Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

Ritratt meħud minn James Bianchi 11 intervista illum • IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 wieħed kien jaħdem man-Navy, kien serqu Roll u l-karriera kkulurita tiegħu Staqsih jekk jiktibx bl-ingliż u Freddie wieġbu li qatt ma kiteb imma jista' jipprova. Għamlu ehim li jtellagħhom l-Ingilterra u jirranġa ma' Paul McCarthy biex juża' l-istudjo tal-Beatles. "Irrikordjajna 'Old Olive Tree.' Id-drummer kellu d-drums ta' Ringo, jien l-amplifier ta' John Lennon. Malli nżilna lura Malta ċempel Conway u qalli erġa ejja lura immedjatament." Freddie telgħa waħdu, Conway laqgħu ġo daru fejn qallu li dik id-diska li rrikordjaw semaha persuna mlaħħaq fil-kumpanija Apple, l-istess kumpanija li kellha l-Beatles. Xtaqu li joħorġu dik id-diska flimkien ma' oħra ta' kantanta ġdida li se tagħmel id-debut tagħha... il-kantanta Mary Hopkins u d-diska "ose were the days." L-għada marru, u bilqegħda f 'Rolls Royce ħadra, Freddie jara serbut nies bl-instrumenti jistennew biex forsi jaraw imqar il-bieb ta' barra. Conway spjegalu li dawk kienu qed jistennew bit-tama li jagħmlu audition. Fil- fatt Conway qallu "qed tara Freddie kemm inthom ixxurtjati, dawn iridukhom b'saħħa!" Fuq mejda mimlija avukati ehmu li joħorġu £500,000. "F'moħħi tektek żball li għamilt il-Ġermanja għax ma kontx naf li meta tibda' trid sponsor. Fil-Ġermanja kien hemm kumpanija Electrola li riedet tagħtina kuntratt. Meta smajt lil Herr Olaf jgħid li se jagħtihom dawk il-flus kollha ħsibthom se jisirquh u ma ħallejtux. Lili ħadd ma spjegali li dawk huma investimenti." Din id-darba pero' Freddie ma tħarrikx. Russ Conway qallhom li għandu ehim ma' Freddie li jieħu 50% tal-copyright. Il- kumpanija mal-ewwel qaltlu li jista' jinsa' li jieħu 50%, għax il-profitt jinqasam 100% bejn kulħadd. Fl-aħħar la l-kumpanija ma ċediet u lanqas Conway avolja Freddie koroblu biex iċedi, b'Conway jibqa' jinsisti "li jriduhom bis- saħħa." "Hemm skoprejt li Conway qed jagħmel flus daqsi minn Viva Malta. F'qalbi għidt "iva madoffi dan mill-PRS ta' Viva Malta qed jgħix? Imma wara indunajt li dawn hekk jagħmlu u akart fil-kliem li qalli l-Phoenicia... "Tafdax raġel Ingliż bil-flus u l-mużika." Freddie reġa' rritorna Malta u kellu jispjega lill-kumplament kif Conway kien fottilhom ċans tad-deheb. 'ose were the days' ħarġet grazzi għal sponsors fosthom Mick Jagger u laħqet il-quċċata tal-listi fl-Ingilterra f 'temp ta' it ġranet. "Ngħidlek li tagħna kienet tilħaq il-quċċata wkoll, biex ma ngħidlekx li tagħna kienet isbaħ," temm jgħid dwar dan Freddie. Freddie jitlaq The Malta Bums u jgħaqqad The Black Train Lura f 'Malta kienu jdoqqu kuljum sas- sbieħ filgħodu inkluż f 'dik li Freddie jsejjaħ bħala l-mekka. Fl-istess żmien, Freddie kien qed jilgħab fil-kampjonat tal-Waterpolo fejn beda' jagħmel suċċess enormi. Fil-fatt fl-1964 kien meqjus l-istilla tan-Neptunes wara li rebħilhom il-kampjonat. Dan filwaqt li kien jaħdem draughtsman bin- nhar. "Ma bdejtx inlaħħaq. Għidtilhom mhux se nkompli u minfloki daħal l-akbar ħabib tiegħi Alfred Scicluna." Il-Phoenicia ma riedux li jdoqqu l-Maltese Bums mingħajr Freddie Portelli u minflok bdew idoqqu ġewwa l-Palace. Pero' ma