Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
23 bijografiji illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM A nthony Mamo twieled Birkirkara fid-9 ta' Jannar 1909 minn Joseph Mamo u Carla mwielda Brincat. Hu tgħallem fis-Seminarju tal-Isqof u fl-Universita' Rjali ta' Malta fejn iggradwa bil-B.A. fis-sena 1931 u sar Avukat fis-sena 1934. Billi kien ġie l-ewwel wieħed fil-kors, il- Gvern tah Scholarship barra minn Malta u rebaħ ukoll il- Buge- ja Scholarship li tatu l-fakulta' li jagħmel korsijiet qosra fl-Univer- sità ta' Londra u fl-Università ta' Perugia. Sir Anthony Mamo kien qed jitħarreġ għal it aktar minn sena meta daħal fis-servizz ċivili, u fis- sena 1936 kien maħtur membru tal-kummisjoni taħt it-tmexxija tal- Imħallef William Harding b'biċċa xogħol kbira biex iħejji u joħroġ edizzjoni riveduta dwar il-Liġijiet kollha ta' Malta. Dan ix-xogħol ħadlu madwar sitt snin biex jitlesta. Għamel sena fil-Kunsill tal-Kuruna mis-sena 1942 u wara laħaq Prokuratur Ġenerali. Sar ukoll Avukat Anzjan mis- sena 1950 sas-sena 1952 u Deputat Prokuratur Ġenerali mis-sena 1955 sas-sena 1956. Kien jagħti pariri legali lil erba' Prim Ministri: Sir Paul Boffa, Dr Enrico Mizzi, Dr Ġorġ Borg Olivier u lil Perit Duminku Mintoff, iżda qatt ma kien nvolut direttament fil-politika. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija wettaq xogħol għar-rifuġjati għall- benesseri ta' dawk kollha milquta mill-gwerra. Kien Professur tal-Liġi Kriminali fl-Universita' ta' Malta mill-1943 sal-1957. Għal bosta snin kien membru tas-Senat u President tal-Kunsill Universitarju. Inħatar ukoll Prim Imħallef fis-sena 1957 u dam iservi sas- sena 1971. F-1964 sar l-Ewwel President tal-Qorti Kostituzzjonali, u fis- sena 1967 sar l-Ewwel President fil- Qorti tal-Appelli Kriminali. Fis-sena 1962 kien Deputat Gvernatur Ġenerali sakemm kien se jilħaq il-Gvernatur Ġenerali Ingliz ġdid. Fis-sena 1971 sar l-ewwel Malti li qatt laħaq il-pozzizjoni ta' Gvernatur Ġenerali. Malli Malta saret Reppublika fit-13 ta' Diċembru 1974, inħatar unanimament mill- Parlament Malti bħala l-ewwel President tar-Repubblika. Warajh laħaq l-Avukat Anton Buttiġieġ fis-27 ta' Diċembru tas-sena 1976. Fis-sena 1955 Sir Anthony Mamo kiseb il-Midalja tal-OBE u fl-1957 sar il-Kunsillier Onorarju tar-Reġina u sar Kavallier fis-sena 1959. Sir Anthony Mamo kien miżewweġ lil Lady Margaret imwielda Agius fis-sena 1939 sakemm din mietet fis- sena 2002. Kellhom tlett itfal, Josephine li żżewġet lil Victor F Tortell, Monica li żżewġet lil George Pisani u John li żżeweġ lil Tessa mwielda Scicluna. Fl-1993 rebaħ l-ogħla unur ta' Sieħeb il-Ġieħ fil-Mertu ta' Ġieħ ir-Reppublika. Kien sieħeb ta' ġieħ fl-Ordni Nazzjonali tat-Tifħir. Sir Anthony rebaħ Ġieħ Birkirkara, raħal twelidu mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara fis-sena 1996. Mamo kiteb id-daħla tal-ktieb tal- Professur Oliver Friggieri, dwar Rużar Briffa, bħala wieħed li kien japprezza x-xogħlijiet tiegħu. Kien wieħed fost il- membri fil-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti flimkien ma' Anton Buttigieg u Guże Bonnici. Din il-ħbiberija twieldet meta' Rużar Briffa u Anthony kienu studenti fl- Università, iżda l- aħħari ma kellux it-talent biex jikteb il- poeżiji. Madankollu kien iħobb l-ilsien Malti u stinka għall- għaqda tal-Malti fl-Università biex tkabbar il-ġieħ u l-użu tal-Malti fil-qasam letterarju mingħajr l-istmerrija ta' ilsna oħra barranin. Sir Anthony Mamo kellu sehem ukoll fit-twaqqif ta' din l-għaqda u baqa' l-uniku membru ħaj meta din fakkret il-75 sena mit- twaqqif tagħha. It-tfulija u ż-żgħożija ta' Mamo Issa nitkellmu it dwar it- tfulija u ż- żgħożija tiegħu. Hu kien joqgħod f 'numru 64, Triq il-Kbira f 'tas-Sajjied, Birkirkara. Ta' ħames snin hu kien imur fl-Iskola ta' St Francis u kien ukoll fl-iskola ta' Ħal-Lija. Kien jgħallem id-duttrina fl-Oratorju u kellu sehem kbir fuq il-palk. Ninu, kif kien magħruf, ma kienx biss bniedem li għana r- Raħal, iżda bniedem li għamel ġieħ lil pajjiżu. Fi tfulitu Birkirkara kienet kollha raba' u kienu jgħaddu l-ferrovija u t-tram. Kien jattendi l-iskola Primarja l- Qadima ta' Birkirkara fi Triq l-Imsida. Il-Katekiżmu fl- Oratorju kien jitmexxa mill- Kanonku Mikiel Sammut. Il- Kor tal-Oratorju kien jitmexxa mill- Katekista Ġanni Debono jew Ġamri ż- Żgħir. Aktar tard, meta twaqqfet f 'Birkirkara l-Azzjoni Kattolika kien iħobb jipparteċipa fid-drammi mtellgħa miċ- ċirklu. Birkirkara u Santa Elena kienu l-mimmi ta' għajnejn Sir Anthony Mamo u tajjeb li ngħidu li qatt ma kien ifalli milli jattendi għat- Transulazzjoni Solenni u l-Prim Vespri (l-Ewwel Għasar). Kien attenda wkoll għaċ- ċelebrazzjoni fis-sena 1985 f 'għeluq il-75 sena minn meta twaqqaf l- Oratorju. Hu għadda għal-ħajja ta' dejjem fl- 1 ta' Mejju tas-sena 2008 u Malta ħasset in-nuqqas kbir li ħalla. Hu ħadem bil-qawwa kollha u ħalla ġid kbir lil belt twelidu Birkirkara u lil pajjiżu. Aħna fid-dmir li nagħtuh il-ġieħ kollu li jistħoqqlu għax-xogħol siewi li wettaq matul ħajtu. Inroddu ħajr lil Alla li taħ għomor twil ta' 99 sena u minkejja li kien xtaq jagħlaq il-100 sena, il-Mulej ried xi ħaġa oħra. Kien mogħti funeral statali nhar il- Ġimgħa 2 ta' Mejju u barra minn hekk skont xewqtu saritlu ukoll l-esekwi f ' Birkirkara fit-3 ta' Mejju meta jiċċelebraw il-festa Liturġika tas-Salib Imqaddes. Fil- korteo ħadu sehem it- tliet baned Karkariżi akkumpanjati mill-qraba u mill- awtoritajiet u wassal għall- Kolleġjata Bażilka Elenjana, fejn sar servizz ta' talb. Avukat, konsulent ta' erba' Prim Ministri u sar l-ewwel President: Sir Anthony Mamo