Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Kont kontra l-abort 100%, sakemm ġejt Iċ-ċifri, il-politika u l-kuntest tad-diskussjoni dwar l-abort Ma taqbilx li tintilef ħajja? U jekk l-omm tkun qed tmut? Tqala ektopika, għaliex hi meqjusa abort? Il-politiku x'se jagħżel; l-abort jew il-voti? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn każi differenti ta' abort f'pajjiżna, fl- Irlanda u fl-Istati Uniti ANTHEA CACHIA L-abort kważi dejjem iqajjem ħafna diskussjoni taħraq. Uħud jibdew taħt xi kumment fuq Facebook u oħrajn jikkawżaw ġlieda sħiħa bejn il-familja fuq il-mejda tal-pranzu. Fi it kliem u kif jiddiskrivuh ħafna politiċi inkluż dan huwa "suġġett sensittiv ħafna." Tant hu sensittiv li meta d-Deputat Laburista Cressida Galea kienet mistoqsija fuq l-abort fuq il-program tad-Dekan tal- Università Andrew Azzopardi ma riditx tagħti l-opinjoni tagħha, bħal prattikament il- bqija tal-Parlament. Il-gazzetta ILLUM ilha dawn l-aħħar xhur tagħti ħarsa lejn dan is-suġġett, tant li nhar il- 15 ta' Mejju 2020 żvelat kif 53% tan-nisa li xtraw il-pirmli abortivi kienu miżżewġa u bit- tfal. L-ILLUM segwiet ukoll l-istorja ta' Andrea Prudente u s-sieħeb tagħha li xandret lil Malta ma' kull kantuniera tad- dinja. Din żgur ma kinitx parti mill-investiment ta' marketing li tant stinka fuqu l-Ministru għat- Turiżmu Clayton Bartolo. F'dan l-artiklu l-ILLUM tanalizza x'tipi ta' abort isir u għaliex ħafna jiddiskrivuh bħala dritt mediku, l-abort madwar id-dinja, il-kwistjoni ta' Roe vs Wade u jekk Malta hux lesta li tibda' toffri l-abort, u kif. Apparti minn hekk l-ILLUM tagħti ħarsa lejn stejjer ta' nisa li għamlu abort, u uħud li qabel ma għamlu abort huma stess, kienu kontra 100%. L-abort f 'Malta: Il-politika, l-iskejjel u l-opinjoni pubblika Kulħadd għandu l-opinjonijiet tiegħu u dan huwa dritt fundamentali. Madankollu ħafna jattribwixxu n-nuqqas ta' diskussjoni sensibbli għax proprju fuq dan is-suġġett Malta hi maqsuma fi tnejn, żewġ estremitajiet. X'imkien fin-nofs hemm il-Partit Laburista, li minkejja li ma ħariġx favur l-Att tal-eks deptutat Marlene Farrugia, biex ikun dekriminaliz- zat l-abort, lanqas eskluda li fil-fu- tur jagħmel dan. Il-PN min-naħa tiegħu jeskludi anke d-dekriminal- izzazjoni ta' nisa li jirrikorru għall- abort, bil-Kap preżenti saħansitra kien qal li, "ma hemmx post għal min hu favur l-abort fil-PN". Min naħa l-oħra l-ADPD – e Green Party u l-partit Volt fl-aħħar elezzjoni ġenerali espremew ruħhom favur l-abort. Tajjeb li nfakkru wkoll li fl-aħħar tas-sena 2021 it qabel ma ngħatat ir-riżenja ta' Justyne Caruana - dak iż- żmien Ministru tal-Edukazzjoni - qamet kontroversja kbira hekk kif għalliema tar-reliġjon kienu qed juru vidjos grafiċi lil tfal tas- sekondarja ta' feti li tneħħew mill-utru, ovvjament permezz ta' abort. L-għaqda 'Parents for Choice' kienet tkellmet ma' Caruana u qalet li filwaqt li huwa ovvju li lezzjonijiet tar-reliġjon mhux se jkunu favur l-abort, lanqas għandhom jippreżentaw realtajiet foloz u mhux realistiċi ta' abort. Minkejja li l-Ministeru għandu linji gwida fuq ċertu filmati jew ritratti grafiċi - u li ġeneralment ma jinkoraġixxihomx - qal li l-edukatur huwa liberu li jagħżel ir-riżorsi li jemmen li huma tajbin skont il-lezzjoni rispettiva. Każ bħal dan kien diġà seħħ lura fl-2017 u dak iż-żmien il- Ministeru għall-Edukazzjoni kien qal li se jevalwa l-materjal li ntuża. Ħafna kienu rrimarkaw li xi ħaġa bħal din tkompli tixhed li pajjiżna għandu nuqqas ta' edukazzjoni xierqa fuq is-saħħa riproduttiva u finalment hija din li taghmilha aktar diffiċli biex il-poplu jifforma opinjoni infurmata, mingħajr ma jaqtgħu l-kundanna. L-aħħar ċifri fuq l-opinijoni pubblika f 'Malta dwar l-abort F'pajjiżna għad hawn ħafna persuni li sa' llum għadhom kontra l-abort, fil-fatt skont sondaġġ ippubblikat fil-gazzetta MaltaToday nhar il-15 ta' Lulju li għadda, irriżulta li 61.8% tal-parteċipanti huma kompletament kontra l-abort. Propju fuq hekk, xi nies jemmnu li Malta għandha l-kultura ta' 'mis-subgħa jieħu l-id' u li jekk l-abort jiġi ntrodott f 'pajjiżna, in-nies jibdew jirrikorru għalih bħal drive- through ta' xi stabbiliment tal- ikel. Fil-verità din ma narawha fl-ebda pajjiż ieħor li fih l-abort huwa legali. Min din l-istatistika, deher biċ-ċar ukoll li minkejja li l-maġġoranza ma jaqblux 27.8% jaqblu li jsir abort f 'ċirkostanzi straordinajri, bħalma jiġri fi tqala ektopika jew jekk ma jkun hemm ebda tama' li t-tarbija issalva u riskju li tmut l-omm. Min-naħa l-oħra diversi għaqdiet 'pro-choice' madwar id-dinja jemmnu li l-abort għandu jkun parti minn sistema ħolistika u li mal-aċċess tal- abort, il-Gvernijiet għandhom jassiguraw li jkun hemm għarfien fuq il-kontraċettivi u aċċessibilità għalihom, sistema ta' adozzjoni u fostering b'saħħitha u fuq kollox aktar edukazzjoni fuq is- saħħa riproduttiva. Dan għaliex mingħajr ebda protezzjoni, mal-possibilità ta' tqala hemm ukoll possibilità ta' mard trasmess sesswalment (STI), li sussegwentament jista' jwassal għal kumplikazzjonijiet fis-saħħa. 'Jiddispjaċini ħafna jekk bi kliemi xi darba weġġajt lil min għadda milli għaddejt jien u ma setax juri' Issa li qbadniha fuq l-edukazzjoni huwa importanti li wieħed jagħmel distinzjoni bejn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022