qatgħux qalbhom u ehmu li Freddie jirritorna l-Phoenicia għal weekends biss ma' grupp ġdid bl-isem ta' e Black Train. e Maltese Bums baqgħu għaddejin mingħajr Freddie Portelli imma sentejn wara li ħarġet il-kanzunetta popolari tagħhom 'L-ewwel tfajla li ħabbejt", infirdu. Min-naħa l-oħra e Black Train, flimkien ma' Freddie Calleja, George Baldacchino u aktar tard Joe Vella laħqu popolarità kbira, bi Freddie Portelli jerġa' "jisallab bix-xogħol." L-aħħar opportunità għal Freddie biex iġib kuntratt... iżda jitilfu wkoll Waqt li l-Black Train kienu l-Ingilterra, Freddie ħareġ bl-idea li jmorru jirrikordjaw xi kanzunetti Maltin ġo studjow professjonali. Hemm irrikordjaw kanzunetti li eventwalment saru popolarissimi mal-Maltin. Kien baqalhom 20 minuta ħin u biex ma jitlifx il-flus li ħallas Freddie qallhom biex jippruvaw kanzunetta li kien għadu kif jikteb. Id-diska bl-isem ta' "ere will be nobody" dwar l-aħħar tad-dinja. Filgħaxija kienu qed jisimgħuha u bdew jinnutaw xi it affarijiet li setgħu jiġu rranġati. Ftehmu li Freddie jerġa' jmur fl- istudjow u jirranġa li hemm bżonn filwaqt li huma jmorru jduru fejn jixtiequ huma. Ġara li waqt li kien qed jirranġa d-diska, daħal wieħed u malli semagħha qal lil Freddie jmur miegħu Londra ħalli jagħtih kuntratt. Ferħan se jtir aċċetta mal-ewwel u qallu li se jmur għal sħabu u jiġu mal- ewwel. Ir-raġel pero' ħatfu fil-kelma u qallu "inti waħdek jew xejn." Freddie mal-ewwel beda' jħossu ħażin imma s-sid tal-istudjow beda' joffendih. Insista ma Freddie li ma jafx x'inhu jagħmel u minn hemm u minn hawn dawruh li filgħodu jmorru flimkien Londra. "Filgħodu għidt jien dawn se ngħidilhom li dan irid lili u lilhom ma jridhomx? Ksaħt. Ara kemm jien ala biebi imma ddejaqt. Kien baqgħalna l-flus allura għidtilhom tlaqna lura Malta!" e Black Train f 'Malta baqgħu jiksbu suċċess wara ieħor b'kanzunetti bħal 'Kulħadd jaf ' u 'Wied ta' dmugħ.' Fl-1985 infirdu u għal 15-il sena Freddie ma riedx jaf aktar b'mużika. Jgħid mal-gazzetta ILLUM li bdiet togħġbu n-normalità u li jmur jiekol ma' familtu għal kwiet mingħajr l-għajjat tan-nies li jagħrfuh barra. Il-kbir għadu ġej... Id-diski ta' Freddie miġbura f 'Musical Freddie Portelli, magħruf f 'Malta bħala r-Re tar-Rock ġie kważi immortalizzat f 'Musical li ttella' qabel il-pandemija ġewwa l-MCC fil-Belt Valletta. Iżda l-produzzjoni li fl-2019 rat suċċess inkreddibli, se terġa' tirritorna. Miktub mill-kittieb bravissimu Malcolm Galea u b'direzzjoni brillanti ta' Sean Buhagiar u l-Maestro Dominic Galea, il- Musical jara l-ħajja ta' Kredu, interpretat minn Kevin Borg u Mark Tonna. Ma' Borg u Tonna jingħaqdu ħafna mill- kast oriġinali, b'xi żidiet ġodda wkoll inkluż Debbie Scerri u Julie Pomorski. Il-koreografija oriġinali hija ta' Warren Bonello. 30 kanzunetta ta' Freddie se jindaqqu fosthom Viva Malta, Flimkien, Xewqat Sbieħ, Se Jkolli Nemmen, Għal Dejjem u Ħallini. Il-produtturi ħarġu wkoll remix ta' Ħallini, ta' DJ Micimago, li tinstab fuq Spotify flimkien mar-recording tal-artisti oriġinali tal-Musical. Il-produzzjoni se tittellgħa għaxar darbiet bejn it-30 ta' Lulju u l-15 ta' Awwissu. Għall-biljetti, żur www. showshappening.com.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022