Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill- informazzjoni hawn provduta. mill-Polonja u l-propoganda kontra l-ugwaljanza' 13 intervista illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 kontra l-immigrazzjoni jiksbu riżultati tajbin - bħal fil-każ ta' Le Pen - jew jirbħu l-elezzjonijiet - bħal Viktor Orban. Kif jispjega din id-differenza Engerer? Huwa jibda billi jfakkar illi l-Parlament Ewropew huwa magħmul minn Membri Parlamentari Ewropej li huma eletti mill-popli ewropej u allura jirriflettu l-aspirazzjonijiet tal-ewropej. Imbagħad iżda jammetti li huwa veru wkoll li f 'ċerti pajjiżi qed jikber is- sentiment tal-lemin estrem, "li jinkwetani ħafna." Cyrus Engerer imbagħad ikompli billi jispjega li l-aktar li jinkwieta huwa meta jisma' lil ħafna minn dawn l-MEPs jitkellmu fil-Parlament, dwar in-nisa per eżempju u kif jemmnu li dawn posthom id-dar irabbu u fil-kċina, jew kemm jopponu drittijiet għal persuni LGBTIQ jew inkella l-mod kif iħarsu lejn persuni b'diżabilità. "Il-lemin estrem jemmen f 'soċjetà li teżisti biss għal tip ta' nies, li ġeneralment huma bojod, eterosesswali u rġiel. Forsi waqt kampanja jiffukaw fuq kwistjonijiet aktar populisti li dak li jkun forsi jsib ruħu jaqbel magħhom, imma meta tarahom fl- azzjoni tinduna kemm huma verament perikolużi." 'Ħadd ma kellu gwida ta' kif għandhom isiru l-affarijiet waqt il- Covid' Nerġgħu nduru fuq il-Covid-19 għal xi ħin b'din il-gazzetta tfakkar lil Engerer illi l-idea tal-Parlament meta ħareġ bil- Green Pass kien li persuna issiefer jew tmur post, jew biċ-ċertifikat tal-vaċċin, jew ċertifikat ta' rkupru mill-Covid-19 jew inkella permezz ta' test negattiv. Ir-realtà hija iżda li diversi pajjiżi ma mxewx ma' din il-linja u ħadu l-miżura restrittiva li jew bil-vaċċin jew ma tista' tmur imkien, prattikament. Jaħseb li din il-miżura kienet diskriminatorja? Huwa mill-ewwel wieġeb illi f 'emerġenza ta' saħħa, meta tkun qed tara nies jitilfu ħajjithom u l-isptarijiet ma jistgħux ilaħħqu, "tinduna li ried isir xi ħaġa biex il-vulnerabbli jkunu protetti." Huwa qal illi kull pajjiż kien jaf is- sitwazzjoni ta' saħħa l-aħjar hu u li l-priorità kienet li jkunu protetti u salvati l-ħajjiet, għalkemm ifakkar ukoll li sfortunatement mietu u anke batew nies. "Irridu naraw il-kuntest ta' meta ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet u nfakkar li dan ħadd ma kellu ktieb u gwida ta' kif isiru l-affarijiet," temm jgħid fuq dan il- punt Engerer. Il-Covid-19, saħħa sesswali u l-kompetenza dwar is-saħħa Induru fuq is-saħħa sesswali u drittijiet riproduttivi tal-mara, illi f 'ħafna pajjiżi hija kważi l-aktar ħaġa ovvja u naturali u li l-partit li fih qiegħed Engerer stess - L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi - tant jisħaq fuqhom, fosthom l-abort. L-uniku eċċezzjonijiet huma l-Polonja u Malta. Jaħseb li wasal iż- żmien li din il-materja issir kompetenza tal-UE u ma tibqax nazzjonali? Engerer jibda billi jfakkar illi l-affarijiet relatati ma' saħħa huma kompetenza tal- istati membri. "Ħallieha li l-pandemija biddlet dan xi ftit hekk kif - fuq inizzjattiva ta' Malta - l-UE xtrat il-vaċċin ta' kontra l-Covid-19 b'mod kollettiv. Dan fetaħ allura l-prospett