Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577
08 aħbarijiet IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Miżura ta' tpattija'... Deputat tirreaġixxi għall-proposta tal-Avukat Lynn Chricop Faure dwar ħlas tard ta' manteniment Xogħol fil-komunità minflok priġunerija, ħlas dirett fil-bank u reviżjoni regolari ta' manteniment biex jindirizza l-għoli tal-ħajja. Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar tirreaġixxi għal proposti ta' avukat għad- drittijiet tat-tfal ANTHEA CACHIA "Ma naqbilx li tħallas 5% aktar f 'manteniment jekk dan jasal tard, għas-sempliċi raġuni li hi diffiċli tiddetermina liema huma r-raġunijiet validi u dawk li ma humiex f 'każ ta' ħlas tard... Mhix proposta iċċentrata mad-drittijiet umani iżda hija aktar waħda ta' tpattija." Hekk qalet id-Deputat Rosianne Cutajar b'reazzjoni għall-sett ta' proposti ġodda mressqa quddiem il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard mill-Avukat Lynn Chircop Faure. Cutajar f 'dawn l-aħħar xhur, bir- ritorn tagħha fil-Parlament, k i e n e t voċifera fuq k w i s jt on ij i e t li jolqtu l i l l - f a m i l j a ; fosthom id- dewmien ta' kawżi fil-Qrati u t-trobbija kondiviża ugwali bejn iż-żewġ ġenturi. Bl- aktar ħatra riċenti tagħha bħala membru tal-Kunsill tat-Tfal, l-ILLUM ħadet l-opportunità u staqsietha numru ta' mistoqsijiet, b'mod speċjali x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jitnaqqas l-iżbilanċ bejn il-ġenituri fit-trobbija u jekk hemmx pjan li jidħlu fis-seħħ uħud mill-proposti ta' Chircop Faure. 'Nuqqas ta' manteniment huwa punibbli, iżda l-ġudikanti ma jirrikorrux għaliha mal-ewwel' Fl-intervista mal-ILLUM Chircop Faure - li ħadmet mill-qrib mal-għaqda Flimkien Missirijiet Inqumu - kienet saħqet li f 'ċertu każi, pagamenti ta' m a n t e n i m e n t tard iwasslu g ħ a l l - p r i ġ u n e r i j a . Hawn Cutajar i r r i m a r k a t li filwaqt li n-nuqqas ta' pagamenti għat- tfal huwa punibbli bil-liġi, "il-ġudikaturi tagħna ma jirrikorrux għaliha b'mod immedjat. Dan hu importanti li ngħiduh biex ma tingħatax l-impressjoni li kull persuna li naqset milli tagħti m a n t e n i m e n t spiċċat tiskonta sentenza ta' p r i ġ u n e r i j a ," qalet Cutajar. Madankollu hija wkoll ma taqbilx ma' dan il-kastig u temmen li minflok priġunerija, jista' jingħata xogħol fil-kommunità. 'Ma nħossx li huwa dinjituż li persuna toqgħod tittallab għall-manteniment' Cutajar żiedet tgħid li jekk ikun hemm ftehim bejn il-partijiet, jiġifieri l-ġenituri, jew inkella fil-każ fejn il-Qorti tistabilixxi manteniment, il-bank għandu jiġi notifikat u l-manteniment jinqata' direttament mill-bank bi 'standing order', jiġifieri f 'ġurnata partikolari b'mod awtomatiku u ripetut. Hija tħoss li ma huwiex dinjituż li persuna toqgħod tittallab għall-manteniment, "illi wara kollox irid jingħata bi dritt." Hija tgħid li dan il-proċess dirett, inaqqas ix-xogħol minn fuq l-għasses, "għaliex attwalment kull meta ma j i n g ħ a t a x m a n t e n i m e n t , l-individwu jrid imur kull darba jagħmel rapport." 