Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577
10 intervista IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum 'L-ewwel mikrofonu li kelli kien ġabuli wieħed minn fuq vapur'... Il-King tar-Rock 'n Roll Ħallini, Viva Malta, Għal Dejjem u tant aktar. Min ma semgħax bi Freddie Portelli f'dan il-pajjiż? Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' miegħu u tisma' r-rakkonti tal-esperjenzi, ġennati, bawxati u suċċess li jikkaratterizzaw lil dan il- kantant hekk popolari... MARIANNA CALLEJA "Ħajjarni missieri," beda' jirrakonta mal-ILLUM Freddie Portelli. Missieru kien idoqq il-mandolina u l-kitarra iżda l-għaxqa tiegħu jisma' l-opri tal-Musicals. Missier Freddie kien iħobb ukoll id-diski Pop, u ta' 13-il sena xtralu kitarra sabiex jibda' jitgħallem il-mużika. "Bagħatni għand wieħed, il-Captain tal-Mellieħa, kien ġenju imma wisq relax." Charlie Muscat magħruf aħjar bħala l-Captain ġewwa l-Mellieħa kien mużiċist bravu u għal tliet xelini kien jgħallem lil Freddie kif idoqq. Freddie jirrakonta kif dak iż-żmien tliet xelini kienu ħafna għax paga ta' ġimgħa kienet LM5. Mar-raba' darba, Freddie beda' jarahom ħela ta' flus allura waqaf u minflok kien juża l-flus biex jinżel il-Belt jagħmel xalata. "Ftit wara sabu barra missieri u staqsih kif jien sejjer. "Dak lanqas biss jersaq l-hawn," wieġbu l-Captain u nkxi." Il-Captain qallu li t-tifel mal-ewwel se jaqbad waħdu. Freddie jgħid ma' din il- gazzetta li hekk ġara u minħabba li missieru kellu widna tajba, meta jkun qed jippratika u jiżgarra kien jisimgħu jwerżaq "ojj hemm!" Il-Bums fil-garaxx ġewwa San Pawl il- Baħar Ftit snin wara missieru xamm tifel b'talent, laqgħu ma' Freddie u ttama li jaqbdu flimkien. Dak it-tifel ma kien ħadd ħlief Tony Camilleri l-Bayzo. Il-laqam tahulu Freddie għax fil-band ingħaqdu magħhom żewġ ġuvintur oħra jisimhom Tony. Eventwalment lil Tony Camilleri beda' jgħajjatlu l-Bayzo. Lil ħabib tal-Bayzo, Tony Muscat, beda' jgħajjatlu "r-Rhythm." Filwaqt li Tony Bartolo kien jgħajjatlu "l-Gegu." Meta ġew biex isibu isem għal band ġdida tagħhom li bdiet tiġbed naqra attenzjoni, għażlu l-Bums għax ħadd minnhom ma kien jaħdem. Jirrakonta kif dak iż-żmien San Pawl il-Baħar kien assolutament vojt u għalhekk meta kienu jipprattikaw kienu jinġabru l-ġuvintur u t-tfajliet tar-raħal fil- garaxx tagħhom. Kienu jdoqqu mużika instrumentali tal-Grupp Ingliż 'e Shadows.' "L-ewwel mikrofonu li kelli kien ġabuli wieħed kien jaħdem man-Navy, kien serqu minn fuq vapur. Jekk jaqa' fuq saqajk kien ikissierilek," reġa' beda' jidħak Freddie. Qal li ma kellhomx flus imma bdew jiġbrulhom. Fil- fatt it wara... "Morna għand Carabott, tajnih depożitu u l-bambin biss jaf x'sar minnhom il-kumplament tal-flus. Kien bagħtilna ittra bl-avukat, u imnalla kien ħija ġabrilna xi ħaġa biex inħallsuh." Il-Bums baqgħu ddoqqu