Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 ġejt bżonnu jien' l-abort f'Malta abort u ieħor u dan ivarja skont is-sitwazzjoni li l-omm – f 'ħafna każi, il-ġenituri - tkun tinsab fiha. Uħud jemmnu li mara tixtieq tagħmel abort biex it-tarbija ma ttelliiex mill-karriera, mill-istil ta' ħajja jew għax ma tixtieqx li trabbi u filwaqt li dan jista' jkun il-każ, hemm realtajiet differenti wkoll li għandhom jiġu indirizzati. Fuq is-sit 'Break the Taboo' hemm kważi 60 storja ta' mara Maltija li għamlet abort u r-raġunijiet ivarjaw minn waħda għall-oħra. Kien hemm diversi nisa li għażlu li jagħmlu abort għax diġà kellhom ulied u dawn kellhom bżonnijiet speċjali. Mara oħra irrakkontat li din kienet temmet relazzjoni ta' sitt snin u meta reġa' kellha x'taqsam miegħu kien taqqalha bi ħsieb li jagħtiha lezzjoni. Fl-esperjenza tagħha hija saħqet li kienet tgħallmet żewġ affarjiet: Li l-edukazzjoni sesswali f 'pajjiżna "hi medjokri" u li n-nisa għandhom ikollhom kontroll fuq ġisimhom u tgħid li mod ta' kif wieħed jieħu kontroll fuq ġismu hu bl-għarfien. Esperjenza oħra kienet ta' mara li kienet kompletament kontra l-abort iżda darba fost l-oħrajn saret taf li kienet tqila ta' 39 sena u li kellha tumur, li seta' jineħħa biss wara l-ħlas. Fil- fatt wara li din il-mara għamlet abort, ħasset il-ħtieġa li tiskuża ruħha. "Jiddispjaċini ħafna jekk bi kliemi xi darba weġġajt lil min għadda milli għaddejt jien u ma setax juri… Kont kontra l-abort 100%, sakemm għaddieli ħsieb żgħir minn moħħi. Imma le… dak żgur ma nistax nagħmlu jien! Jien? Dejjem nikteb kontra l-abort u kważi niġġieled man- nies minħabba l-abort, jekk ma jaqblux miegħi!" kitbet din il- mara. Kont taf li tqala ektopika twassal għal abort... anke f 'Malta? Esperjenza partikolari li laqtet għajn din il-gazzetta kienet dik ta' mara li sofriet minn tqala ektopika jiġifieri meta l-konċepiment iseħħ fil-fallopian tube, b'riskju kbir għall-ħajja tal-omm. Din it-tip ta' tqala sfortunatament ma tkunx vijabli, tkun biss ta' periklu għall-omm għax minn ħin għall-ieħor il- fallopian tube jista' jinfaqa u jwassal għal mewt. L-unika tliet possibilitajiet biex ineħħu l-embrijun f 'dan il-każ huwa li l-mara tistenna li jkollha korriment b'mod naturali (li huwa kemmxejn diffiċli), li jitneħħa l-fallopian tube kollu – li b'hekk il-mara tispiċċa b'wieħed biss - u t-tielet possibilità hi li tintuża methotrexate - mediċina li tneħħi l-embrijun mill-fallopian tube mingħajr ma tneħħi t-tubu nnifsu u li għaldaqstant ma jaffetwax il- fertilità tal-mara, jekk tkun trid aktar trabi. L-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Doctors for Choice kienu stqarru mal-MaltaToday li huwa għalhekk li jixtiequ li jkun hemm reviżjoni fil-liġi ta' x'inhu u x'mhux l-abort biex mediċina bħalma hi l-methotrexate tista' tingħata mingħajr ħafna dewmien. F'din ir-reviżjoni l-NGO talbet li jkun hemm definizzjoni aktar ċara u wiesgħa tal-abort u r-raġunijiet warajh. Dan għaliex, minkejja li t-tneħħija tat-tubu hija abortiva taħt il-kappa tal- liġi hi meqjusa bħala d-Double Effect, jiġifieri abort legali li jsir meta ma jkunx hemm alternattiva. Min-naħa l-oħra l-NGO titlob li din il-mediċina titqies bħala abortiva b'mod legali biex b'hekk il-fertilità tal- omm ma' tiġix milquta, la darba r-riżultat ikun ugwali għat- trattament l-ieħor. L-istorja ta' Andrea Prudente mhix waħda sigrieta, kulħadd jaf x'ġara inkluż barra minn xtutna. Prudente kellha madwar erba' xhur tqala u it jiem wara li waslet Malta bdiet tkorri. Aktar kemm bdew jgħaddu l-ġranet il-qagħda ta' Prudente dejjem bdiet tiggrava u minkejja