Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 Jum storiku għat-Teatru Astra I x-xahar ta' Mejju kien wieħed importanti u storiku għat-Teatru Astra. Identi- ty of an Island, Gozo: Art between Past and Present huwa l-isem tal-proġett li fih kien jinkorpora x-xogħlijiet ta' rinno- var tal-foyer u l-aspett artistiku, bil-uħ ta' esebizzjoni ta' arti kontemporanja u seminar akka- demiku. Il-proġett kien parzjal- ment iffinanzjat taħt il-programm LEADER, imħaddan mill-Gozo Action Group, proġett li gawda minn fondi tal-Unjoni Ewropea, investiment privat, kif ukoll investiment mis-Soċjetà Filar- monika La Stella stess. Sħab f 'dan il-proġett kien hemm is-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur An- drew Portelli u l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria. Il-jum kien memorabbli għal bosta raġunijiet: L-ewwel nett dan l-avveniment immarka t-tlestija ta' ħafna xogħlijiet ta' rinnovar, titjib fl-infrastruttura, l-estetika u l-aċċessibbiltà tal-Każin La Stella u t-Teatru Astra. Dawn ix-xogħlijiet saru fuq disinn tas- Sur Ruben Formosa li rnexxielu jinkorpora l-istil preċedenti ma' karatteristiċi moderni, filwaqt li żamm ir-'ruħ' ta' każin tal-banda. It-tieni raġuni għaliex dan il-jum kien importanti huwa għax fih infetħet esebizzjoni ta' arti kontemporanja Alternative Perspectives, ikkurata minn Dr Mark Sagona, ċertament waħda mill-aktar importanti li qatt ittellgħu fil-gżejjer Maltin. Dr Sagona ġabar taħt saqaf wieħed numru rekord ta' artisti Għawdxin, Maltin u anki barranin, li kollha ppreżentaw xogħol artistiku kontemporanju u taw perspettiva differenti tal-gżira Għawdxija. Ix-xogħlijiet tal-arti huma varjati u jinkludu pittura, skultura, installazzjonijiet, moda, vidjografija u fotografija. Din l-esebizzjoni kellha kunċett innovattiv ħafna, fejn għall- ewwel darba ma ntużawx biss spazji tradizzjonali għall-esebiti, imma ntuża l-foyer u l-madwar, inkluż l-awditorju tat-Teatru Astra, fuq il-palk, wara l-palk, il-pit tal-orkestra, u spazji oħra. Attività oħra importanti kienet is-seminar akkademiku bit-tema e Artistic Legacy of Gozo li sar nhar is-Sibt 14 ta' Mejju 2022. Dan l-avveniment jibqa' mfakkar ukoll minħabba l-attendenza numeruża li mliet kull rokna tat-Teatru u l-foyer, sinjal li l-pubbliku japprezza inizjattivi artistiċi. It-Teatru Astra kien għal darb'oħra protagonista fil-qasam kulturali ta' pajjiżna, eżattament bħalma kien fl-1968 meta fetaħ il-bibien tiegħu l-ewwel darba. Dakinhar tal-uħ tal-wirja, is-serata fetħet b'diskors mis- Sur Michael Formosa, President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li mmarka dan il-jum bħala wieħed mill-aktar importanti mhux għall-Belt Victoria jew għal Għawdex biss, imma għal Malta kollha. Huwa rringrazzja lid-diversi kollaboraturi u entitajiet li emmnu f 'dan il-proġett u li issa qed jaraw il-frott tiegħu. Tkellem ukoll Dr Mark Sagona, li sejjaħ dan il-proġett 'ħolma' li huwa kellu u li saret realtà. Dr Sagona, li kien il-kuratur ta' din l-esebizzjoni u d-direttur artistiku tagħha, semma li huwa ta' sodisfazzjon enormi tara 29 artist kollha miġbura taħt saqaf wieħed, li ppreżentaw id-diversi faċċati u perspettivi ta' kif huma jaraw lil Għawdex illum, f 'idjoma kontemporanja. Il-wirja ġiet fi tmiemha nhar is-Sibt 21 ta' Mejju b'kunċert fuq il-pjanu minn Francis J. Camilleri li daqq diversi kompożizzjonijiet importanti. Il-kunċert sar fit- Teatru Astra bl-isfond tiegħu juri diversi xogħlijiet milli kien hemm esebiti. Dawn l-attivitajiet jawguraw tajjeb għall-futur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra fejn għal darba oħra kkonferma l-istatus tiegħu bħala promotur u ċentru kulturali ta' pajjiżna. Mario Casha huwa membru tas-Socjetà Filarmonika La Stella Mario Casha Dan l-artiklu huwa l-ħames wieħed f'sensiela ta' artikli li qed tiġi iffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal-ġur- nal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jip- provdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Dawk l-Għaqdiet tal-volontarjat li huma attivi f'Għawdex u li jkun jixtiequ jagħmlu użu minn din l-inizjattiva huma mitluba li jinfurmawna b'dan l-interess permezz ta' emejl indirizzata: info@gozongos.org

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022