Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577
16 opinjoni IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum Klabb tas-sajf bi tbissim L -għaqda volontarja "Voice For Inclusion Associa- tion" twaqqfet fil 2019 bi skop li ttejjeb il kwalità tal-ħajja ta persuni b'diżabilitajiet varji li jgħixu fil-gżira Għawdxija. Din il-għaqda hija iffurmata minn grupp ta' ġenituri ta tfal b'diża- bilità, li wara ħafna snin jiffaċċ- jaw nuqqasijiet serji fis-servizzi tas-saħħa u dawk edukattivi offruti ġewwa l-gżira ta' Għawdex, iddeċidew li jingħaqdu flimk- ien biex jipprovdu ħajja deċenti għall-uliedhom. Għalkemm hemm ħafna nuqqasijiet li jridu jitranġaw f 'kull aspett tal ħajja soċjali ta' nies b'diżabilità f 'gżirit- na, l-għaqda se tiffoka l-ewwel fuq servizzi tas-saħħa u dawk edukat- tivi. Dan biex tiżgura li l-ġener- azzjoni attwali ta' tfal b'diżabilità ikollha formazzjoni soda u tkun tista' fil-futur tieħu ir-riedni ta' din l-għaqda, għal-ġid ta' dawk li jiġu warajhom. Sa mill ewwel sena tat-twaqqif ta' din il-għaqda, aħna tajna importanza kbira għan-nuqqas ta' attivitajiet soċjali li it-tfal tagħna ikollhom fix-xhur twal tas-sajf. Dan għaliex ħafna mill attivitajiet offruti lit-tfal oħra, mhumiex aċċessibbli għat-tfal b'diżabilità. Allura meta tispiċċa l-iskola, it-tfal tagħna isibu ruħhom waħidhom id-dar! Għalkemm il-Gvern jipprovdi l-iskola tas-sajf għal-kulħadd, minħabba nuqqas kbir ta' edukaturi mħarrġa fil-bżonnijiet speċjali fi żmien tas-sajf, dan is -servizz spiss ikun ta dannu minflok ta' ġid għat tfal bi bżonnijiet serji. Għalhekk l-għaqda tagħna fittxet għajnuna ta nies speċjalizzati fil-qasam biex torganizza attivitajiet rikreattivi u edukattivi addattati għal dawn it- tfal fil-perijodu tas-sajf. Dan bil- għan li nipprovdu kontinwità lit-tfal u it ta serħan lill-familji tagħhom li jiffaċċjaw diffikultajiet kbar tul is-sena kollha. Matul l-ewwel sena, dan is-servizz ġie offrut bi ħlas. Il- programm ġie imfassal flimkien ma kumpanija privata li tipprovdi terapija lill-persuni b'diżabilità. F'dan il-programm instab bilanċ bejn edukazzjoni u rekreazzjoni u ġie offrut l-iskola ta' Sannat. Dan kien ta' benefiċċju kbir għat-tfal. Sfortunatament minħabba in- numru kbir ta persuni imħarrġa li huma neċessarji biex jitwettaq dan is-servizz, il-prezz kien sostanzjali u in-numru ta' familji li setgħu jibgħatu it-tfal tagħhom kien limitat. Meta membri tal-gvern żaru din l-attività u raw il-ġid kbir li kien qed sir, iddeċidew li jipprovdu l-għajnuna xierqa sabiex it-tfal b'diżabilità kollha fil-gżira Għawdxija igawdu ukoll minn din il ħidma. Dan wassal biex in-numru ta' studenti kiber ħafna fit-tieni sena u aktar u aktar din is sena. Kibru ukoll in-numru ta' attivitajiet offruti lit-tfal waqt dan il programm tant li issa qed ikollna diffikultà kbira biex insibu biżżejjed għalliema u LSEs imħarrġa. Qed ikollna problema anke biex insibu post xieraq fejn issir din l-attività minħabba li din is sena kellna bżonn erba' klassijiet imdaqqsin. Fost l-attivitajiet li qed jiġu offruti fil-programm ta din is sena hemm; Terapija tal mużika, Drama, "Scouts", lezzjonijiet tat-tisjir, "Lego Club", "Young Engineers", "RoboCoach", "story telling with maths", "Cras", "Board Games', 'Moving therapy", "communication therapy" u anke "Digital Literacy". Waqt it-tfassil ta dan il programm, ingħatat attenzjoni kbira biex inħoloq bilanċ bejn divertiment u kontinwita' mal- programmi edukattivi ta' matul is sena. Dan biex it-tfal ma jkollomx problemi ta tranżizzjoni u anqas stress biex jadattaw u b'hekk jieħdu aktar gost. Il-membri kolla ta' din il-għaqda huma kburin bis-suċċess kbir li din l-attività annwali qed ikollha. Huma aktar u aktar kuntenti li jaraw li ix-xogħol tagħhom qed ikun ta ġid għal komunità Għawdxija. Għalhekk inħeġġu lil familji kollha f 'din il gżira li għandhom membri b'diżabilità, sabiex jingħaqdu magħna bħala membri ta' din l-NGO. Dan jista' isir bla ħlas fuq il website tagħna (http://www. voiceforinclsiongozo.com). Is- saħħa qeda fin-numru u billi issiru membri qed tkunu ta' għajnuna fil- ħidma tagħna biex nipprovdu futur aħjar u aktar xieraq għal persuni kolla