Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 ekonomiku jew inkella l-problema ta' nsolvuha' Minkejja dan Malta tħaddem sistema ekonomika partikolari li hi dipendenti fuq l-influss - u mhux żgħir - ta' ħaddiema barranin, li sa' issa l-maġġoranza tagħhom qed jitħallsu pagi baxxi," qal Grima. Jgħid li hemm perċentwal ta' barranin li qed jiġu Malta u jaħdmu f 'setturi tal-iGaming, iżda l-maġġoranza assoluta tagħhom jaħdmu fl-industrija tal-catering u divertiment - inkluż couriers - fis-settur tas-saħħa u tat- tindif, fost oħrajn. "Iż-żieda eċċessiva fil-popolazzjoni hi sintomu ta' sistema ekonomika ta' tkabbir, kontinwu. Qabel ma nindirizzaw il-pagi baxxi u l-isfruttament tal- ħaddiema mhux se nsolvu l-problema li hemm. B'mod awtomatiku jekk inti trid tkabbar l-ekonomija għandek bżonn aktar nies. Mela jew se nikkoreġu t-tkabbir ekonomiku jew inkella l-problema ta' popolazzjoni kbira mhux se nsolvuha," spjega lill-ILLUM. Jgħid li l-uniku mod ta' kif insolvuha hi li mmorru fil-qalba tal-problema u neliminaw l-attitudni ta' tkabbir ekonomiku akkost ta' kollox. Jgħid li huwa stat ta' fatt u tajjeb li l-qgħad f 'pajjiżna huwa minimu, iżda hemm realtà li mhux tiġi indirizzata, dik tal-isfruttament tal-ħaddiema. 'Il-barranin qed jisirqulna xogħolna!' Jew isoddu t-toqob? Pajjiżna, minkejja li forsi din ħafna ma jirrikonoxxuhiex, qiegħed jara nuqqas ta' ħaddiema f 'ċertu setturi fosthom dawk tal-kostruzzjoni, tal-catering u anke tas- saħħa. Fil-fatt ħafna esperti, kemm dawk ekonomiċi u dawk li jaħdmu fil-qalba ta' dawn is-setturi jattirbwixxu din in-nuqqas ta' motivazzjoni għal: Kundizzjonijiet tax- xogħol - speċjalment f 'dak tal-kostruzzjoni - u l-pagi, li ma huma xejn attraenti meta wieħed iqabbel kemm għandu bżonn flus biex ilaħħaq mal-ħajja. "Fl-2019 ħareġ l-iskandlu tal-ħaddiema Torok, li kienu qed jaħdmu fis-settur tal- kostruzzjoni ta' lukanda partikolari, iżda ma kinux qed jitħallsu. Jien u xi membri oħra ta' Graffitti iltqajna magħhom u bdejna ninnutaw li dawk il-ħaddiema ġew biex jaħdmu, jaqilgħu il-flus u jerġgħu imorru lura," qal Grima. B'hekk jisħaq li l-idea li jġibu l-barranin Malta u jkabbrulna l-popolazzjoni, "mhix eżattament korretta u ma tispjegax l-istampa kollha." Huwa rrefera wkoll għall- ħaddiema minn pajjiżi terzi, li l-permess tar-residenza f 'Malta, huwa marbut ma' xogħolhom, bħalma hu fil-każ ta' ċertu couriers. Appella biex ma nkunux delużi li persuni barranin qed jieħdu xogħol il- Maltin, "huma qed jaħdmu f 'xogħlijiet li ħafna Maltin ma jaħdmux fihom għaliex ma jitħallsux. Ma naħsibx li huwa ġust li barranin jew Maltin jaħdmu f 'settur fejn jaqilgħu €2 għal kull delivery, u sew jagħmlu ma jaħdmux hekk." L-ILLUM fakkritu fl-aġenziji li jġibu eluf ta' ħaddiema u jisfruttawhom u tistaqsi; "bħala Graffitti, x'se tagħmlu fuqhom?" Hawn huwa rrimarka li l-NGO kontrihom u jemmen li m'għadhomx jibqgħu jeżistu. "Aħna kontra l-aġenziji u anke jien personalment kontra u nixtieq li nara kundizzjonijiet tax-xoghol f 'Malta li huma aktar denji u ġusti," kompla jgħid Grima. 