li t-tarbija kien għad kellha qalb tħabbat kienet se tkun impossibli biex din issalva. Minkejja dan it-tobba Maltin ma setgħu jagħmlu xejn biex jgħinuha hekk kif minkejja li kienet f 'riskju li titlef ħajjitha b'infezzjoni qawwija, it-tarbija ma setgħetx titneħħa minn ġua peress li kien għad hemm qalb tħabbat, għax dan f 'Malta huwa meqjus abort. Apparti minn hekk kien hemm ir-riskju li jiġu ikkonfiskati l-liċenzji mediċi ta' dawk it-tobba li jgħinuha u li dawn saħanasitra jeħlu priġunerija. Din is-sitwazzjoni mhix waħda iżolata anzi Malta tara madwar tliet każi kull sena, bid-differenza li dawn ma jkollhomx il-privileġġ jew il- ħin li jittieħdu f 'pajjiż ieħor bħalma ġara fil-każ ta' Prudente. Għal ħafna din il-ġrajja hi familjari. Fl-2012 fl-Irlanda Savita Halappanavar, dentista, tilfet ħajjitha taħt l-istess ċirkustanzi b'infezzjoni fid-demm fuq dewmien biex jitneħħa l-fetu minn ġua. L-istorja hi simili għal dik ta' Prudente, it-tqala ma kinitx vijabbli iżda qalb it-tarbija kienet għadha tħabbat, minkejja dan it-tobba ma setgħu jagħmlulha xejn. Dak iż-żmien l-abort kien illegali wkoll fl-Irlanda, iżda wara l-mewt ta' Halappanavar qam furur kbir tant li eventwalment dan wassal biex l-'Eight Amendment' - jiġifieri l-liġi li kienet tipprojbixxi l-abort - ġiet eradikata. Minn investigazzjoni li saret fi ħdan is-servizz nazzjonali tas-saħħa Irlandiża ġie determinat li l-mewt ta' Savita seħħ sforz il-konfużjoni li kien hemm fuq il-liġi tal-abort fil-pajjiż. Eluf ta' ċittadini protestaw quddiem il-Parlament Irlandiż u isimha baqa' jiddi qalb il-karba tal- poplu sakemm ittieħed vot biex il-liġi tiġi emendata. Din l-esperjenza tant ħalliet impatt fuq il-Kostituzzjoni Irlandiża li ħafna talbu biex din tissejjaħ 'Il-Liġi ta' Savita'. Fid-dawl tal-każ ta' prudente l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne talab għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti biex ma jkun hemm xejn li jipprekludi lit-tobba milli jsalvaw ħajja ta' mara f 'ċirkostanzi simili. Pass 'il quddiem u tlieta lura … L-Amerikani fi kriżi kbira Eluf ta' kilometri jifirdu liċ-ċittadini Amerikani u dawk Maltin iżda t-tnejn qed jgħixu realtà simili fejn jirrigwarda l-abort. Il-liġi li tippermetti l-abort f 'xi stati Amerikani bdiet fl-1969 minn Norma McCorvey bl-użu tal-psewdonimu "Jane Roe". Kienet hi li bdiet il-ġlieda kontra l-abort f 'Texas, li dak iż-żmien kien permess biss f 'każijiet fejn il-ħajja tal-omm kienet tkun mhedda. McCorvey, bit- tielet wild f 'ġua saħqet li kienet stuprata u minkejja t-talba tagħha biex twaqqaf it-tqala, din ġiet riutata. F'1973 b'koalizzjoni, McCorvey u Sandra Bensing mara ta' 20 sena minn Georgia, li għaddiet minn sitwazzjoni simili, appellaw lill- Qorti Suprema u b'vot sebgħa kontra tnejn, dakinhar l-imħallfin tal- Qorti iddeċidew li l-Gvernijiet ma kellhomx is-setgħa li jipprojbixxu l-aborti. Kważi 50 sena wara l-folja inqalbet kompletament u din id-deċiżjoni ġiet revokata u fil- fatt kważi nofs l-istati Amerikani kellhom jagħlqu l-kliniċi tal-abort hekk kif issa, dan ġie projbit. Rabja kbira qamet fost diversi Amerikani b'mod speċjali għal dawk li kienu favur din il-projbizzjoni. Ħafna kienu rrabjati għax jemmnu li dawn ma humiex favur il-ħajja iżda biss favur it-twelid. Jgħidu li l-appell għall-ħajja kienet ironika ħafna meta wieħed iqis li "ħadd ma jrid ineħħi l-aċċess faċli" għall-armi, liema aċċess qed iwassal għal għexieren ta' fatalitajiet ta' tfal u żgħażagħ fl- iskejjel Amerikani, fost oħrajn. Il-każi Prudente, Halappanavar u Roe

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022