Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 analiżi Bnadi mitluqa, abbandunati jew moħlija: L-Isptar Malta hi gżira żgħira, u ma tridx tkun bozza tal-għerf biex tinduna li l-ispazju hu wieħed pjuttost limitat. Allura b'sfida bħal din, tiflaħ Malta tkompli tħalli l-artijiet u binjiet abbandunati bħal donnhom monumenti ta' telqa', abandun u apatija? MARIANNA CALLEJA Minn sptar ġenerali għal binjiet li jilqgħu it minn kollox... Din hi l-istorja ta' l-Isptar San Luqa. Fejn konna Il-pjan oriġinali tal-Isptar San Luqa kien jinkludi bejn 350 u 450 sodda. Dan qed imorru lura għall-1927, fejn taħt Gvern b'amministrazzjoni Nazzjonalista, fondi ta' £75,000 kienu ġew riservati għal bini ta' sptar ġenerali ġdid. L-ewwel ġebla tal-pedament tal-isptar tpoġġiet fil-5 ta' April tal-1930 mill-Gvernatur ta' Malta, John Philip Du Cane, fil-preżenza tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Gerald Strickland. Iżda kaġun ta' diffikultajiet tekniċi, l-iżvilupp tal- isptar beda' jimxi wisq bil-mod u għalkemm kien pjanat li jiaħ għall-aħħar tal-1941, mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939, l-isptar kien għadu mhux komplut u x-xogħol ġie sospiż. Sentejn qabel, fl-1937, kienu wkoll mibdula xi pjanijiet u s-sodod żdiedu għal 510. Matul il-gwerra, l-Isptar San Luqa spiċċa taħt il-mira ta' attakk li ra blokka minnu tiġarraf u impjegat jitlef ħajtu flimkien ma' numru oħra feruti. Sadanitant, is- sulari ta' taħt, inkluż is-sotterran inbidlu fi swali ta' malajr b'200 sodda biex jakkomodaw pazjenti b'mard li jittieħed. Dak iż-żmien, l-Isptar Ġenerali kien il-'Conservatorio' fil-Furjana, l-istess binja li issa tintuża bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Din il-binja kienet inbniet fl-1734 mill-Gran Mastru De Vilhena biex fih, il-bniet foqra, jitħarrġu f 'numru ta' snajja differenti. Fl-1850 kien nbiddel fi sptar kemm tal-irġiel u anke tan-nisa u baqa' jopera bħala Sptar Ġenerali anke waqt il-gwerra. Wara l-gwerra kienu bdew l-ewwel trasferiment ta' dipartimenti oħra fl-isptar San Luqa, bis-sezzjoni medika tiġi trasferita kollha fl-1946. Sal-1957, l-Isptar San Luqa kien magħmul minn 546 sodda maqsuma bejn dipartimenti differenti: Kirurġija (erba' swali, 120 sodda), Mediċina (erba' swali, 120 sodda), Ġinekoloġija (sala waħda, 30 sodda), Ostetrija (żewġ swali, 42 sodda), Ortopedija (żewġ swali, 60 sodda), Pedjatrija (żewġ swali, 40 sodda), ENT (żewġ swali, 62 sodda), u żewġ swali oħra mhux assenjati (60 sodda). Minkejja dan, kien ġie suġġerit, anke mill-Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Gvern, li n-numru ta' sodod fl-isptar jiżdied għal 750 sodda minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni li bdiet titfa' pressjoni fuq is-servizzi tal-isptar. Dan wassal biex fl-aħħar tal-50ijiet, il-Gvern taħt amministrazzjoni Laburista għamel proposta ta' sptar ġdid ġewwa n-Naxxar. Din il-proposta qajmet diskussjonijiet bejn numru ta' kummisjonijiet fosthom il- Kummissjoni Ekonomika u l-Kummissjoni Medika Brittanika li spiċċat għamlet studju sħiħ fuq il- proposta. Il-Kummissjoni Medika kkonkludiet li minkejja l-evidenza ppreżentata, l-isptar il-ġdid propost ma kienx ħtieġa urġenti. Kienet din id-deċiżjoni li rat estensjoni wara l-oħra biex jakkomodaw id-diversi speċjalitajiet li bdew jiżviluppaw fid-diċenji ta' wara. Fl-istess waqt, sptarijiet oħra li kienu għadhom joperaw, bdew iservu funzjonijiet partikolari jew jagħlqu l-bibien. Per eżempju, l-Isptar Re Ġorġ V, li kien iservi biss il-baħrin tal- merkanzija, mibni mill-ġdid wara li twaqqa' matul it-Tieni Gwerra Dinjija, għalaq f 'Jannar tal-1967. Fl- 1970, dan l-istess sptar ġie rranġat u fetaħ għal pazjenti b'mard infettivi, dermatoloġija, veneroloġija u każi ta' kanċer. Dan kollu taħt l-isem ġdid ta' Sptar Sir Paul Boffa. Madanakollu, il-binja li sservi sal- ġurnata tal-lum bħala l-estenzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022