fil-garaxx tagħhom San Pawl il-Baħar u it żmien wara kienu bdew jiġu jarawhom koppja Ġermaniża, li Freddie u sħabu kienu jaħsbu li huma Ingliżi. "Hi kienet ħelwa wisq, kienet qisha Petula Clark. Wara it qalulna li se jmorru lura l-Ġermanja u staqsewna jekk irridux nitilgħu magħhom. Hemmekk bdew il-Beatles tafx! U allura għiditilhom "ħalsulna u niġu." L-isplużjoni Maltija... The Malta Bums u Viva Malta Herr Otto Alf, ir-raġel li ħa lill-Bums il- Ġermanja kien jeħodhom idoqqu ġo klabbs żgħar madwar il-Punent tal-Ġermanja fin-naħat ta' Dusseldorf. Qabel ma telgħu, ġiegħelhom jieħdu ritratt mal-kanuni tal- Imdina u bidlilhom isimhom għal 'e Malta Bums' li bil-Ġermaniż tfisser "l-isplużjoni Maltija." Ftit wara ħadhom idoqqu LIVE fuq radju f 'Koln. B'nostalġija Freddie jgħid... "Niakar malli xegħlet il-bozza, ma nafx kemm il- miljun persuna qal li se jarawna dan il- manager. Ir-Rhythm qalli issa jekk tinqatalna xi korda, x'se nagħmlu? Għidtlu issa mhux hawn qegħdin!" Wieħed minn dawk il-miljuni li semagħhom kien produttur famuż illi kellu programm li fih idoqqu kantanti famużi Amerikani biss. Imma meta rahom żgħar, somor u semgħa l-ħoss tal-armonija, il- produttur mar jistaqsi lil Herr Otto Alf jekk e Malta Bums jistgħux ikantaw bil-lingwa Maltija. "Issa dan kellu programm, kif kien Xarabank hawn Malta, jekk tidher fih xi ħaġa kbira. Ċempilli l-Manager, qalli "Freddie hawn ċans għal break kbir." Sintendi il-band ħatfitu fil-kelma. L-għada kellhom il-filming u kull ma kellhom jagħmlu jiktbu kanzunetta bil-Malti. "Filgħaxija ġie l-Bayzo, qalli "ktibtha d-diska jew?" Għidtlu "le ta insejt" u beda' jgħajjarni. L-oħrajn bdew jgħiduli "għax inti dejjem hekk" u "int veru kredu." Tant kemm għajjruni li biex insoddilhom ħalqhom qbadt pakkett milli kienu jagħtuna biex niffirmaw u ktibt id-diska Viva Malta u ħarġet tal-ġħaġeb." Jgħid li f 'temp ta' it sigħat tahom in-noti tal-mużika u qabduha mal-ewwel. Filgħodu wasal u fil-klabb żgħir li s-soltu jdoqqu fih isibu tim kbir ta' persuni lesti biex jiġbulhom il-filmati. "L-ewwel qabdu lill-Gegu, tefgħuh fuq taraġ u imlewh kollu dawl biex iġibuh siluwett. Ma nafx kemm damu jiġbduh u aħna nidħku. Taf kemm offendiena, dak sar kollu għaraq." Freddie jgħid li mal-ewwel qatgħu d-daħk, għax x'ħin wasal biex jibda' l-kant ħadd minnhom ma setgħa jiakar il- kliem. Karta quddiemhom ma kellhomx u minflok xemx kull darba bdew jgħidu xewk. "Ġie jgħajjat id-direttur. Qallilna "hawn mhux Malta. Hawn kull minuta tiswa' ħafna flus." Morna nieklu xi ħaġa u meta ġejna lura għamilniha tajba mal-ewwel. Ġiet twila żewġ minuti u nofs u meta tefgħuha fuq it- televiżjoni għamlet bomba din il-kanzunetta." Freddie jgħid li jiakar illi l-għada li ħarġet ċempilu Herr Otto Alf biex jgħidlu li l-istazzjon qallu li kienet l-ikbar suċċess li qatt kellhom u aktar kemm bdew ixandruha