Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 analiżi Waslet l-għodwa tal-Imperatriċi: Ħarsa il-personaġġi Karkariżi u l-baned Birkirkara u dak li jsawwarha: Min kien Vincenzo Borg - magħruf bħala Ta' Brared, li għalih fil-fatt hemm triq imsemmija? Għaliex jgħidulhom tal-Bagri u tal-Għama? U min kien Salvu Psaila? Ritianne Frendo tagħti ħarsa qasira lejn Birkirkara, ġranet qabel il-festa... Bħal-lum ġimgħa il-Karkarizi jiċċelebraw il-festa tal-patruna tagħhom - Sant'Elena, Niltaqgħu ma' xi ħadd ġdid u nistaqsu "minn fejn int?", għax il-post fejn noqogħdu jagħtina identità. L-istess għalina l-Karkariżi. Birkirkara għandha storja kbira, b'personaġġi li taw kontribut kbir għal dak li kien raħal kbir u llum sar belt ċentrali li dejjem kienet minn ta' quddiem fejn tidħol il- ħajja reliġjuża, kulturali u ċivika. Il-ħolma ta' Brared u l-vara ta' Sant'Elena Bla dubju fil-festa l-istatwa tal- patruna tkun fil-qalba ta' kollox. Ma tridx tkun bilfors Karkariż biex tassoċja l-istatwa maestuża ma' Birkirkara. Anke nies li mhumiex midħla tal-festa, issemmilhom lil Birkirkara u jfaħħru l-ġmiel ta' statwa li għandna. L-istorja tagħha toħodna lura fl-1833, meta l-kavallier Vincenzo Borg magħruf bħala Brared, Karkariż li kien il-mexxej tal- Karkariżi fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi, kellu din il-ħolma li għadna ngawdu sal-lum, dik li Birkirkara jkollha l-vara tagħha u tinħareġ fil-festa. Kien ispirat mid- dehra maestuża ta' Sant'Elena fil- kwadru titulari ta' Francesco Zahra fil-Proto-Kolleġġjata. Bla telf ta' żmien għamel kuntratt mal-iskultur Salvatore Psaila, minn Bormla, fl-20 ta' Jannar 1798, biex jagħmel statwa ta' Sant'Elena, li kellha tkun fl- injam mastizz, u jiregalaha lill- Kolleġġjata Bażilika ta' Birkirkara. Psaila li mal-ewwel ġie jgħix f 'Birkirkara, kien għadu qatt ma skolpixxa raffigurazjoni ta' mara għall-knejjes qabel, imma daħal b'ruħu u ismu biex jagħmel dan il-kapolavur. Il-kapolavur ta' Salvu Psaila Immaġinaw l-għodwa sħuna tat-23 ta' Awwissu fl-1833, meta fil-Pjazza ta' Birkirkara ltaqgħu Salvu Psaila, Vincenzo Borg u n-nutar Giuseppe Gatt Testaferrata għall-kuntratt li fih ġie miktub li fi żmien għaxar xhur Psaila kellu jiskolpixxi fl-injam statwa tal-Imperatriċi Elena, bl- injam kellu jkun arzino (pine). Iżda dan iż-żmien kien inqabeż sew għax fil-fatt l-istatwa tlestiet erba' snin wara fl-1837. Il-vara ta' Sant'Elena nħadmet f 'dar kbira fi Triq Għargħur, f 'Birkirkara, li għadha hemm u nsibuha bħala "il-Palazz ta' Santa Liena". Kien sar pjan li meta titlesta l-istatwa kellha toħroġ għall-festa ta' Sant'Elena bi briju kbir biex tiddaħħal trijonfalment fil- Kolleġġjata tagħha. lżda l-pjan għal Vincenzo Borg kien xort'oħra, għax dan il-benefattur, Ii kien ħallas għall-vara, miet f 'Lulju tal- istess sena. Ma kellux ix-xorti jara l-kapolavur ta' Psaila dieħla fil-Kolleġġjata u titgawda sena wara oħra. Għall-funeral ta' Vincenzo Borg l-istatwa kienu ġabuha qabel u poġġew il- katavru ta' Brared f 'nofs il-korsija quddiem l-istatwa u b'hekk seta' biss igawdiha mit-tebut, fit- tempju msebbaħ bi ġmielha. Personaġġi importanti Karkariżi Il-lista ta' pijunieri għal Birkirkara ma tispiċċa qatt. Nies li taw sehemhom għal Birkirkara, għall-ġid tal- poplu tagħha u tal-pajjiż kollu. Għalhekk nillimita ruħi għal personaġġi li l-aktar ħallew marka ma titħassarx fl-istorja, fosthom Dun Filippu Borg, fundatur tal-ewwel Kolleġġjata f 'dawn il- gżejjer. Kien kappillan sa mill-15 ta' Frar 1594 u għall-għerf tiegħu kienu jikkonsultawh il-Gran Mastri, l-iktar Wignacourt u De Paule. Kien ukoll vigarju ġenerali tal-isfijiet Cagliares u Balagueru eżaminatur tal-kleru, waqt li serva snin sħaħ bħala pro-inkwiżitur. Bħala benefattur bena l-Knisja l-Qadima li kienet meqjusa bħala l-"prinċipessa tal-knejjes" Vincenzo Borg (Ta' Brared) L-istatwa ta' Sant'Elena - xogħol Salvu Psaila Dun FIlippu Borg Sir Anthony Mamo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022