Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum Huma żgħar imma kapaċi jagħmlu ħsara kbira; Titnieda kampanja dwar il-microplastics fuq il-bajjiet Il-Professur Alan Deidun jispjega mal-gazzetta ILLUM x'inhuma l-microplastics u għaliex huwa importanti li jikber l-għarfien u titqajjem kuxjenza dwarhom YENDRICK CIOFFI It-tim tal-bijologu marittimu, il-Professur Alan Deidun, nieda kampanja ġdida bil-għan li din id-darba tindirizza l-preżenza ta' dawk magħrufa bħala microplastics fuq il-bajjiet li minkejja li huma frammenti żgħar jagħmlu ħsara kbira ambjentali. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Deidun dwar din il-kampanja li spjega kif il- microplastics huma frammenti ta' plastics li jkunu iżgħar minn ħames millimetri tant li ħafna drabi wieħed lanqas biss jinduna bihom. Minkejja li huma żgħar ħafna fid- daqs, dawn il-microplastics huma ta' ħsara mhux biss għall-ambjent imma għas-saħħa tal-bniedem u it it qed jikber l-għarfien u anke l-kuxjenza dwarhom. "Il-kuxjenza dwar il-microplastics qamet madwar ħmistax-il sena ilu u għalhekk ma tantx hemm riċerka dwarhom. Aktar mhu qed ninżlu fil-fond ta' din ir-riċerka, aktar qed insiru konxji tal-effetti ħżiena li sfortunatament iġibu magħhom il- microplastics," kompla Deidun. Propju għalhekk li anke t-tim Universitarju ta' Deidun, nieda kampanja fil-bidu ta' dan ix-xahar, bil-għan li jsir studju fuq numru ta' bajjiet madwar Malta, bil- kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-kampanja Blue Flag u anke l-Beach Supervisors. Fost oħrajn, qed iħarsu lejn il- bajjiet popolari ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay) u l-Għadira. X'tinkludi l-kampanja? Bażikament, l-Università ta' Malta, bis-saħħa ta' proġett tal- Unjoni Ewropea (Andromeda), ipproduċiet pakketti li jkun fihom it għodda li wieħed ikollu bżonn biex jiskava it ramel u jfittex fih il- preżenza ta' dawn il-microplastics. Il-kampanja qed titlob lil dawk li jieħdu sehem, biex jieħdu ritratt ta' dawn il-microplastics fuq karti apposta li ġew ippreparati u li jinkludu wkoll QR Code. Persuna tkun tista' ttella dan ir-ritratt fuq l-App Andromeda, li titniżżel xejn fuq il-mowbajls. Bis-saħħa ta' hekk, filwaqt li persuna tkun qed tipprovdi aktar informazzjoni lill-Università għar-riċerka, tkun tista' tikseb aktar tagħrif dwar il-microplastics. Dawn il-pakketti jistgħu jinġabru mingħand il-Beach Supervisors li se jkollhom ukoll kontenituri apposta fejn persuna tkun tista' tarmi dawn il-microplastics. Minn fejn jiġu dawn il- frammenti? L-ILLUM talbet lill-Professur Deidun jispjega kif jinħolqu dawn il-microplastics u kif jinġarru fuq il-bajjiet. Spjega kif dwar din il- mistoqsija qed issir ħafna riċerka anke għax hemm bajjiet li fihom ikun hemm konċentrazzjoni ta' microplastics aktar minn oħrajn. Semma kif il-bajjiet ta' Għajn Tuffieħa u anke l-Għadira fihom konċentrazzjoni akbar ta' dawn il- frammenti tal-plastics u jista' jkun li dan minħabba l-fatt li jaqilgħu ħafna riħ u mewġ mill-Majjistral. "Jista' jkun li ħafna minn dawn il-microplastics ġejjin mill- bastimenti. Dawn il-microplastics ħafna drabi jintużaw fil-manifattura tal-plastic innifsu. Jintużaw ukoll fil- kosmetika. Naħsbu li dawn jistgħu jkun ġejjin minn tixrid ta' materjali mill-vapuri. Jista' jkun ġejjin ukoll mill-art iżda f 'Malta hemm xhur li fihom ma tagħmilx xita u lanqas għandna xmajjar li jistgħu jwasslu dawn il-microplastics sa fuq il- bajjiet," kompla jispjega. Kif jikkawżaw lis-saħħa tal- bniedem? L-ILLUM staqsiet ukoll lil Deidun xi ħsara jikkawżaw il-microplastics mhux biss lill-ambjent imma anke lis-saħħa tal-bniedem. Il-Professur spjega kif minħabba d-daqs tagħhom, dawn il- microplastics jittieklu minn dawk magħrufa bħala zooplanktons, jiġifieri dawk l-ħlejjaq jew organiżmi żgħar tal-baħar, bħal gambli, li jimxu mal-kurrent. Fakkar kif dawn il- microplastics huma żgħar ħafna u hemm minnhom li saħansitra, tant kemm huma żgħar, li jissejħu nanoplastics u għalhekk faċilment jittieklu minn dawn l-organiżmu. Riċerka uriet ukoll kif dawk il-frammenti ta' ċertu kuluri, bħall-blu jattiraw aktar lil dawn il-ħlejjaq. "Dawn iz-zooplanktons, għax huma żgħar, huma l-bażi tal- katina tal-ikel fil-baħar u allura dawn jittieklu minn ħut żgħar, li eventwalment jittieklu minn ħut akbar li jispiċċaw ukoll fuq il-platt tagħna," kompla Deidun. "Għalhekk l-impatt mhuwiex biss wieħed ambjentali, imma anke fuq is-saħħa tal-bniedem." I l - P r o f e s s u r fakkar li appart minn dan, ikun hemm ħafna kontaminanti (pollutants) li jeħlu ma' dawn il-frammenti tal-plastics. "Issa din 'il quddiem tista' tkun opportunità wkoll għax jekk insibu mezz kif niġbru dawn il-microplastics minn fuq il-bajjiet u mill-baħar, inkunu qed niġbru wkoll ħafna minn dawn il-pollutants li jagħmlu ħafna ħsara," kompla jgħid. Minn beda u fejn se topera din il-kampanja? Din il-kampanja bdiet topera mill-1 ta' Lulju li ġej u bħalissa qed isir xogħol ta' koordinament mal-Beach Supervisors u uffiċjali oħra li jaħdmu fuq il-bajjiet. It-tir huwa li din is-sena, il- kampanja tkun iffukata fuq żewġ bajjiet, jiġifieri dawk ta' Għajn Tuffieħa u l-Għadira li mhumiex biss l-aktar popolari mal-Maltin u t-turisti imma, kif spjegat, fihom konċentrazzjoni akbar ta' dawn il-microplastics. Barra minn hekk, il-bajja ta' Għajn Tuffieħa tiffaċċja l-Majjistral u dik tal-Għadira, taqla' ħafna riħ u mewġ mill-Grigal u għalhekk wieħed ikun jista' jistudja aħjar l-impatt tar-riħ u l-mewġ u d-differenza bejniethom. Deidun appella lill-pubbliku biex isegwi dik l-informazzjoni li se tkun qed tixxerred fuq il-midja soċjali u anke l-filmati li se jkunu qed jispjegaw aktar fid-dettall kif persuna tista' tieħu sehem f 'din il-kampanja. Il-frammenti tal-microplastics li jinstabu fuq il- bajjiet Alan Deidun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022