b'diżabilità fil gżira Għawdxija. Stephen Abela Stephen Abela huwa s-Segretarju tal-għaqda Voice for Inclusion Association Xogħol fuq pjattaforma diġitali: skjavitù modern? I lna it li bdejna nindunaw, bil-mod, li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk assoċjati mal-pjattaforma diġitali lokali setgħu ma kinux adegwati. Fi Frar li għadda, wieħed minnhom, Nepaliż ta' 28 sena, kien involut f 'inċident tat-traffiku fatali fil-Marsa waqt li kien għaddej fuq xogħlu, jqassam l-ikel. Din mhijiex xi ħaġa li tikkonċerna lilna biss, f 'Malta. Hi sitwazzjoni li hi wkoll taħt l-osservazzjoni tal-Unjoni Ewropea li qed tikkunsidra l-introduzzjoni ta' Direttiva, applikabbli fl- Unjoni kollha, "dwar it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali". L-istudju dwar l-impatt ta' din il-miżura, li ġie mfassal bħala dokument biex ikun ta' għajnuna fid-deliberazzjonijiet meħtieġa, jenfasizza li wħud minn dawk li jaħdmu permezz tal- pjattaformi diġitali qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet ħżiena ta' xogħol u aċċess mhux adegwat għal ħarsien soċjali. Uħud minnhom, jgħid l-istudju, huma b'mod żbaljat deskritti jew klassifikati bħala persuni li jaħdmu għal rashom. Bħala riżultat ta' din id- deskrizzjoni ħażina dawn ġeneralment jitilfu ħafna mid- drittijiet jew protezzjoni li huma intitolati għaliha. Dawn jikkonċernaw il-ħarsien dwar kemm jaħdmu siegħat, il-paga minima (inkluż il-bonus statutorju ta' Ġunju u Diċembru), leave annwali bi ħlas, leave għall-mard, leave tal-ġenituri u ħarsien tas- saħħa u sigurtà fuq il-post tax- xogħol. L-azzjoni industrijali tal-kurriera tal-ikel tal-Bolt il-ġimgħa l-oħra iffukat l-attenzjoni fuq il-qagħda ta' dawk li jaħdmu permezz tal-pjattaforma diġitali. "Kważi ħadd ma jaf minn xiex ngħaddu biex inwasslu l-ikel malajr" kien ikkwotat jgħid wieħed mill- kurriera. Hu fatt mhux daqstant magħruf li l-operaturi tal-pjattaforma diġitali konnessa mat-tqassim tal-ikel, minbarra li jiġbru l-ħlas dovut għat-tqassim jieħdu wkoll kummissjoni sostanzjali mingħand l-operaturi tal- istabbilimenti tal-ikel li jservu. Xi kultant, jiena infurmat, li dawk il-kummissjonijiet jammontaw għal madwar it-30 fil-mija tal-valur tal-ikel li jkun qed jitqassam. Ġibduli l-attenzjoni tiegħi li din il- kummissjoni kultant tidher riflessa f 'diskrepanza bejn il-prezzijiet li jidhru online u dawk li tista' tara b'għajnejk fl-istabilimenti tal-ikel infushom! Għandu jkun ċar li dawn il- flejjes mill-kummissjonijiet ma jispiċċawx għand il-kurriera li jkunu qed jiġru bil-muturi mat- toroq tagħna. Jispiċċaw fil-kont tal- bank tal-operaturi tal-pjattaforma diġitali! Uħud mill-kurriera jitħallsu bir-rata miżera ta' €2 għal kull vjaġġ bl-ikel, kultant inqas. L-iffurtunati fosthom kultant jitħallsu €2.50 (jew it iktar) għal vjaġġ bl-ikel! Dan ifisser li jkun jeħtieġilhom li jaħdmu għal sigħat twal biex jistgħu kemm kemm jgħixu. L-affarijiet huma bil-bosta agħar għal dawk meqjusa bħala "indipendenti", inkella b'mod falz deskritti bħala li jaħdmu għal rashom. Dawn jispiċċaw iridu jħallsu l-ispejjes li jkollhom huma ukoll. Jispiċċaw ħafna agħar! Dan hu skjavitù tas-seklu wieħed u għoxrin. Skjavitù diġitali! Wara l-azzjoni industrijali tal- ġimgħa l-oħra tal-kurriera tal-ikel tal-pjattaforma diġitali, uħud mill-istabilimenti tal-ikel kienu mħassba u fetħu ħalqhom għax dan effettwalhom il-but. Ħadd ma nduna li kienu b'xi mod imħassbin huma u jużaw dan is-servizz ta' dawn il-kurriera imħaddma qishom skjavi. Xejn ma ddejqu. Il-kuxjenza ma niggżithomx. L-istabilimenti tal-ikel li jagħmlu użu mis-servizz tal-pjattaforma diġitali mhumiex direttament responsabbli għal kif din topera! Imma, l-fatt li jagħmlu użu minna jirrendihom kompliċi f ' din l-industrija ta' skjavitù modern li qed tiżviluppa biex taqdi lilhom. L-azzjoni industrijali tal-ġimgħa l-oħra fetħet għajnejn bosta, inkluż ta' dawk li kienu qed jagħmluha tal-boloh, taparsi ma jafu b'xejn. Issa hu l-waqt għal azzjoni konkreta. Azzjoni li teħtieġ li anke l-konsumatur jieqaf milli jagħmel użu mis-servizzi ta' dawk li qed jinkoraġixxu dan l-iskjavitù diġitali modern. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD