Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
21 editorjal illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F i tmiem il-ġimgħa li ġej il-Kun- silliera tal-Partit Nazzjonalista se jagħmlu għażla, li fil-verità mhix xi għażla diffiċli għax hemm persuna waħda li sempliċiment qed titlob konfer- ma. L-istess persuna li mexxiet kampanja elettorali, l-istess persuna li telgħet minflok Kap li tneħħa fost ħafna aspettativi ta' titjib elettorali u minflok ġarrab l-akbar telfa elettorali mill-Indipendenza. U l-PN jista' joqgħod iġib l-iskużi kollha immaġinabbli: Iċ-ċekkijiet, l-egoiżmu, il-power of incumbency jew inkella l-fatt li l-Partit Laburista naqqas madwar 8,000 vot meta mqabbel mal-2017 (ħallieha li hu tilef 12,000 vot!), għax jibqa' fatt u fatt li ma jista' jinnegah ħadd li wara leġiżlatura mqallba, assassinju ta' ġurnalista, kriżi politika, riżenja ta' Prim Ministru u biex tgħaxxaq l-agħar kriżi ekonomika u ta' saħħa mit-Tieni Gwerra Dinjija, dak id- distakk kellu jonqos mhux jiżdied! Huwa f 'din ir-realtà - iva kiefra għall- PN - li dan il-partit irid jagħmel l-għażliet tiegħu għall-futur. Jekk se jagħżel ir-riċetta tal-iskużi u ċ-ċaħda tal-fatti, jekk se jagħżel li jwaħħal f 'kulħadd ħlief fih u jekk se jagħżel li jibqa' jaħseb illi d-dnubiet ta' ħaddieħor se jagħtuh il-poter fl-2027 - wara 14-il sena fl-oppożizzjoni - sejjer mqarraq u mqarraq bil-kbir. Bernard Grech ma weriex xi wisq umiltà fit-telfa. Lanqas imqar ta ċans biex jara il-partit iridux jibqa' jew le, u frisk minn telfa ta' kważi 40,000 vot mill-ewwel wera' l-intenzjoni li jibqa' jmexxi u qatel kull ċans għal bidla. Dan ifisser illi lilhinn mill-bużżieqa ristretta ta' it nies l-attivist nazzjonalista huwa rassenjat. U ma hemm xejn aktar u agħar mir- rassenjament. L-aktar importanti huwa li jkollok attivist entużjast għax l-entużjażmu jagħti t-tama, ifisser aktar flus għall-partit għax in-nies jinvestu fih, ifisser aktar volontarjat u allura jfisser partit li jilħaq aktar nies, li qed jiem aktar nies u li qed jibni immaġini ħafna aktar b'saħħitha. Pero' anke attivisti rrabjati, huma aħjar minn rassenjati - għax ir-rabja tfisser li l-votant ta' dak il-partit għadu konċernat biżżejjed bil-partit u t-twemmin li jħaddan li lest jiġġieled għalih u jiġġieled biex ikun aħjar. Ir-rassenjament huwa l-aħħar tarġa, qabel it-tmiem. Għax bniedem rassenjat iħoss li jagħmel x'jagħmel ma jista' jbiddel xejn. Li jivvota kif jivvota, kollox se jibqa' kif inhu. Għax jemmen li l-partit li tant iħobb ma jista' qatt jerġa jieħu r-ruħ. Għalhekk l-vot tal-Kunsilliera fi it jiem oħra u r-riżultat mhu telfa jew rebħa għal ħadd. Għax l-akbar battalja ta' Bernard Grech se tkun kif se joħroġ lill-PN propju minn dan is-sens ta' rassenjament. Propju minn dan is-sens ta' qtigħ il-qalb. U jekk mhux qed jinduna b'dan il-qtigħ il-qalb u rassenjament, forsi għax erba' madwaru qed jgħidulu li "kollox sew", mela diġà għandu ħafna x'jagħmel hu stess qabel biss ikompli bid-dmirijiet politiċi u kostituzzjonali tiegħu. Jiġifieri issa lanqas biss għadna qed nitkellmu fuq jekk il-PN għandux ċans inaqqas mid-distakk ta' 40,000 vot ħames snin oħra, issa qed nitkellmu dwar l-aktar ħaġa bażika: Il-ħeġġa u d-determinazzjoni fost l-għeruq. Bernard Grech se jkun kapaċi jagħmel dan? Bernard Grech se jinjetta enerġija li tant u tant il-PN għandu bżonn? Jew se jibqa' jaħseb li tilef kif tilef għax il-poplu tant hu mixtri u injorant, li jinxtara b'ċekk? L-aħħar ġimgħat ma tantx awguraw tajjeb, b'diversi akkużi u allegazzjonijiet serji, inkluż dik tal-eks Deputat Jason Azzopardi dwar flus lil Bernard Grech u maħfra Presidenzjali. Issa wieħed jista' jsib ħafna nuqqasijiet f 'Azzopardi u wieħed jista' jgħid illi ma jaqbilx mal-mod kif ġieli tkellem, kif forsi jimplika nies mingħajr ma jagħti provi instantanji u wieħed jiem ukoll ir-rabja kbira ta' ħafna nazzjonalisti għal mod kif tratta u kien fuq quddiem biex jitneħħa Adrian Delia. Imma Azzopardi kien ukoll l-akbar xewka għall-Partit Laburista u l-aktar Deputat li tkellem fuq kwistjonijiet ta' governaza ħażina, apparti li kien il- persuna wara ġabra ta' abbozzi għat-titjib leġiżlattiv u protezzjoni tal-ġurnalisti. U allura nistaqsu: Fl-interess eżatt ta' min huwa li min hu xewka għall-Gvern u min idejjaq tant lill-avversarju tiegħek jitpoġġa f 'kantuniera, ħalqu magħluq? Fl-interess tal-PN? Joseph Muscat - għax minkejja li ma jammettix, il-PN ħa xi spunt jew tnejn f 'dak li jidħol strateġija politika mingħandu - ma kien rema' lil ħadd meta kien elett mexxej. Anzi fl-ewwel diskors tiegħu sellem lil nies li kienu ilhom fil-partit minn żmien Mintoff: Alex Sciberras Trigona u Maria Camilleri, fost oħrajn. Żamm l-antiki u ħadem biex kiseb il-fiduċja tal-ġodda u ta' dawk li qatt ma kienu jimmaġinaw li jivvotaw Labour. Li tiknes kull min kien fil-PN sal- 2013 (disa' snin ilu biss) 'l barra mhux is-soluzzjoni, għax qed toħloq biss aktar antagoniżmu u dwejjaq, f 'partit diġà rassenjat. Li titfagħhom fuq wara, mhux quddiem, u li tagħtihom rwoli aktar fil-ħsieb u fl-għajnuna lill-ġodda kellha tkun is-soluzzjoni. Jieħdu back seat, pero' li jkun ċentrali għall-ħidma tal-front bench. Ħadd mhu għar-rimi, speċjalment dawk li l-avversarju tiegħek qed iħeġġek tarmihom! Pero' issa nħarsu lejn il-futur. J'Alla l-PN isib verament saqajh u verament jibda jqajjem l-entużjażmu fost in-nies tiegħu stess. Forsi minn dan ir-rassenjament assolut, joħroġ xi Bernard Grech li ma rajniex fl- aħħar sena u nofs. Għax kif jgħidu, it-tama l-aħħar li tmut! Partit rassenjat!