'Nixtieq nara l-implimentazzjoni ta' xi wħud' Fl-opinjoni ta' Cutajar, hemm bżonn ta' riforma mill-qiegħ fil- Qorti tal-familja u dan proprju għax "il-liġijiet tagħna jridu jirriflettu r-realtajiet tal-familji tagħna, speċjalment f 'mumenti ta' diffikultà." Hija żiedet tgħid li minn żmien għal żmien isiru diversi proposti tajbin f 'dan ir-rigward u għaldaqstant tixtieq li tara l-implimentazzjoni ta' xi wħud. 'X'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex l-iżbilanċ fil-Qrati tal- familja, jiġi ndirizzat u mtejjeb?' "Konxja li ċ-ċirkostanzi ivarjaw minn familja għall-oħra u għalhekk ikun hemm min hu ta' opinjoni differenti, iżda nemmen li fil- liġi tagħna irid ikun hemm qafas reali illi jistipula l-minimu ta' manteniment li għandu jingħata biex niggarantixxu d-dinjità lil kull tifel u tifla f 'pajjiżna," qalet Cutajar. Fuq hekk hija ssostni li huwa kruċjali li minn żmien għal żmien għandu jkun hemm reviżjoni fil- manteniment biex jikkunsidra wkoll l-għoli tal-ħajja. "Digriet li ngħata fl-2010 ma jirriflettix r-realtà tal-2022!" temmet tgħid Rosianne Cutajar X'jgħidu l-proposti ta' Chricop Faure? Kif se jaffettwaw lill-familji Maltin u Għawdxin? • Meta ġenitur ikollu Ordni ta' Protezzjoni maħruġa mill-Qorti kontra l-ġenitur l-ieħor għandu jkun hemm Pulizija preżenti (meta ż-żewġ ġenituri jiltaqgħu) meta l-wild imur għand il-ġenitur. • F'kull għassa ta' Malta għandu jkun hemm kamra mgħammra apposta biex tilqa' lit-tfal, għal dawk il-ġenituri li jkollhom digriet mill-Qorti li jgħid li t-tfal iridu jinġabru minn xi għassa. Ir-raġuni wara din il-proposta kienet għal dawk il-ġenituri li jħossu li għandhom jiġbru lill uliedhom minn post sigur. Fost ir-raġunijiet hemm il-biża', ittardjar fil-ħin b'mod repetut, meta ġenitur ma jkunx irid jagħti lill-ġenitur l-ieħor l-ulied, jew meta t-tfal ma jkunux iridu jmorru għand il-ġenitur l-ieħor fuq suspett ta' aljenazzjoni. • Istituzzjoni li tiddefendi d-drittijiet tat-tfal b'mod indipendenti mill-ġenituri. • Il-manteniment għandu jiġi maħdum b'formola li tikkalkula l-iljieli, l-ikliet, u d-dħul tal-ġenitur. • Id-definizzjoni legali ta' vjolenza psikoloġika u emozzjonali fit-tfal għandha tinkludi l-aljenazzjoni tal-ġenitur bħala abbuż psikoloġiku. • Għandu jsir assessjar ħolistiku u tajjeb biex ma jkunx hemm allegazzjonijiet ta' aljenazzjoni mingħajr evidenza. X'kien ippropona l-Kap tal-PN? F'Diċembru 2020, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kien ippropona ħolqien ta' kalkolu ċar ta' kif jinħadem il-manteniment sabiex il-ġudikanti, l-avukati u anki l-partijet ikunu jistgħu jimxu miegħu bħala linja gwida meta jiġi kkalkulat. "Wasal iż-żmien li naraw kif nindirizzaw il-weġgħat ta' persuni li għaddejjin minn diffikultajiet fil-familja, speċjalment fejn jidħlu l-ulied," sostna mal-ILLUM. Grech ippropona wkoll li l-Qorti tal-Familja tkun irriformata biex kawżi u rikorsi li jolqtu l-firda tal-ġenituri mill-ulied jinstemgħu iktar malajr biex b'hekk jitnaqqsu l-weġgħat u l-ħsarat. "Dan għaliex ġimgħa mingħajr aċċess għal ibnek jew bintek jew wild għall-omm jew missieru, hi ġimgħa mitlufa." Lynn Chircop Faure Rosianne Cutajar Bernard Grech