Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum Il-Kunsilli Lokali għad għadhom irwol x'jaqdu? D awn il-ħsibijiet huma mnissla minn sitwa- zzjoni fejn wieħed jista' jqabbel is-sistema tal-kunsilli tul is-snin. Riformi saru ħafna minn kull Gvern imma kważi kważi dawn l-istess riformi naqsu mis-saħħa tal-ist- ess kunsilli lokali. Hemm lok għal tliet saffi ta' tmexxija? Dawn huma l-Gvern Nazzjonali, il-kunsill reġjonali u l-gvern lokali. Hemm lok li wieħed irid jagħżel bejn ir-reġjun u l-gvern lokali? Dan qed jingħad minħabba li fis-snin li ġejjin, ċertu tenders li bħalissa kunsill lokali jiddeċiedi dwarhom se jkun qed jiddeċiedi għalihom ir-reġjun u jħallas il- kunsill lokali. Hemm lok li l-kunsilli lokali kollha jiġu b'ħames kunsilliera, tkun xi tkun il-popolazzjoni u jkunu full-timers? Hemm lok li l-profil tal- Kunsilli Lokali, jerġgħu jissaħħu u ma jibqgħux sempliċiment istituzzjoni li toħroġ il-permessi u jieħdu l-ilmenti? Għandu jkun li jittieħdu l-ilmenti imma jaf ikun hemm sitwazzjoni fejn il-proċess se jkun aktar burokratiku. Imma li jkunu aktar attivi fuq issues li jolqtu lil-lokal tagħhom? Pereżempju fuq il-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar, f 'ċertu proġetti kbar li jolqtu lill-irħula, ir-rapprezentanza tal-lokalità tkun aktar proporzjonata, milli ta' persuna minn ħmistax li jkunu fuq il-bord tal-ippjanar? Is-sens ċiviku tul dawn l-aħħar snin żdied u ħa perspettiva differenti u aktar attiva sabiex jiġu mħarsa l-ambjent u dak li jagħmel raħal differenti minn ieħor. Biss se jibqa' jiġi attakkat l-ambjent naturali u raħal li diġà jmiss mal-ieħor se jkunu aktar qed jiġu konfini waħda u sħiħa? Il-Kunsilli Lokali huma gvern lokali u għandhom jingħataw aktar saħħa u importanza, sabiex dak li jiġri fil-lokalità tagħhom ikunu huma li jiddeċiedu għalih. Ħafna jsemmu l-problema tal- iskart imma qabel ma jkun hawn infurzar sħiħ, din il-problema se tibqa' tiżdied u l-iskart jinħareġ fil-ħinijiet mhux indikati mill- liġijiet, imma x'ħin dak li jkun ifettillu joħroġ il-borża sakemm ma jitfagħhiex quddiem biex ħaddieħor ukoll. Għad hemm lok li kunsill lokali qisu qed jikkompeti mal- awtoritajiet sabiex art fil-lokalità tiegħu tiġi devoluta lill-istess kunsill? Jekk verament, kulħadd jemmen fil-kunsilli lokali għandu jkun hemm aktar appoġġ fil-kunsilli, billi fejn jidħol infurzar tal-liġijiet ikun hemm aktar preżenza tal- pulizija, uffiċjali tal-komunità u kif ukoll spetturi tat-Trasport Malta fit-toroq sabiex dak li jsir ħażin jittieħdu passi dwaru. Kien pass 'il quddiem li karozzi mitluqa fit-toroq wara sebat ijiem jkunu jistgħu jiġu rmunkati u bħalma qsar iż-żmien minn xi xahar għal ġimgħa, hekk ukoll kien eżempju ċar li fejn hemm ir-rieda azzjoni tista' tittieħed. Li kieku mhux għall-interess li jkun hemm fil-lokalità, żgur li l-kunsilliera ma joħorġux sabiex iservu lill-lokalità fil- kunsill lokali għal allowance ta' 200 ewro fix-xahar (li minnha titneħħa t-taxxa). Ma ninsewx ukoll lil dawk is-sindki u Kunsilliera li minħabba l-ħidma tagħhom b'risq il-lokalità ġew aggrediti għax ikunu finalment qed jagħmlu xogħolhom u dak li ġew eletti u fdati biex jagħmlu. Iż-żieda fl-għodda lill-kunsilli lokali bħal aktar baġit u fondi hija dejjem meħtieġa sabiex intejbu l-livell ta' għixien fil- lokalita'. Sean Apap Meli huwa Avukat u Kunsillier ta' Ħal Qormi Sean Apap Meli Il-Kunsilli Lokali huma gvern lokali u għandhom jingħataw aktar saħħa u importanza, sabiex dak li jiġri fil-lokalità tagħhom ikunu huma li jiddeċiedu għalih

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022