ta' aktar kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa biex kif għandna s-suq waħdieni nibdew nitkellmu wkoll dwar l-Unjoni Ewropea għas-Saħħa - jiġifieri bħalissa hemm diskussjoni dwar kompetenza iktar maqsuma fuq is-saħħa." Engerer fil-fatt ifakkar fl-appell tal- Ministru tas-Saħħa Malti Chris Fearne sabiex l-Unjoni Ewropea tibda tixtri l-mediċini u prodotti farmaċewtiċi f 'daqqa u dan fid-dawl tal-fatt li huwa inaċettabbli li kumpaniji jbiegħu l-mediċini lil pajjiż bħal Malta bi prezzijiet ħafna ogħla, hekk kif is-suq huwa iżgħar. Dwar is-saħħa sesswali Engerer qal illi l-Parlament Ewropew tkellem dejjem b'saħħa kbira, kemm l-S&D, l-EPP, il- Liberali, il-Ħodor u anke x-Xellug. U fakkar ukoll li ħafna drabi meta l-Membri Parlamentari Ewropej jivvutaw ma jkunx biss fuq l-abort - imma fuq il-kunċett u l-idea li persuna għandha l-jedd li tiddeċiedi hi fuq dak li tista' tagħmel b'ġisimha u mhux jiddeċiedi għaliha ħaddieħor. Għalhekk ħafna drabi, fl- istess abbozz ikun hemm kwistjonijiet li jitrattaw persuni trans jew intersex. L-Ugwaljanza u l-uniformità tal-liġi madwar l-UE Jekk f 'Malta ma hawnx abort, minn naħa l-oħra pajjiżna jinsab fil-quċċata f 'dak li jirrigwarda drittijiet ta' persuni LGBTIQ. Jaħseb li fuq din il-materja hemm bżonn ikun hemm uniformità? Jaħseb li l-ugwaljanza għandha tkun obbligatorja, bħal ma hi s-saltna tad- dritt? Huwa qal li fil-fatt - skont it-Trattati - is-sitwazzjoni diġà hija tali u biex pajjiż isir membru tal-UE jeħtieġ isegwi l-Kriterji ta' Copenhagen. Huwa jgħid li lilhinn mir-realtà f 'pajjiżi bħal Polonja u l-Ungerija, hemm ir-realtà ta' kif dan qed jaffetwa lill-Maltin stess. "Illum għandna realtà li familji LGBTIQ Maltin, Olandiżi, Svediżi u oħrajn mhux vera għandhom libertà tal-moviment għax jekk dawn imorru ximkien bħall- Ungerija, pajjiż fl-UE, dawn jitilfu d-drittijiet kollha tagħhom, lanqas biss ikunu rikonoxxuti bħala familja." Kien hawn li Engerer indika li fiż- żmien li ġej il-Kummissjoni Ewropea, taħt id-direzzjoni tal-Kummissarju tal- Ugwaljanza Helena Dalli se tipproponi illi jekk inti familja jew ġenitur f 'pajjiż wieħed tal-UE, tibqa' hekk madwar l-UE kollha, inkluż jekk inti familja LGBTIQ. Pajjiżi ewropej li qed jiffinanzjaw propoganda kontra l-ugwaljanza U finalment infakkru lil Engerer li ħafna drabi jkun hemm min jgħid - f 'pajjiż bħal Malta fejn ma hawnx kwistjoni ta' nuqqas ta' drittijiet fundamentali daqstant - li dawn id-diskussjonijiet ma tantx jinteressawh. Għaliex rapport tal- Parlament Ewropew li qed ifassal hu flimkien ma' numru ta' MEPs oħrajn huwa importanti? Huwa beda billi fakkar li MEP qiegħed hemm biex jirrapreżenta l-500 miljun ċittadin ewropew u mhux lill-kostitwenza tiegħu, "għalhekk huwa importanti li niddiskutu d-drittijiet madwar l-UE." Huwa qal li meta pajjiż tal-UE jaħdem kontra l-UE, dan jaffetwa lill-pajjiżi kollha tal-blokk. "Għandek pajjiżi li qed jagħtu ħafna flus biex tinxtered propoganda kontra l-ugwaljanza u tajjeb li nkunu konxji illi f 'Malta stess hawn għaqdiet li huma iffinanzjati mill-Polonja u l-Ungerija, propju biex imexxu din il- propoganda," temm l-intervista l-MEP Cyrus Engerer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022