Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 ħadd jikkonvinċik mod ieħor!' Wieħed jista' jgħid li Eileen Montesin hija ikona Maltija u llum il-ġurnata nanna ta' żewġt ibniet, Nina u Stella. L-istess bintha Christine Haber li matul is- snin rajnihom flimkien f 'xi programm jew sensiela fuq it-televiżjoni. L-ILLUM tkellmet ma' Haber u qalet li waħda mill-aktar affarjiet li se tibqa' tiakar hija li ommha dejjem ħaditha magħha kull fejn tmur. Hija tgħid li minkejja li ommha ta' spiss kienet tkun impenjata, qatt ma ċaħditha minn xejn. Hija rrimarkat li r-relazzjoni tagħhom tmur lil hinn minn dik ta' omm u bint iżda huma l-aqwa ħbieb "u għalhekk inħobbu nagħmlu ħafna affarjiet flimkien. Sew jekk nippjanaw xi ħaġa tax-xogħol jew naraw xi film jew nippjanaw xi btala." Montesin ukoll aċċennat għall-avventuri tagħhom waqt xi btala u qalet li waħda mill-aktar affarjiet li tammira f 'bintha hi li dejjem kienet tkun b'xi ktieb f 'idejha jew inkella tistudja, "anke jekk inkunu qegħdin filming jew fuq xi ajruplan sejrin fuq btala." L-ILLUM staqsiethom ukoll fuq xiex jaqblu l-aktar. Hawn Haber qalet li hi u ommha jaqblu fuq kollox u fl-istess ħin ma jaqblu fuq xejn. Tgħid iżda li fl-aħħar minn l-aħħar dejjem sabu kompromess biex kulħadd ikun kuntent. Min-naħa l-oħra, Montesin qalet li "normalment anke jekk ma naqblux fuq xi ħaġa, nibqa' sakemm inġibha taqbel miegħi." 'Minkejja li ilha fix-xandir dejjem baqgħet saqajha mal-art' Haber tapprezza s-sagrifiċċji kollha li tagħmel ommha biex tagħmel lil kulħadd kuntent u tammira wkoll l-fatt li jirnexxiela tlaħħaq ma' kollox, minkejja l-impenji kollha tagħha. Hija tirrimarka li minkejja li Montesin ilha żmien twil fix-xandir, "dejjem baqgħet saqajha mal-art. Ma, int l-aqwa u tħalli l-ħadd jikkonvinċik mod ieħor." Montesin tiddeskrivi lil bintha bħala mara determinata għall-aħħar u li hija persistenti ħafna u taħdem ħafna għal dak li tkun tixtieq. Hija temmet tgħid li lil bintha tgħidilha li "l-ħajja qasira, tinkwetax ħafna." In-nies iltaqgħu għall-ewwel darba ma' Danita Camilleri fuq Instagram. Hija ta' kuljum taqsam ħajjitha mas-segwaċi tagħha li llum ilaħqu madwar 40,000. Parti mill-ħajja tagħha tinkludi r-relazzjoni ħelwa li għandha mar-raġel tagħha Andrew, binha Lenny u ommha Anna. Camilleri tgħid li l-aktar ħaġa memorabbli fit-tfulija tagħha hija kemm ommha kienet preżenti u lagħbet magħha, "kienet tilgħab magħna bil-ballun, tiġri magħna bir-rollerblades u anke kuntrunbajsi mal-bieb tal-garaxx tad-dar konna nagħmlu, jien, ommi u ħija". "Sa sentejn ilu kont ngħidlek li l-aktar ħaġa li nieħdu gost nagħmlu flimkien kienet li noħroġu nixorbu u niżfnu xi żifna. Issa li għandna lil Lenny qatt ma morna mkien mingħajru," qalet Camilleri. Lenny, l-uniku wild ta' Danita, twieled f 'Jannar tal-2020 u seraq ħafna qlub tas-segwaċi ta' Camilleri bil-karattru ferrieħi tiegħu. Hija kompliet tispjega li ommha hija persuna li tara kollox minn lenti pożittiva u li taffaċċja kull sitwazzjoni bi tbissima. "Is-smigħ tagħha dejjem sejjer lura. Li kieku nista' ntiha parir ikun li trid taħseb għall-futur. Jiena dejjem ngħidilha biex immorru nitgħallmu l-lingwa tas-sinjali għax ma tafx fiex tista' tiġi bżonn iżda hi dejjem tgħidli "issa naraw." Imbagħad ikun tard wisq," qalet Camilleri. Intant Dimech tgħid li hija kemmxejn differenti minn bintha hekk kif hi "kelma tgħidilek" iżda hi tgħid li f 'ħajjitha dejjem żammet fiha nnifisha għax hija mistħija ħafna. Tant hu hekk li tgħid li ġieli jkollhom xi jgħidu fuq hekk. 'Kburija ħafna biha' Dimech qalet li bintha għandha karattru sinċier, "ħobbha jew għobodha, hekk hi." Kompliet tgħid li hi ma tipprova tinħabb ma' ħadd u li waslet fejn waslet frott tal- karattru simpatiku tagħha u li hi kburija ħafna biha. Fl-aħħar l-omm tgħid li kieku jkollha tagħti parir lil bintha, hi li tkompli trabbi lil binha kif qiegħda tagħmel issa, "u tagħmel ieħor u ma ddumx." 'Naqblu f'kollox u ma naqblu f'xejn' 'Ommi taffaċċja kull sitwazzjoni bi tbissima' Intant, it-tim kollu tal-gazzetta ILLUM jieħu din l-okkażjoni biex jawgura lilkom l-ommijiet kollha jum mill-isbaħ. Danita Camilleri u ommha Anna Dimech Christine Haber u ommha Eileen Montesin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022