Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 analiżi L-apartheid skolastiku: Għaliex huwa għall-ġustizzja soċjali fil-pajjiż Imma l-iskejjel tagħna verament huma inklussivi? Il-Professur Carmel Borg janalizza u jgħid li mhux talli dan mhux il-każ talli llum Malta għandha 'l-aktar sistema edukattiva segregata fl-istorja riċenti..' CARMEL BORG L-aħħar riżultati tal-MATSEC jindikaw li x-xejriet soċjalment ferrieda baqgħu jgħollu rashom. Bqajna fl-istess ilma tal-passat riċenti f 'dak li għandu x'jaqsam mas-suċċess akkademiku, kif imkejjel mir-riżultati ta' tmiem iċ- ċiklu obbligatorju. B'dawn ir-riżultati, f 'kuntest ta' pajjiż fejn, fil-qasam edukattiv, bin jew bint min int għadu jgħodd, faċli wieħed ibassar li fil-futur il-pajjiż se jibqa' soċjalment mifrud, b'mobilità soċjali kajmana, u b'qasma soċjo- ekonomika kronika. L-apartajd skolastiku li kiteb dwaru dan l-aħħar il-Professur Ronald Sultana, huwa wieħed mill-akbar theddidiet għall- ġustizzja soċjali f 'pajjiżna, u raġuni ewlenija għalfejn Malta għadha fis-saffi t'isfel tal- klassifika Ewropeja tal-ġustizzja soċjali. Apartajd edukattiv, frott politika edukattiva kontradittorja. Politika kompromessista u beżagħna mill-kritika nfurmata. Politika allerġika għall-evidenza u bi ftit għarfien tal-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet għaġġelija fuq id-demografija tal-iskejjel, id-dinamika soċjali fi ħdan u bejn l-iskejjel, u l-kosegwenzi ta' segregazzjonijiet multipliċi li għadhom jikkaratterizaw il- pajsaġġ skolastiku ta' pajjiżna. Riċerka lokali li ilha għaddejja għal aktar minn kwart ta' seklu turi kif f 'dan il-pajjiż il-pinnur tal-inklużjoni fl-edukazzjoni jdur ma' kull riħ kuntrarju, biex illum għandna l-aktar sistema segregata fl-istorja reċenti tal- edukazzjoni. Għalkemm mhix il-politika ddikjarata, l-effett ta' diversi segregazzjonijiet huwa li l-'ward' jitħalla jwarrad waħdu, kemm jista' jkun mingħajr xkiel ix-'xewk'. L-esklużjonijiet strutturali, impinġija bħala żraben ta' daqs differenti għal saqajn differenti, iħejju lit- tfal għal soċjetà maqsuma soċjalment u ekonomikament. Malta, li qatt ma emmnet fl- inklużjoni sħiħa, għadha ferm 'l bogħod mit-twettiq ta' soċjetà ġusta, u s-soċjalizazzjoni li t-tfal qegħdin jieħdu permezz tal- istrutturi tal-firda ma jawgurawx tajjeb għal futur ideoloġiku u wettieqi ġenwinament inklussiv. L-inġustizzji ġew normalizzati... Ikun żball kbir jekk inħarsu lejn l-iskejjel bħala s-siti esklussivament responsabbli għall-firdiet soċjali, ekonomiċi u kulturali, jew għas-soluzzjonijiet tal-problemi soċjali li hawn madwarna. Is-sistema edukattiva għandha l-limiti x'tista' tagħmel u x'trasformazzjoni tista' ġġib. Ħafna mill-inġustizzji soċjali jibdew barra mill-iskola u huma effett ta' sistema globali, aċċettata bi prinċipju minn pajjiżna, fejn il-profitt jirbaħ fuq id-dinjità tal-bniedem, bil- karità, fil-forma ta' maratona kronika ta' maratoni ta' ġbir ta' fondi, tidħol fejn il-gvern jibqa' passiv, indifferenti jew 'l bogħod minn dak li hu mistenni minnu. F'pajjiżna, fejn