Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199
04 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Din x'riditha t-tmexxija tal-partit?' Sorsi fil-PL dwar it-tneħħija ta' Cushcieri ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nies fi ħdan il-Partit Laburista u dawk viċin it-tmexxija tal-istess partit huma urtati bil-kbir għall- azzjoni li ħa Manuel Cuschieri - impjegat tal-PL - din il-ġimgħa meta ħeġġeġ lin-nies biex imorru jagħtu appoġġ lill-eks Chairman ta' Infrastructure Malta (IM) Frederick Azzopardi. Cuschieri, li b'mod frekwenti ħafna, jtella' messaġġi ta' tifħir lejn l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat din il-ġimgħa appella biex nhar it-Tlieta li għaddew il-Laburisti jagħtu appoġġ lil Azzopardi u qal li wasal iż-żmien li n-nies jitkellmu u juru l-għadab tagħhom għal "attakki" bħal dawn, sentiment li kien qrib ħafna ta' dak li esprima l-istess Joseph Muscat fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Minkejja dan, sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi fil- partit hemm min hu rrabjat ħafna għal Cuschieri u hemm min saħansitra jridu "jżarma" la - skont huma - mhux qed jimxi mal-ordnijiet tal-partit. Fil-fatt il-PL pubblikament iddiżassoċja lilu nnifsu mid-dimostrazzjoni ta' appoġġ li organizza l-istess preżentatur u uffiċjal tal-partit, li għaliha attendew biss it nies - li kienu iżda pjuttost voċiferi. Cuschieri indika li jekk ikun hemm bżonn jerġa' jsejjaħ għall- appoġġ f 'okkażjonijiet fil-futur. Azzopardi kien akkużat u ttella' l-Qorti talli kiser liġijiet tal-protezzjoni ambjentali u talli IM kompliet għaddejja b'xogħol illegali fuq triq f 'Wied Qirda. Minkejja stop order mill-ERA l-kuntratturi reġgħu kienu fuq il- post l-għada, xi ħaġa li ġrat diversi drabi. Il-kuntrattur dejjem kien jgħid li kien Frederick Azzopardi u l-Perit David Vassallo li kienu jagħtu l-ordni biex ix-xogħol jibqa' għaddej minkejja l-ordni biex ma jsir xejn. "Ma jistax ikun fil-partit ikun hemm min jaħseb li jista' jagħmel li jrid," qal sors fil-PL li tkellem mal-ILLUM. Oħrajn qalu li wara dak li sar quddiem il-Qorti, il- partit għandu jkun aktar deċiżiv ma' Cuschieri. "Dawn l-affarijiet ma jagħmlu ġid ta' xejn u messu ma sar xejn la l-partit ma organizza xejn hu," kompla jgħid is-sors li huwa membru tal-Kabinett. Manuel Cushcieri - xandar u wiċċ sinonimu mal-Partit Laburista u l-midja tiegħu għal snin twal - twaqqaf milli jibqa' jxandar fuq l-istazzjon tal-PL it ġimgħat ilu, pass li qatt ma ngħatat raġuni fil-pubbliku għalih imma li wassal biex diversi attivisti rħewlha għal fuq il-midja soċjali u kkritikaw din id-deċiżjoni bil- kbir. Saħansitra Jason Micallef, Chairman tal-ONE, qal li din ma kinitx deċiżjoni tiegħu jew waħda li kien infurmat dwarha u sostna li huwa l-partit li jiddeċiedi l-kontenut politiku fuq l-istazzjonijiet ONE. Iżda minkejja li fil-PL hemm min irid lil Cuschieri barra, mhux kulħadd huwa tal-istess ħsieb. "Issa mbilli neħħietu t-tmexxija minn fuq l-istazzjon x'ħadet eżatt?" staqsa rettorikament sors ieħor li tkellem mal-ILLUM u li qal illi dan