Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 1 TA' MEJJU 2022 • illum Il-Ħaddiem ... Grazzi G ħeżież ħbieb tiegħi ħaddiema, dan huwa l-ewwel artiklu tiegħi bħala kelliem ewlieni għall-qasam tax-xogħol f 'pajjiż- na f 'isem l-Oppożizzjoni. Kariga li ser inkun qed naqdi bl-aħjar mod possibbli għax dan hu suġġett ferm u ferm għall-qalbi. Huwa ta' privileġġ għalija li ser inkun qed nitkellem u naħdem favur il-ħaddiema Maltin u Għawdxin fl-ogħla istituzzjoni demokratika f 'pajjiżna. Ilni snin impenjat favur il- ħaddiema Maltin u Għawdxin. Ilni snin impenjat nagħmel ħilti sabiex il-ħaddiema f 'pajjiżna jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet. Ilni snin nagħti l-kontribuzzjoni tiegħi sabiex bħala Partit Nazzjonalista jkollu l-aħjar politika għall-ħaddiema f 'pajjiżna. Jien nemmen bis-sħiħ u bil-fatti li Jum il-Ħaddiem mhux biss illum l-1 ta' Mejju. Jum il-ħaddiem huwa kuljum. Minn qalbi nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom li taħdmu sabiex l-ewwel nett ittejbu l-pożizzjoni personali tagħkom, tal-familji tagħkom imma wkoll ta' pajjiżna. Is-suċċess ta' pajjiżna huwa bbażat fuq il- ħidma tagħkom. Ħaddiema tal-id, ħaddiema tal-pinna, ħaddiema li jaħdmu d-dar, professjonisti, imprendituri. GRAZZI. Grazzi mill-qalb tal-kontribut tagħkom sabiex pajjiżna hu dak li hu. Il-Partit Nazzjonalista, anke mill-Oppożizzjoni jibqa' kommess li pajjiżna joffri l-aqwa impiegi possibbli. Impiegi ta' kwalita' li jħallsu tajjeb. Impiegi li jagħtu sodisfazzjon lil kull impjegat li jkun stinka fl-istudji tiegħu sabiex isibu dak li jixtiequ jaħdmu f 'pajjizna stess. Aħna se naħdmu sabiex pajjiżna jattira setturi ekonomiċi ġodda li joffru impiegi ta' kwalita' b'valur miżjud. Huwa sodisfaċenti li naraw li l-qagħad f 'pajjiżna huwa fl-inqas livelli. Biss għalina il-ħaddiema mhux numru. Mhux statistika. Aħna ma rridux biss il-kwantita'. Aħna irridu naħdmu sabiex ikollna impiegi ta' kwalita'. Aħna ser nagħmlu ħilitna sabiex bis-serjeta' jinqered il-prekarjat. F'dawn l-aħħar disa' snin mhux talli eradikajna l-prekarjat, talli kabbarna dan is-settur u bħala pajjiż inqasna lill-ħaddiema li qed jaħdmu b'pagi u kundizzjonijiet li ma jixirqu lill-ebda impjegat. Pagi li illum iktar minn qatt qabel qed iħossu l-għafsa tal-għoli sfrenat tal-ħajja. Problema tal-għoli tal-ħajja li dan il-Gvern baqa' ċass quddiemha. Qed iwaħħal fis- sitwazzjonijiet differenti barra minn Malta, iżda baqa' ma għamel xejn sabiex jilqa' għal kull impatt fuq il-familji Maltin. Inkun qed nonqos jekk ma nappellax lill-Gvern sabiex iwieżen lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin l-iktar milquta minn żieda esaġerata fil-prezzijiet tal- affarijiet essenzjali. Ħaddiema, speċjalment żgħażagħ li diġa' huma mgħaffġin bil-piż tad-djun tal-propjeta'. Ħaddiema li fiż- żminijiet tal-lum qed iħossuhom jeżistu u mhux jgħixu u qed jiġru minn impieg għall-ieħor sabiex ilaħħqu mad-djun li għandhom u mal-għoli tal-ħajja. Ma nkun qed nikser l-ebda sigriet li llum saret impossibbli sabiex koppja ħaddiema ma titgħabbiex b'dejn esaġerat sabiex jippruvaw ikollhom sempliċi appartament modest. Irridu nkunu aħna l-politiċi li noħorġu bis-soluzzjonijiet. Inutli nibqgħu inħarsu lejn il- problemi mingħajr ma naġixxu. Diġa' qegħdin tard. Irridu nkunu aħna l-politiċi li noħolqu ambjent san sabiex pajjiżna jattira l-aħjar investiment. Irridu nkunu aħna l-politiċi li nħarsu l-quddiem u noħolqu politika li ttejjeb il-kwalita' tal-ħajja tal- ħaddiema tagħna. Mill-kliem jeħtieġ ngħaddu għall-fatti. Hekk kif pajjiżna kien irnexxielu joħloq numru sostanzjali ta' setturi ġodda li minnhom għadhom qed igawdu eluf kbar ta' ħaddiema Maltin, jeħtieġ li nerġgħu nagħmlu ħilitna kollha sabiex nattiraw niċeċ ġodda. Minn hawn insellem lil min iħaddem, li huma wkoll ħaddiema bħali u bħalek u li qed jinvestu fil-ħaddiema tagħna. Insellem lis-self-employed u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Kollha flimkien noħolqu soċjeta' ġusta fejn il-ġid jinqasam kif jixraq. Il-Partit Nazzjonalista jixtieq biss li inti tirnexxi. Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo Inkun qed nonqos jekk ma nappellax lill-Gvern sabiex iwieżen lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin l-iktar milquta minn żieda esaġerata fil-prezzijiet tal- affarijiet essenzjali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022