iktar saru popolari. "Issa l-ġimgħa ta' qabilna taf min kienu l-mistednin? Sonny u Cher fl-aqwa żmien tagħhom! Insomma tant kemm sirna popolari li ma ħallewniex indoqqu aktar fil- klabbs." Is-sistema tal-maniġer inbiddlet u kull weekend kien jikri tliet swali. Jagħmel tabella kbira "e Boys from the Land of Sun" u taħt jikteb xi ismijiet ta' gruppi oħra li se jdoqqu. Meta jidħlu e Malta Bums, is-sala kienet tinfexx f 'għajat u ċapċip. Malli jaslu għat- tmiem, Herr Otto kien jagħmilhom sinjal b'idejh, jgħaddu minn wara u jeħodhom fis-sala li jmiss. Filgħodu kienu jagħtuhom pakkett ieħor tar-ritratti u jiffirmawhom. "Darba minnhom għidtlu isma' ħa nmorru it Malta, u ma riedx. Għidtlu u ejja kuntratt jgħid 20 ġurnata u għamilna sitt xhur hawn. Qalli mela morru u nerġa niġi għalikom." Mill-Ġermanja, The Malta Bums imorru New York, Kalifornja u Kanada Il-Maltin kienu kburin bihom u kull fejn imorru kienu jsibu aktar fejn idoqqu tant li ma bdewx ilaħqu. Sarulhom żewġ offerti, waħda l-Amerika u l-oħra Tokyo. "Ġie għalina l-manager u aħna tlaqnilu l-Amerika. Dorna mhux ħażin, morna Kalifornja, New York, Detroit, San Francisco u anke l-Kanada. Tellajna t-tagħmir u kien jiġri magħna fl-ajruplan." Mal-ILLUM Freddie jgħid li wara li kiteb 'Viva Malta', ġew iffitxuh artisti kbar inkluż Russ Conway, li kien kompożitur famuż Ingliż. "Kont għadni kif narah ġo film kumbinazzjoni... Missieri kien iħobbu. Meta ġejt lura Malta sibt ittra b'ismu u lanqas ridt nemmen. Ħallili n-numru u qalli biex niltaqgħu l-Phoenicia li dak iż-żmien kienet il-mekka." Meta mar Freddie sar jaf mingħand Conway li suppost kien qed jingħata l-flus kull darba li tindaqq 'Viva Malta' fuq ir-radjijiet tad-dinja. Ovvjament Freddie baqa' imbellah u staqsieh x'se jagħmel biex jitħallas. "Spjegali x'inhi Performing Right Society u qalli se ndaħħlek membru. Għidtlu li se niffirmalu kuntratt għal sentejn. Qalli "kif sentejn biss?" Għidtlu "għax ma nafx ta' xiex qed niffirma, u jekk tfottini, tfottini għal sentejn biss" u nfaqa' jidħak." "Il-fitt" li jagħti lil The Malta Bums opportunità tad-deheb Lejla minnhom e Maltese Bums kienu qed idoqqu ġewwa Villa Rosa. Waitress partikolari bdiet tistaqsihom idoqqu d-diski tal-Beatles. Daqqew erbgħa imma minħabba li, skont Freddie, il-Beatles kienu jdoqqu naqra sempliċi, żiedu mad-diski it beat u anke naqra iktar ilħna. Induna li dik il-waitress kien qed jibgħata xi ħadd u fl-aħħar tal-lejl ġiet tgħidilhom li dan ried ikellimhom. "Ilallu kemm hu fitt ħij! għidtilha. Ma kontx se nkellmu tafx imma imbagħad għidt ejja m'hemmx x'tagħmel." Dan ir-raġel introduċa ruħu bħala "Hammer, ħabib tal-qalb ta' Paul McCarthy." Qallhom li ma ddispjaċihx li talabhom id-diski tal-Beatles. "Qalli emmini meta ngħidlek li għamiltuhom aħjar minnhom. U vera ta, għax ma niddejaqx ngħid li tagħna kienu aħjar."