Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 Il-farmhouses f'Għawdex bdew jirkupraw imma n-nuqqas tal-Maltin qed jinħass sew Sidien tal-farmhouses f'Għawdex jispjegaw mal-ILLUM kif anke jekk qabdu t-triq tal-irkupru, l-fatt li din is-sena ħafna Maltin għażlu li jaqbdu l-ajruplan wara sentejn restrizzjonijiet, ħalla impatt fuq il-bookings YENDRICK CIOFFI Is-sajf jinsab fl-aqwa tiegħu u daqstant ieħor l-istaġun tat- turiżmu u l-vaganzi kemm f 'Malta u anke f 'Għawdex li f 'dan iż-żmien ta' Santa Marija jkun ippakkjat bil-barranin u l-Maltin. Madanakollu, din is-sena, jidher li bosta Maltin għażlu li jaqbdu l-ajruplan minflok il-vapur ta' Għawdex u n-nuqqas tagħhom jidher li qed jinħass, b'mod partikolari mis- sidien tal-farmhouses li l-gżira Għawdxija hija tant magħrufa għalihom. Matul din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' għadd ta' sidien ta' farmhouses f 'Għawdex. Kollha kemm huma qablu li x-xogħol beda jirkupra u kien hemm min saħanistra qal li ilu minn Lulju ppakkjat u għandu sa Ottubru. Madanakollu, il- biċċa l-kbira saħqu li qed iħossu n-nuqqas tal-Maltin, anke għax dawn jidher li din is-sena pprefew isiefru milli jitilgħu jqattgħu ġimgħa f 'xi farmhouse. "Ix-xogħol mhuwiex b'saħħtu bħalma kien fl-2019 imma 'l hemm mexjin," qalet waħda mis- sidien waqt li fakkret, kif għamlu oħrajn, li s-sena l-oħra marru tajjeb ħafna għax bosta Maltin għażlu lil Għawdex, ġaladarba kien għad hemm ħafna restrizzjonijiet marbuta mal-ivjaġġar u anke kellhom il-vouchers xi jsarrfu. Sidien oħra qalu li nnutaw li l-kompetizzjoni minn Sqallija ħalliet l-effett tagħha hekk kif fi kliemhom jafu klijenti, anke dawk li kienu jmorru għandhom kull sena, li din is-sena ppreferew jitilgħu jqattgħu xi jiem Sqallija milli jibbukjaw farmhouse f 'Għawdex. "Il-Maltin qabel kienu jibbukjaw imqar ħamest iljieli, din is-sena ħafna qed jibbukjaw biss għall- weekends," qal wieħed mis-sidien, filwaqt li oħrajn ikkonfermaw li filwaqt li l-weekends kellhom ix-xogħol, fost il-ġimgħa qed ikollhom ħafna ġranet liberi, xi ħaġa mhux normali għal dan iż- żmien tas-sena. "Ħafna affettwathom il- pandemija u naqsilhom id-dħul. Oħrajn bdew iħossu l-effett taż- żieda fil-prezzijiet. Kollox iħalli l-effett tiegħu," qalu xi sidien oħra. Fil-fatt kien hemm min saħansitra qalilna li normalment jibdew minn Ġunju bix-xogħol u din is- sena lanqas biss kellhom booking waħda għal dan ix-xahar. Imma kollox jiddependi mill-klijentela hekk kif dawk il- farmhouses li jiddependu aktar fuq il-barranin, qed imorru aħjar għax fi kliemhom, il-barranin jibbukjaw aktar iljieli. Sidien oħra insistew li aktar ma jkollhom bookings għal it iljieli, aktar jiżdiedu l-ispejjeż għalihom, għax bejn booking u ieħor ikunu jridu jnaddfu, jbiddlu l-lożor, ix-xugamani u affarijiet oħra u għalhekk dan qed iħalli effett fuqhom ukoll. Jekk għas-sajf kienu mhux ħażin, anke jekk forsi inqas mis- soltu, għax-xhur ta' wara jinsabu batuti mmens. Kienet sidt waħda li qaltilna li qed ikollha ħafna talbiet għal Ottubru iżda l-oħrajn qalu li minn Settembru 'l quddiem ix-xogħol għadu batut u dan meta normalment, anke Settembru jkun tajjeb. 