Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Jew se nikkoreġu t-tkabbir ekonomiku popolazzjoni kbira mhux se nsolvuha' Moviment Graffitti se jsir partit politiku? Id-dgħajjes il-kbar għaliex iridu iwaqqfuhom minn Kemmuna? It-turist kif se jmur Kemmuna? Għaliex għandu jkun hemm moratorju fuq il-bini? Il-ħaddiema tal-kostruzzjoni kif se jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum? L-attivist Rafel Grima jitkellem mal-ILLUM ANTHEA CACHIA "Le, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista ma jistgħux joffru soluzzjonijiet fuq l-ambjent. Il-PL ma jistax għax hu fil-Gvern u qed imexxi sistema ta' tkabbir ekonomiku kontinwu (għad-detriment tal-ambjent) u l-PN lanqas għax hu partit li firex it-tapit għas-sistema li Joseph Muscat u Robert kattru." Hekk jemmen Rafel Grima, membru tal-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Moviment Graffitti, li jiġġieled l-inġustizzji soċjali, ambjentali u d-diskriminazzjoni fost l-oħrajn. Ta' sikwit naraw xi protesta jew stqarrija mill-Moviment Graffitti, fil-fatt l-aktar riċenti kienet dik f 'Kemmuna bil-għan li din il-gżira ma tkunx ikkapparrata mid- deckchairs u l-umbrelel, jonqos l-influss ta' dgħajjes li jieħdu mijiet ta' turisti fuq il- gżira ta' kuljum u fuq kollox il-ħarsien tal- ambjent ta' Kemmuna, li hija sit ta' Natura 2000. Però Graffitti, għalkemm narawhom ta' spiss fuq xi sit ta' kostruzzjoni jiġġieldu xi skavar bla permess, imorru lil hinn mill-ħarsien ambjentali. Fil-fatt Grima tkellem mal-ILLUM fuq l-isfruttament tal-ħaddiem, l-aġenziji li jġibu l-ħaddiema minn barra, jekk hemmx ħsieb li Graffitti isir partit, il-bini bla rażan u ovvjament fuq Kemmuna. 'Il-projbizzjoni tad-dgħajjes f 'Kemmuna mhux se tolqot l-ekonomija' Graffitti mhux talli tipprotesta talli ħafna drabi hi propożittiva, ħafna jgħidu aktar mill-Oppożizzjoni stess. B'mod partikolari fil-kwistjoni ta' Kemmuna, Graffitti ipprotesta u saħansitra bagħat ittri lil diversi Ministri u dan bl-għan li tittieħed azzjoni. Ġimgħa wara ġimgħa ma ttieħdet l-ebda' azzjoni fuq it-talbiet tagħhom jew jekk ittieħed, minimament. Fil-fatt tajjeb li nfakkru li l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kien saħaq li - kumbinazzjoni - fl-istess jum li Graffitti rħiela lejn il-gżira, uffiċjali mill-Ministeru kienu se jmorru jagħmlu spezzjonijiet biex jiżguraw li s-sitwazzjoni tad-deckchairs u umbrelel tiġi ikkontrollata. Madankollu, it deckchairs biss kienu tneħħew mill- parti ramlija. Fost it-talbiet li għamel ilbieraħ fi protesta oħra f 'Kemmuna, Moviment Graffitti talab li d-deckchairs u umbrelel jintramaw biss fuq talba ta' persuna fiżikament preżenti fuq il-post u fl-ebda ħin m'għandhom jokkupaw iktar minn 30% taż-żona kollha tal-Blue Lagoon. Kif ukoll li d-dgħajjes il- kbar ikunu projbiti minn Kemmuna, fost oħrajn. Fuq hekk din il-gazzetta, minkejja li tirrikonoxxi l-ħsieb wara l-ħidma ma tistax ma tirrikonixxix ukoll l-aspett ekonomiku. Fuq kollox l-ILLUM tfakkru li Malta hija dipendenti ħafna fuq it-turiżmu u n-nuqqas tiegħu rajnih sew fi żmien il-pandemija. Allura la hemm id-domanda u nwaqqfuha mhux se timpatta ħażin fuq l-ekonomija? "Li nwaqqfu dgħajjes kbar milli jidħlu f 'Kemmuna mhux se jimpatta l-ekonomija Maltija," saħaq Grima. Tenna li apparti li l-fatt li Kemmuna suppost għandha l-ogħla grad ta' protezzjoni - kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm f 'Malta - "l-operaturi ta' dawn id-dgħajjes kbar huma it u dan ifisser li għandek xibka ta' negozjanti li qed jieħdu l-gwadann u l-qligħ kollu huma". Huwa żied jgħid li anzi, jekk d-dgħajjes kbar jiġu projbiti u għaldaqstant isir "forma ta' capping" se jkun gwadann enormi kemm għat-turisiti u anke għall-Maltin. Iżda t-turist kif se jkollu aċċess għall- Kemmuna, jekk id-dgħajjes jiġu projbiti? Saħaq li ħafna turisti li jmorru Kemmuna jużaw dgħajjes żgħar, jiġifieri attwalment, apparti l-operaturi kbar hemm ħafna operaturi żgħar oħra. "It-turisti jużawhom, jiġifieri l-mezzi hemm qegħdin," qal Grima. Huwa kompla jispjega li Graffitti qed jitlob