Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum analiżi Imma min hu korrott jittella' l-Qorti? 47% biss tan-negozji Maltin jaħsbu li dan hu l-każ ANTHEA CACHIA Huma 47% tal-Maltin – inqas min-nofs il-poplu – li jemmnu illi negozji jew persuni korrotti fil-fatt jittellgħu l-Qorti sabiex jaffaċċjaw il-Ġustizzja. Dan ipoġġi lill-pajjiżna fost dawk fejn hemm l-inqas persentaġġ ta' negozji li jemmnu li l-ġustizzja taħdem kontra negozji jew persuni korrotti. Dan jirriżulta minn sondaġġ tal-Ewrobarometru, dwar l-attitudni ta' negozji lejn il-korruzzjoni. Filwaqt li l-maġġoranza ta' dan is-sondaġġ jidħol fl-isfond tal-korruzzjoni individwali fil-membri stati, it-tipi differenti u kemm hi serja l-korruzzjoni li dwarhom din il-gazzetta irrapportat b'mod estensiv, parti minnu hu iddedikat għar-riperkussjonijiet ta' meta persuna tinqabad u fuq kollox, jekk tinqabad. Biex inkunu aktar speċifiċi minn hekk, dan is-sondaġġ jistaqsi fuq kif kull pajjiż Ewropew jaffaċċja l-problema ta' korruzzjoni u kif ir-riperkussjonijiet - ta' meta xi ħadd jew xi negozju jinqabad b'korruzzjoni - inbidlu fi żmien tliet snin. B'mod ġenerali madwar l-istati membri kollha, 52% qablu li dawk il-persuni jew negozji li jinqabdu b'korruzzjoni jitressqu l-Qorti tal-pajjiż rispettiv tagħhom. Tajjeb li nirrimarkaw li fi żmien tliet snin, il-perċentwal tan-negozji f 'Malta li jemmnu li l-ġustizzja qed issir naqas bi 2%. Apparti minn hekk, meta wieħed jara l-kambjament tal-pajjiżi f 'dan l-istess perjodu, Malta kienet it-tielet l-aktar pajjiż fejn naqset il-fiduċja li persuna titressaq il-Qorti, mill-membri stati kollha. L-aktar ċertifikat ħażin għas- sistema ġudizzjarja fil-konfront tal-korruzzjoni kienet fil- Bulgarija fejn 22% biss jemmnu li l-korrotti jitressqu l-Qorti. Dan filwaqt li l-aktar pajjiż li għandu tama li persuna jew negozju jitressaq il-Qorti hija d-Danimarka, b'73%. 44% biss jemmnu li persuni jew negozji korrotti jinqabdu mill- Pulizija L-istess ġara meta n-negozji Maltin kienu mistoqsija fuq jekk jemmnux li persuni jew negozji korrotti jinqabdux jew jiġux irrapportati lill-Pulizija. Minkejja li qrib ħafna lejn il- medja ewropea, dik ta' 49%, huma 44% tan-negozjanti Maltin li jemmnu li dawn jiġu irraportati jew jinqabdu mill-Pulizija. Apparti minn hekk, mill-2019, għat-tieni darba, kien hemm rigress fit-tama li persuni jew negozji jiġu irrapportati jew maqbuda. Tant hu hekk li issa 5% inqas Maltin għandhom fiduċja li persuni jew negozji korrotti jinqabdu jew jiġu rrapportati. Warajna hemm il-Finlandja u Ċipru li naqsu b'6% kull wieħed. Il-Bulgari huma fost l-inqas li jemmnu li persuni jew negozji korrotti jinqabdu (31%), filwaqt li l-Estonja kienet l-aktar pajjiż li temmen li persuni jew negozji jinqabdu (72%). Minkejja dan, fiż-żewġ każi żdiedu dawk li jemmnu li min hu korrott jinqabad. Malta r-raba' l-inqas li temmen li persuni jew negozji korrotti jingħataw piena jew priġunerija Malta, f 'dan is-sondaġġ, kienet ir-raba' l-inqas pajjiż li kellha tama li persuna jew negozju korrott se jingħata piena ħarxa jew saħansitra priġunerija. Fil-fatt 30% biss jemmnu li persuni jew negozji li jinqabdu, jaffaċjaw din il-konsegwenza. Apparti minn hekk, meta mqabbel mal-2019, dan il- persentaġġ naqas bi 3%, li jfisser li din it-tama naqset f 'dan il- perjodu. U dan minkejja serje ta' arresti u anke tentattivi mill- Gvern sabiex jiġġieled reati finanzjarji. Il-pajjiż bl-aktar qtigħ ta' qalb fejn tidħol il-ġustizzja ma' persuni jew negozji korrotti hija, mill-ġdid, il-Bulgarija fejn 15% biss jemmnu li min hu korrott jispiċċa l-ħabs. Dan segwit mill-Islovenja fejn 22% jaħsbu l-istess u l-Islovakkja (25%). Id-Daniżi huma l-aktar poplu Ewropew li jemmen li l-ġustizzja ssir kontra min hu korrott u li dan jeħel il-ħabs, b'65%, segwiti mill-poplu ta' Lussemburgu b'59% u l-Awstrijaki, b'54%. Fl-aħħar minn serje ta' erba' artikli, din il- gazzetta tkompli tanalizza l-aktar sondaġġ tal- Ewrobarometru riċenti. Illum nagħtu ħarsa lejn kemm il-poplu Malti għandu fiduċja li mal- korrott issir il-ġustizzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022