'Naqbel ma' moratorju fuq il-bini, imma bini għoli biss' Waħda mill-proposti tal-Graffitti biex isiru riformi fil-liġi tal-kostruzzjoni hija li jkun hemm moratorju fuq bini għoli, bħal dak tad-Db group u Mercury Towers f 'Paceville jew Quad Towers fl-Imrieħel. Jgħid li qabel ma tkun imfassla strateġija sejra tal-ippjanar f 'Malta ma nistgħux nibnu torrijiet li ma nifilħux għalihom. "Id-Db faċċata hemm elf ruħ li jgħixu f 'housing soċjali. Tagħmel sens li tibni żewġ torrijiet ta' 17-il sular, li se jitfa' dell u jġib ħafna traffiku u tniġġiż? It-talba tagħna fuq moratorju qiegħda hemm ukoll biex nagħmlu reviżjoni serja tal-pjanijiet lokali," stqarr Grima. Żied li l-pjan ta' 4+2, jiġifieri li ttella' żewġ sulari oħra fuq bini eżistenti, ma jkunx ħażin li jsir f 'ċertu postijiet iżda minn naħa l-oħra, f 'Malta bħalissa din tista' ssir f 'kull żona ta' kull raħal (apparti fiż-Żoni ta' konservazzjoni Urbana) "u ma naħsibx li bħala pajjiż għandna nżommuha, politika bħal din." L-ILLUM tqajjem il-punt li wieħed għandu d-dritt li jinvesti fil-proprjetà tiegħu u hawn Grima qal, "iva, bla dubju. Iżda m'għandniex inwaqqgħu l-argument fuq livell morali inkella wieħed joqgħod jipponta subajgħ u b'hekk ma nsolvu xejn. Din irridu nsolvuha fuq skala nazzjonali." Il-gazzetta ILLUM tfakkar li proġetti kbar ifissru ammont sostanzjali ta' ħaddiema. Ma jaħsibx li moratorju se jwassal biex persuni li jaħdmu f 'din l-industrija jitilfu l-impjieg tagħhom? "Dan huwa argument falz li għamlu tad- Db jew Joseph Portelli," qal Grima. Saħaq li apparti li fis-suq hemm ħafna xogħlijiet, ħafna ħaddiema jiġu Malta speċifikament għal xi xogħol, imbagħad jerġgħu jirritornaw lejn pajjiżhom. 'Mill-proposti u d-diskorsi ma jidhirx li hemm r-rieda li jinbidlu l-affarjiet' Grima jgħid li minkejja li din is-sena kellna kampanja elettorali, mill-proposti u d-diskorsi kollha, ma jidhirx li hemm ir- rieda li l-affarjiet jinbidlu speċjalment mil- lat ambjentali, "u fuq kollox it-tnejn favur it-tkabbir ekonomiku bla rażan." "Ħafna jaħsbu li l-PL u l-PN ma jaqblu fuq xejn, iżda fil-verita jaqblu fuq 95% tal- affarjiet", qal Grima. Huwa saħaq li fost l-affarjiet li jaqblu fuqhom hemm is-settur tal-kostruzzjoni, "minkejja l-ħafna għajjat fuq l-ambjent." Jgħid ukoll li l-PL u l-PN jaqblu perfettament ma' xulxin fuq l-immigrazzjoni. "U jaqblu wkoll ma' xulxin li jkissru l-partiti ż-żgħar." Qal li fl-2003, l-ADPD kellu saħħa kbira, iżda imbagħad saru liġijiet li bihom il-partiti ż-żgħar u l-indipendenti ma jiġux eletti. 'Le, ma naħsibx li l-Graffitti jsir partit' Mistoqsi minn din il-gazzeta, Grima jisħaq li ma jarax li l-Graffitti jsir partit politiku minkejja li jara ċertu nuqqasijiet miż-żewġ - u l-uniċi partiti - fil-Parlament Malti. Jisħaq li l-NGO iddiskuta din il- possibilità iżda lkoll qablu li ma jsirux partit. Primarjament għall-fatt li fl-1994, jiġfieri kważi 30 sena ilu, l-għaqda twieldet mid-diżappunt fil-partiti. "Jiġifieri l-irwol tal-Graffitti fis-soċjetà illum huwa biex ikun 'il barra mill- partiti u li jkun organizzazzjoni li jinvolvi r-residenti, ħaddiema, min jixtieq ikun attiv f 'kwistjonijiet ambjentali jew kwistjonijiet li jolqtu lin-nisa." Jemmen bi sħiħ li l-fatt li Graffitti hu attiv fuq tant oqsma u li kiber b'tant saħħa, tixhed li n-nies qed ifittxu politika jew attiviżmu serju barra mill-partiti politiċi ewlenin. Apparti minn hekk huwa jemmen li jekk ikun partit politiku huwa marbut b'ħames snin, jiġifieri bejn elezzjoni u oħra, b'hekk huwa jgħid li l-NGO għandha aktar libertà biex tkun aktar effettiva. "Hemm lok li jkun hemm partit politiku aktar b'saħħtu biex jikkompeti mal-PL jew PN?" staqsa Grima. Bi tweġiba għall- mistoqsija tiegħu wieġeb fl-affermattiv għax jemmen li hemm nies u partiti serji, fosthom l-ADPD, li jrid jara li jissaħħaħ aktar. "Kif inhi s-sistema politika Maltija ma tħajjarnix, għax nemmen li Graffitti jista' jkun ħafna aktar b'saħħtu u effettiv," temm jgħid mal-ILLUM l-attivist u membru tal- Moviment Graffitti Rafel Grima.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022