'Ħafna Maltin għażlu li jsiefru ... anke l-effett tar-riċessjoni beda jinħass' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA), Joe Muscat, li kkonferma li dak li qalu magħna s-sidien tal-farmhouses huwa dak li qed iħossu dawk kollha li huma involuti fis-settur tat-turiżmu f 'Għawdex. Muscat fakkar li s-sena li għaddiet, hekk kif il-pandemija kienet għadha fl-aqwa tagħha u r-restrizzjonijiet dwar l-ivjaġġar kienu għadhom b'saħħithom, ħafna Maltin għażlu lil Għawdex għal btajjel tagħhom minflok siefru. Fil-fatt, iddeskriva s-sajf tas-sena li għaddiet bħala wieħed "rekord" għas- settur fejn saħansitra nqabżu l-miljun lejl li t-turisti, ħafna minnhom Maltin, qattgħu fl- akkomodazzjonijiet turistiċi. Fil-fatt, Muscat saħaq mal-ILLUM li kienu qed jistennew li hekk kif ir-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar jonqsu, il-Maltin se jkunu qed jagħżlu li jsiefru minflok iqattgħu xi it iljieli f 'Għawdex. Minkejja dan, Muscat saħaq li dan is-sajf mhux se jkun wieħed ħażin għall-aħħar anke jekk xorta waħda mhux qed jistennew ir- riżultati li kellhom fl-2019, l-aħħar sena qabel faqqgħet il-pandemija. Ikkonferma wkoll li Sqallija qed taffettwa, hekk kif diversi huma dawk il-Maltin li qed jippreferu jmorru jqattgħu it jiem f 'din il- gżira ġara milli jitilgħu Għawdex. Kif qalu s-sidien, insista li tmiem il-ġimgħa dejjem qed ikun movumentat filwaqt li fost il- ġimgħa, id-domanda qed tkun xi it kwieta, anke għax donnu li naqqsu wkoll il-barranin, li normalment jibbukjaw aktar iljieli. "Ix-xogħol qed jingrana speċjalment issa għal żmien Santa Matija. Imma n-nuqqas tal- Maltin qed jinħass speċjalment wara s-sena li għaddiet," kompla jisħaq. 'L-effett tar-riċessjoni beda jinħass' Iżda hemm aktar fatturi li fi kliem Muscat qed iħallu l-effett tagħhom, inkluż ir- riċessjoni, jiġifieri ż-żieda fil-prezzijiet, inkluż dawk tal-ikel u x-xorb. Fi kliem Muscat, l-effett tar-riċessjoni beda jinħass u dan qed ikun ikkonfermat mis- sidien tal-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb, bħalma huma r-ristoranti. "L-effett beda jinħass anke min-nies tal- lokal stess. Hemm tnaqqis fil-frekwenza. Min kien joħroġ jiekol barra darbtejn, issa forsi joħroġ darba," insista. Il-gwerra fl-Ukrajna, fakkar Muscat, ukoll qed tħalli l-effett tagħha fuq il-prezzijiet tal- ikel u x-xorb. 'L-ispejjeż żdiedu l-aktar fil-pagi tal- ħaddiema' Apparti dan kollu, Muscat saħaq li żdiedu wkoll l-ispejjeż għas-sidien ta' dawk kollha involuti fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità. Muscat fakkar fi studju li ġie ppubblikat din il-ġimgħa u li sar mill-GTA stess u li wera li l-akbar żieda fl-ispejjeż għas-sidien kienet fil- pagi tal-ħaddiema. Fakkar li s-settur kollu tat-turiżmu u tal-ospitalità għandu l-isfida ta' nuqqas ta' ħaddiema u għalhekk ħafna kellhom jgħollu l-pagi bit-tama li jattiraw aktar ħaddiema jersqu lejn dan ix-xogħol. "Inti tibda tara x-xogħol ġej imma riżorsa umana ma jkollokx. Xi ħaġa trid tagħmel," kompla jisħaq. 'Mhux dejjem ikollok kontroll ... imma diffiċli tippjana' Muscat kompla jgħid ukoll li għal min jaħdem f 'dan is-settur, jiġu sfidi li kontroll fuqhom ma hemmx. Hekk kienet l-isfida tal- pandemija jew inkella l-gwerra fl-Ukrajna. Daqstant ieħor huwa t-tħassib u d-diskussjoni li għaddejja bħalissa fuq livell Ewropew dwar il-possibbilità li tkun introdotta taxxa fuq il-uwil tal-ajruplani. Muscat fakkar li jekk din it-taxxa tkun introdotta, dan se jkun ifisser li se jiżdiedu l-prezzijiet tat-titjiriet u jkun hemm min ma jibqax jaffordja jsiefer ta' spiss. "Fuq xi ħaġa hekk ma jistax ikollok kontroll," saħaq Muscat waqt li insista li sfidi bħal dawn iżidu l-inċertezza għall-futur, inkluż meta xi sid jiġi biex jinvesti jew iwettaq xi xogħlijiet fuq l-istabbiliment tiegħu. Joe Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022