Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199
23 films IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum Carmel Bonnici Barry Lyndon - Xogħol letterarju klassiku maħdum f'film e Luck Of Barry Lyndon hija novella mimlija avventuri miktuba minn William Makepeace ackeray, ippubblikata għall-ewwel darba f 'forma ta' serje fl- 1844, dwar membru ta' dawk ikklassifikati bħala ta' taħt in-nobilita' Irlandiża li pprova jsir parti mill-aristokrazija Brittanika. ackeray, li bbaża dan il- ktieb fuq il-ħajja u l-akkwisti kuraġġużi tal-brikkun Anglo-Irlandiż u kaċċatur tal-fortuna Andrew Robinson, wara reġa' stampah bl-isem ta' e Memoirs Of Barry Lyndon Esq. (Il-memorji tal- komuni Barry Lyndon). Id-direttur rinomat Stanley Kubrick addatta din in-novella ġo film bl-isem biss ta' Barry Lyndon (1975). Mhux bħall- film, l-istorja hija rrakkontata minn Barry inniffsu li jiffunzjona perfettament bħala wieħed li ma tridx toqgħod fuqu, kollu aħir, li ma jridx jirrealizza l-mod inkredibbli li ma jitwemminx kif poġġa lilu nniffsu. William Makepeace ackeray, awtur Ingliż, twieled f 'Calcutta, l-Indja fit-18 ta' Lulju 1811. Ta' seba' snin hu ntbgħat f 'Chatterhouse School, f 'Londra u wara attenda Trinity College, l-universita ta' Cambridge u telaq minn hemm mingħajr ma ħa l-lawrja. Bħala ġurnalist kiteb taħt l-isem ta' George Savage Fitzboodle jew ta' Michael Angelo Titmarsh waqt li kkontribwixxa ħrejjef, kritika, poeżiji u kotba, fosthom Barry Lyndon. Fl-1841 ħareġ il-perjodiku umoristiku Punch u kellu suċċess tajjeb b'dan il-magażin. Vanity Fair, l-ewwel novella importanti tiegħu u forsi l-aqwa ġiet ippubblikata parti kull xahar bejn l-1846/1848 waqt li hu stess pinġa l-istampi. ackeray għamel taħditiet kemm fir-Renju Unit u kemm fl-Istati Uniti u kiteb versi nofshom umoristiċi u nofshom patetiċi, iżda tassew stravaganti. Fi żmien il-perjodu tar-Reġina Vittorja rriżulta li kien l-aqwa umorista u satirista Ingliż u anki wieħed mill-aqwa awturi tal- letteratura Ingliża. W. M. ackeray miet fl-24 ta' Diċembru 1863 ta' 52 sena. Wara li ħadem A Clockwork Orange, Stanley Kubrick dawwar l-attenzjoni tiegħu fuq ix-xogħol ta' ackeray, Vanity Fair, imma malajr biddel il-ħsieb għal żewġ raġunijiet – meta din inħadmet bħala serje għat-televiżjoni u meta sostna li ma setax iqassar din in-novella għall-ħin li s-soltu jieħu film. Meta qara' Barry Lyndon mill- ewwel eċita ruħu dwaru. Billi l-films ta' Kubrick dejjem kellhom nominazzjonijiet għall-unuri, speċjalment għall-Oscars, ir-reputazzjoni tiegħu kienet kbira bħala direttur perfezzjonist li hu akbar mill-films u l-atturi tiegħu. Il-Warner Bros. kienu dejjem lesti li joħorġu l-films għal xi xogħol li ried jaħdem, għax hu dejjem jopera b'segretezza kbira, speċjalment wara l-furur tal-vjolenza f 'A Clockwork Orange. Wara li ħalla l-pjanijiet tiegħu għall- proġett dwar Napuljun Bonaparte, Kubrick tefa' għajnejh fuq ix-xogħol ta' ackeray tal-1844 dwar "avventuri satiriċi ta' brikkun Irlandiż li jfittex il-fortuna." Barry Lyndon li l-ambjent tiegħu tah ċans li jieħu vantaġġ mir-riċerka kbira li għamel dwar il-film, issa mħassar, ta' Napuljun. Hu biss iddikjara li fih se jaħdmu Ryan O'Neal (Kubrick ried attur żagħżugħ popolari u O'Neal ħa l-fama f 'Love Story) u Marisa Berenson, mudella msemmija u li se jinħadem fil-maġġoranza tiegħu fl-Irlanda. Berenson kienet taf biss li se tilbes kostumi tas-Seklu Tmintax u qalilha biex ma toqgħodx fix-xemx għax rieda tkun pallida għal din il-produzzjoni. Il-film dam 300 ġurnata jinħadem, mir- rebbiegħa tal-1973 sal-bidu tal-1974, b'xi waqfa fil-Milied. Ix-xeni ta' ġewwa nħadmu kollha fl-Irlanda, għalkemm l-istorja sseħħ fl-Ingliterra u l-Prussja (parti mill- Germanja u l-istati Baltiċi) matul il-perjodu msemmi "Seven Years War". Il-fotografija ta' John Alcott li ħa ispirazzjoni mix-xenarju tal-pitturi Watteau u Gainsborough, kienet tistrieħ fuq id-direzzjoni tal-arti li saret riċerka dettaljata fuqha minn Ken Adam u Roger Walker. Dawn kollha rebħu Oscar meritat tax-xogħol stupend li għamlu fuq dan il-film. Ħafna mix-xeni nterni nġibdu f 'Powerscourt House, dar statali tas-Seklu Tmintax f 'County Wicklow. Din id-dar inqerdet aċċidentalment minn nar li ħakimha fl-1974, xi it xhur wara l-iffilmjar. Lokalitajiet oħra ta' palazzi u vilel antiki kienu jinkludu barra l-Irlanda, l-Ingliterra, l-Iskozja u anki f 'Berlin, il-Germanja. Fil-films tiegħu, Kubrick kien iħobb juża teknika differenti għall-fotografija. Ħafna mis-sekwenzi ta' Barry Lyndon ġew iffilmjati mingħajr rikors għad-dawl elettriku. John Alcott, id-direttur taċ- ċinematografija (fotografija) rebaħ Oscar f 'dan ir-rigward. Diversi xeni nħadmu bid-dawl biss tax-xemgħat, proċess li hu diffiċli, imma li hawn irnexxa. Intużaw ukoll kameras li jaħdmu bil-ħeffa u lentijiet differenti, waħda minnhom l-istess li ntużat meta l-Apollo niżel fuq il-qamar. Il-kritiku Tim Robey qal hekk: "Il-film għandu xeħta ta' kwalita' statali, tal-pittura u l-istatiku." (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej) Id-direttur rinomat Stanley Kubrick