li minflok tidħol flotta kbira f 'Kemmuna b'dgħajsa waħda, it-turisti jitqassmu b'mod aktar sostenibbli, bl-operaturi ż-żgħar. "Tajjeb li nsemmu wkoll li l-Kemmuna Management Plan tal-2016, li saret mill- Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), kien talab għal studju fuq capping ta' turisti, jiġifieri l-Gvern stess jirrikonoxxi li Kemmuna għandha tiġi ikkontrollata aktar. Sempliċement l-istudju qatt ma sar," qal Grima. Fil-fatt l-ILLUM sabet dan il-pjan u fih hemm indikat li għandu bżonn "isir assessjar ta' kemm jiflaħ nies il-Blue Lagoon, filwaqt li jipprovdi rakkomandazzjonijiet fuq l-immaniġjar tat-turisti." Dan jinkludi wkoll li jiġu identifikati n-numru ta' turisti li jżuru l-gżira skont l-istaġuni, fejn jiżbarkaw l-laneċ, jekk għandux isir ħlas għall-entratura tal-gżira u l-bżonn ta' wardens. Żied jgħid li din hija kontradittorja, għax ir-rapport qed juri li għandu jkun hemm monitoraġġ serju fuq l-influss ta' turisti iżda fl-istess waqt il-politiċi ma jagħmlu xejn biex jiġġieldu l-problema. "U nafu għalfejn ma sar xejn fuqha. Minħabba l-interessi ekonomiċi tal-it." Qal li issa wasal iż- żmien biex dan il-pjan verament jingħata spinta. Apparti minn hekk jgħid li f 'dan il-pjan kien hemm studji oħra imsemmija, iżda li dawn ukoll qatt ma saru, inkluż pjanijiet li jispeċifikaw kemm għandu jkun hemm wardens ambjentali fiż-żona. Ifakkar li apparti l-problema tal-influss turistiku, hemm ukoll problema enormi ta' skart, li jwassal għal numru kbir ta' firien jiġru mal-bajjiet. "Ovvjament dawn qed joħolqu problemi serji, apparti li ħadd ma jħobb imur fuq gżira u jara firien jieklu ż-żibel." 'Aħna ma aħniex kontra d-deckchairs' B'din ix-xemx taqli l-ankri dak li jkun ikollu ħeġġa kbira li jaqbeż fil-baħar u jċafċaf naqra, speċjalment f 'Kemmuna bil- baħar ċar kristall. Iżda xemx eċċessiva mhi tajba għal ħadd u għalhekk ħafna jirrikorru għal xi deckchair u umbrella… Allura min jixtieq jikri deckchair u umbrella, m'għandux ikollu l-għażla li jagħmel dan? U jekk imorru 100 persuna u jridu 100 deckchair, m'għandhomx ikollhom id-dritt? "Aħna m'aħniex kontra li d-deckchairs ikunu fuq il-Blue Lagoon, fil-fatt kemm fl- azzjoni ta' lbieraħ u anke fl-ittra li bagħtna lill-Ministri ikkonċernati, it-tnejn jgħidu li aħna m'aħniex kontra d-deckchairs. Biss nixtiequ li l-policy tiġi rispettata," qal Grima filwaqt li fakkar li l-policy tgħid li t-turisti jew il-Maltin għandhom jistaqsu għad-deckchair huma u mhux isibuhom lesti. 'Iż-żieda eċċessiva fil-popolazzjoni hi sintomu ta' sistema ekonomika ta' tkabbir' Mill-capping f 'Kemmuna, l-intervista issa iddur fuq capping turistiku b'mod ġenerali fil-pajjiż kollu. Filwaqt li fi żminijiet l-aktar popolari għat-turiżmu Malta tkun mimlija daqs bajda, ma rridux ninsew li dan jiżdied mad-densità tal-popolazzjoni, li hi 1,549 persuna għal kull kilometru kwadru aktar mill-medja Ewropea, biex f 'Malta jgħixu l-akbar numru ta' nies kull kilometru kwadru fl-Unjoni Ewropea. Hu jgħid li Graffitti m'għandux pożizzjoni uffiċjali fuq il-capping għax jiem li t-turiżmu huwa element b'saħħtu fl-ekonomija Maltija. "Iżda għandu jkun hemm ċertu raġunar, jew aħjar, ħsieb sostenibbli." Grima jemmen li jekk l-irħula jibdew jimtlew b'ħafna turisti, "l-affarjiet jibdew jiddegradaw, il-prezzijiet jgħolew u dan iħalli impatt negattiv fuq in-nies li jgħixu f 'dawn l-irħula." Hawn Grima fakkar li fix-xhur tas-sajf it-trasport pubbliku wkoll ikun popolari ħafna tant li xi kultant wieħed jispiċċa jitlef Tal-Linja fil-qilla tax-xemx, għax tant tkun ippakkjata li ma jkunx hemm spazju għal aktar nies. Għalhekk huwa sejjaħ għal titjib notevoli fis-servizz tat-trasport pubbliku, speċjalment fil-ħinijiet li joperaw fihom - jiġifieri mill 5:30 a.m. sal-11 p.m. - li jgħid illi ma humiex ilħaqqu mad-domanda, b'detriment għal dawk li ma jsuqux. Lil hinn min-numru ta' turisti, li jiġu Malta iżda eventwalment jitilqu, issa d-diskursata daret fuq ir-residenti. "Ir- rata ta' twelid f 'Malta hi pjuttost baxxa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022