Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNA 9 €1.25 IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • NRU 827 Persuni mitlufa: 'Irraportaw mill- ewwel; F'siegħa jista' jiġri ħafna' PAĠNI 6 u 7 'Mhux nieħdu bis-serjetà l-impatt tal-Covid fuq is-saħħa mentali taż- żgħażagħ' PAĠNI 12 u 13 Aktar Maltin mhux ilaħħqu mal-ispejjeż lanqas biex jieklu u qed jispiċċaw jirrikorru għand il-foodbanks, entitajiet u parroċċi għall-bżonnijiet ta' kuljum Iż-żieda fil-prezzijiet, b'mod partikolari tal-aktar affarijiet bażiċi u essenzjali hija t-tema fuq fomm kulħadd, aktar u aktar għax hemm individwi li qed jispiċċaw darahom mal- ħajt tant li qed jiżdiedu dawk il- familji li qed ikollhom iduru fuq entitajiet u organizzazzjonijiet biex jgħinuhom, saħansitra biex jieklu. Matul din il-ġimgħa, il-gazzetta tkellmet ma' persuni li jmissu b'idejhom ta' kuljum din ir- realtà, inkluż persuni li jaħdmu f 'foodbanks, entitajiet li joffru appoġġ u saħansitra ma' parroċċi. Il-Maltin li qed jirrikorru għall- għajnuna qed jiżdiedu u l-ikliet li qed iqassmu qed isiru dejjem aktar għolja. "Il-faqar żdied. Aktar individwi u familji qed jispiċċaw darahom mal-ħajt," saħaq Patri Hilary Tagliaferro li jmexxi l-Millenium Chapel fil-qalba ta' Paceville. Għal min jaħseb li l-faqar qed jolqot biss lill-barranin sejjer żbaljat ukoll, b'Patri Hilary jikkonferma mal-ILLUM li l-maġġoranza tal-persuni li jmorru għall-għajnuna, għax mhux iħallqu biex jagħmlu xirja ikel, jixtru l-mediċini jew iħallsu l-kera, huma Maltin. "Hemm diversi fatturi li wasslu biex jiżdied il-faqar u biex aktar persuni jersqu għandna għall- għajnuna. L-ewwel nett hemm iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali li qed tinħass. Imbagħad hemm il-mediċini li għolew ħafna wkoll. Fl-aħħar nett jibqgħu jiżdiedu wkoll il-prezzijiet tal- kirjiet. Dawn huma tliet morsi li qed jagħfsu fuq il-familji, l-aktar dawk bi dħul baxx," insista. Tkompli f 'paġna 4 'IL-FAQAR SPLODA' 'Jgħajruni Laburist ... imma mhux se niddejjaq niġġieled mal-Gvern'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022