il-pass - li jfakkar illi ħadd ma kien qed jitlob li jsir minn fost il-pubbliku - sempliċiment ħoloq tensjoni żejda fil-PL. "Ma kien hemm ebda raġuni biex Cuschieri jitneħħa ħabta u sabta u jkun hu biss li jitneħħa mill-midja tal-PL," saħaq mal-ILLUM dan is-sors. Biex tgħaxxaq il- kommossjoni quddiem il-Qorti u d-diżassoċjazzjoni minn ma' Manuel Cuschieri ġiet fi żmien li matulu żewġ persuni li kienu fil- PN - Frank Psaila u Kristy Debono - ingħataw inkarigi f 'bordijiet, xi ħaġa li mill-ġdid jidher li ma niżlet tajjeb xejn ma' wħud fil- partit, speċjalment dawk li qed jappoġġjaw lil Cuschieri, tant li wħud irħewlha mill-ġdid għal fuq il-midja soċjali biex jilmentaw. "Jiġu fuqna jilmentaw għax twaqqaf il-programm, l-aktar anzjani ta. Jistaqsuna għalfejn twaqqaf, jaqgħu għax qabeż għal Joseph? Imma jiena ma għandix risposta. Setgħu spjegaw għaliex u konna nevitawha din," temm jgħid is-sors ta' din il-gazzetta. Sentiment ta' rabja għall-azzjoni ta' Manuel Cuschieri quddiem il-Qorti, fost nies fit-tmexxija tal-PL, pero' fl-istess ħin oħrajn iħossu li dan l-episodju kien żejjed u Cuschieri ma kellux għalfejn jitqaċċat mill-midja tal-PL... Manuel Cuschieri Robert Abela L-ADPD takkuża lill-Partit Laburista li daħak bil-ħaddiema fuq l-Air Malta "Huwa ċar kristall li l-Partit Laburista jara l-politika bħala logħba li fiha huwa permess li tidħaq bin- nies f 'wiċċhom biex tikseb l-appoġġ tagħhom." Dan qalu ċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party Carmel Cacopardo fi stqarrija dwar dawk li sejjaħ "manuvri li qed isiru fl-Air Malta bħalissa." Huwa qal illi rapporti - f 'referenza għal rapport li deher fuq e Shi News - qed juru illi l-Gvern qed jipperpara għall- għeluq tal-Air Malta, "avolja qabel l-elezzjoni ta' Marzu tal- 2022, it xhur ilu, il-ħaddiema tal-Air Malta ġew imwegħda li l-kumpanija se tkompli topera u li l-ħaddiema "żejda" ser ikunu trasferiti mas-settur pubbliku bl-istess pagi u kundizzjonijiet." Cacopardo fakkar li l-istess programm elettorali tal-Partit Laburista jgħid fuq paġna 222 tiegħu jgħid li nbeda 'proċess sabiex l-Air Malta tkompli topera u sservi l-oġġettivi strateġiċi tagħha b'ħarsien tar- regolamenti Ewropej'. "Rapporti fl-istampa matul din il-ġimgħa juru li dan kien kollu daħq fil- wiċċ, u kliem fieragħ. Il-Partit Laburista jipprova jidħaq bik f 'wiċċek." Iċ-Chairperson ta' ADPD qal li pjan strateġiku wieħed wara l-ieħor kollha fallew għax sostna li qatt ma kien hemm ir-rieda politika li l-Air Malta titħalla topera mingħajr indħil politiku. "Dan wassal għar-rimi ta' miljuni ta' ewro f '"għajnuna" lill-kumpanija Air Malta li fil- prattika fissru iffinanzjar tal- klijenteliżmu li kisser lill-istess kumpanija. Dan jgħodd ukoll għall-ammonti esaġerati ta' flus imwiegħda lil min jirriżenja mill-kumpanija issa. Dawn il- flejjes huma serq mit-taxxi li nħallsu lkoll kemm aħna. Huma tberbieq ta' fondi pubbliċi biex jagħmlu tajjeb għal wegħdiet elettorali li marru żmerċ," temm jgħid Carmel Cacopardo. Carmel Cacopardo jisħaq li pjan wara l-ieħor biex tkun salvata l-Air Malta kollha fallew...