il-karità u d-drittijiet spiss jitħalltu, tant li ma jibqgħux jingħarfu minn xulxin, qajla għandna għalfejn niskantaw li m'għandniex rewwixti marbutin ma' riżultati ħżiena (perspettiva ta' min għandu aspettattivi għoljin u sens ta' ġustizzja soċjali) fil-qasam edukattiv. Quddiem din is- sitwazzjoni edukattiva prekarja, il-kalma u l-indifferenza li hawn turina li l-entużjażmu li għandna għall-karità mhuwiex rifless fil-ħeġġa biex niggieldu għal aktar ġustizzja, kemm dik pre-distributorja (kif jigi ikkrejat il-ġid) kif ukoll dik distributorja (kif jitqassam il-ġid). L-inġustizzji ġew normalizzati tant li nqushom bħala ewl id-dinja. Diffiċli niġġieldu l-inġustizzji fil-qasam edukattiv jekk ma nifhmux il-kuntest tad- differenzi kbar fis-suċċess edukattiv, bejn tfal u skejjel. Nuqqas ta' għarfien soċjoloġiku ikompli jipperswadina li l-problemi ta' nuqqas ta' suċċess skolastiku huma tal-persuna. Il-politika tad-defiċjenza qatt ma tista' twassal għall-ġustizzja soċjali. L-isfond lokali u globali tal- kitba ta' dan l-artiklu qajla jittamana f 'riżultati edukattivi aħjar is-sena d-dieħla u fil-futur qrib. Bid-dejn pubbliku f 'livell għoli, bi kriżi ekonomika globali, b'inflazzjoni paralizzanti, b'pandemija li għadha tinfettana u toqtolna, u bi gwerra li donnu m'hemmx interess li titwaqqaf, diffiċli wieħed ibassar aktar investiment sostanzjali fil-ġlieda kontra ir-riżultati skolastiċi u l-implikazzjonijiet soċjo- ekonomiċi tagħhom. Meta l-gvernijiet titmermrilhom is- saħħa finanzjarja, speċjalment meta jkunu darrew lill-poplu li l-ġustizzja soċjali tista' tgħaddi mingħajr żieda fit-taxxi, u li l-flus fl-idejn huma aktar importanti minn, per eżempju, professjonisti mħarrġin u mħallsin sew, dawk li ilhom jgħixu fis-saffi t'isfel tas-soċjetà, jew li se jaqgħu kawża tal-kriżi finanzjarja, iġifieri dawk li l-aktar għandhom bżonnijiet immedjati u li huma l-aktar dipendenti fuq is-servizzi tal- Istat, se jieħdu l-akbar daqqa. F'ċirkustanzi bħal dawn, it- tendenza hi li l-privat jidħol fejn l-Istat jieqaf jinvesti, b'konsegwenzi għall-ekwità u għall-ġustizzja soċjali. Il- ġustizzja tal-ġungla, parzjalment immaskrata biċ-ċekkijiet u l-bottijiet tal-karità, se tibqa' magħna. Il-'ġenerożità falza', li tgħin biex tħalli l-istrutturi tal-firda soċjali u ekonomika kif inhuma, se tibqa' tiddomina l-ħajja soċjali tal-pajjiż. 'It-triq tal-fejqan hija mibnija fuq il-valuri u prinċipji' L-edukazzjoni mhix realtà awtonoma minn dawn ir- realtajiet soċjali, fiskali, ekonomiċi u kulturali. Raġuni ewlenija għalfejn dejjem insistejt li l-eluf ta' ħaddiema fil-qasam edukattiv jissawru f 'kuxjenza politika li tagħraf l-importanza tal-klassi soċjali u l-materjalità tan-nuqqas ta' suċċess akkademiku bħala elementi ewlenin fl-analiżi tas- sitwazzjoni xejn tajba fil-qasam edukattiv. Fid-dawl tal-għarfien oġġettiv li f 'pajjiżna r-rabta bejn l-istatus soċjali u s-suċċess akkademiku hija qawwija, tikber l-importanza tar-ritorn tal- ideoloġija fid-diskussjoni dwar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022