mark Vella jsib ħafna spunti uniċi f'Patria ta' Gabriel Schembri, rumanz li jidħol bir-ras għall-problema tar-razziżmu u li ma jiddejjaqx jimmaġina vjolenza mod ieħor, f'dik li madankollu kapaċi issir żurżieqa perikoluża li min jaf fejn tista' twassal li kieku tmexxa aħjar u f 'aktar wisa', dan kien ktieb li kapaċi kien joħloq diskussjoni. U mbagħad, hemm livell popolari importanti, fis-sens li miktub donnu fit-tradizzjoni tar-rumanzett li għalkemm imwarrab mill-kritika, huwa oġġettivament l-aktar moqri mill-maġġoranza spiss anonima tal-qarrejja Maltin. Fil-kuntest, għalhekk, tal-messaġġ xejn banali li għandha din l-istorja, Patria jixraqlu l-attenzjoni. Bħala prodott editorjali, fil-fatt, jikser almenu żewġ tabuwijiet: juża idjoma popolari biex jittratta kwistjoni attwali u serja, b'mod serju u xejn affattu banali, filwaqt li ma jsibx problema biex jittratta l-vjolenza. Din it-tieni waħda l-aktar li interessatni: il- ktieb Malti, tajjeb kemm ikun tajjeb, jaf sikwit ikun imliġġem minn nuqqas ta' immaġinazzjoni jew inkella joqgħod lura milli jesplora l-irkejjen mudlama wisq, donnu mirdum taħt mażżra ta' korrettezza, biża', prudenza, li hija l-istess waħda li toħnoq diversi espressjonijiet kreattivi u intellettwali oħra. Schembri, mhux b'imprudenza, imma b'responsabbiltà u anki sens lagħbi ta' libertà, ma jiddejjaqx jipproponi dagħbien etiku fejn dawk li huma t-tajbin — li fir-realtà huma denigrati għall-attenzjoni tagħhom lejn l-Ieħor — għandhom ukoll naħa li bla tlaqliq tista' tasal għall-estremiżmu f 'ġieh l-emmna u l-ideoloġija. Tant hu hekk, li dan rumanz mimli qtil, stil viġilante, li jista' jidher tikka parodiku meta taqrah l-ewwel darba, speċjalment minħabba l-kuntesti popolari msemmija fuq, imma li b'xi mod jagħmel sens anki meta tinduna bir-referenzi u r-riskontri pjuttost ovvji għall-istorja reċenti: il- President mara, il-Prim jirkeb fuq qawmien ekonomiku u politika ddetatta mis-surveys, żewġ suldati aħwa li qatlu immigrant. Qagħdiet u ġrajjiet li xi ħaġa bħalhom, iżda b'attitudni letterarja diversa, narawhom f 'L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud, u anki xogħlijiet oħra tiegħu li jagħmluh wieħed mill- it li ttanta jidħol sew fl-estetika tal-vjolenza. Il-vjolenza ta' Schembri hija waħda diretta, kważi kkalkulata, u li għandha wkoll elementi splatter, li jista' jaħsad u jdaħħak waqt il-qari, forsi ma jitteħidx daqshekk bis-serjetà b'qari globali mod ieħor, imma li jissarraf f 'mumenti strateġiċi li jwasslu mingħajr wisq dawrien mal- lewża intenzjoni awturjali preċiża. Essenzjalment, int li qed taqra bħalissa u xi darba esprimejt ir-razziżmu b'tali mod li pparteċipajt fin- normalizzazzjoni tiegħu, almenu f 'realtà parallela letterarja, jaf issib kappell jiġik, illum qabel għada, u minn min anqas tistennih. Ma ddejjaqni xejn din il- ħaġa. Naħseb li turi ċertu kuraġġ u ħelsien min- naħa tal-awtur, li b'xi mod jissublima fil-kitba xewqat repressi li madankollu ma jridux wisq biex jitwettqu min-naħa l-oħra, kif anki ġara u jixhdulna l-aħbarijiet. Tibda tonqos għalhekk il-gratuwità tal-vjolenza, speċjalment fl-isfond storiku li jagħti n-narratur fir-referenzi għall- ħsibijiet traġiċi ta' Primo Levi kif ukoll għall-ġrajja tal-Brigata Lhudija. Il-ħażen, fil-banalità tiegħu, ma huwa dominju ta' ħadd partikolari, fl-aħħar mill-aħħar. Flimkien mal-vjolenza, għalhekk, hemm togħma ta' dilemma etika. Jaf il-ħeffa tal- ktieb ma tiflaħx għall-piżijiet kollha li jittanta jitfgħalha l-awtur, imma bosta mis- suġġerimenti, speċjalment f 'dak li għandu jaqsam mal- ġrajjiet u l-kategoriji tal- karattri, jagħtu spunt pjuttost preċiż tad-dinamika tas- sitwazzjoni tar-razziżmu f 'pajjiżu. Għal darb'oħra, mhijiex il-vjolenza profonda li naraw f 'Mifsud jew inkella dik sublimi u unika ta' Il-Baqta ta' Henry Holland, fost l-oħrajn għaliex hemm dimensjonijiet klassisti u soċjopolitiċi li mhumiex affrontati daqshekk. L-awtur jinħall minn din il- kobba bil-mumenti didattiċi u bil-mini lezzjonijiet tal-istorja (Nathan, il- protagonista, fil-fatt, jgħallem das-suġġett is-sekondarja), u kważi kważi nazzarda ngħid li dawn il-waqtiet jagħmluh ktieb provokanti u saħansitra edukattiv li jittrattata l-problema b'mod provokatorju u ovvjament mingħajr sentimentaliżmi. Anki dawk li għandhom qalbhom perżuta kapaċi jkollhom l-istonku għall-ġest estrem. Din il-vjolenza fakkritni wkoll f 'Un Borghese Piccolo Piccolo ta' Vincenzo Cerami u l-film ċelebri b'Alberto Sordi fil-parti ewlenija. L-element tal-klassi hemm huwa ħaġa oħra, forsi mhux daqshekk hawnhekk imma xorta lezzjoni fil-kitba, imma bl-istess mod, in-narrazzjoni ta' Schembri qisha tissuġġerixxi li għall- impasse fejn kategorija tħossha li ħadd ma jista' għaliha u tagħmel li trid, sakemm tassew tasal il-bawxata, hemm bżonn antidotu daqstant vjolenti, f 'dik li effettivament taf issir gwerra, ġlieda eterna sal-aħħar qatra demm. Gabriel Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022