Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum 'Il-knisja hi sptar għall-midinbin, mhux Dnubiet għandi iżda l-orjentazzjoni Il-biki, l-uġigħ, id-daħk u s-suċċessi ta' persuni LGBTIQ f'Malta skont ir- rakkont ta' Joseph Carmel Chetcuti. Il-gazzetta tiltaqa' mal-attivist u l-kittieb fl-għeluq il-50 sena tiegħu ta' attiviżmu għad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ MARIANNA CALLEJA Potters, it-Tom Bar u l-Lantern. Kollha gay bars, fi żmien li kien iktar diffiċli biex is-soċjetà taċċetta illi li tkun omosesswali mhux għażla xejn. L-ILLUM tkellmet ma' Joseph Carmel Chetcuti, wiċċ sinonimu mal-attiviżmu għad-drittijiet tal-persuni omosesswali iżda wkoll il-kittieb tal-kotba 'Il-Ktieb Roża: dnub, diżordni u delitti' u 'Queer Mediterranean Memories,' dwar il-vjaġġ li kellhom jgħaddu minnhom persuni LGBTIQ sabiex jaslu fejn qegħdin issa. 'Kien hemm ħwienet tal-gays imxerrda ma' Malta u Għawdex' Il-vjaġġ jibda' b'mistoqsija dwar il-postijiet li fihom kienu jinġabru l-omosesswali. Chetcuti beda' mal-ewwel billi għamel distinzjoni bejn ħwienet tax- xorb li huma 'gay' u ħwienet tax-xorb li 'jakkomodaw lill-gay.' Il-ħwienet 'gay', beda' jispjega Chetcuti, huma dawk li l-klijenti prinċipali tagħhom, matul il-ġimgħa kollha kienu nies omosesswali. Min-naħa l-oħra, dawk li 'jakkommodaw lill-gays' huma l-ħwienet li jkollhom lejl jew iljieli fil-ġimgħa li jkunu allokati għall-omosesswali. "Skond Cookie (Karmenu Preca), l-eqdem bar li kien jaf hu kien id- Dreadnuughts f 'Lascaris Wharf, mhux bogħod mit-Telgħa tal-Kurċifiss. Kif tista' timmagina kien hemm ħafna ħwienet tax-xorb fil-portijiet ta' Malta fejn kienu jinġabru l-baħrin Ingliżi. F'Balzunetta kien hemm il-Klondyke fejn Cookie, Minku (Domenico Murgo) u Bobbi (Bobbie Papagiorcopulo) kienu jtellgħu s-shows. Kien ikun hemm Charlie Camilleri (Charlie l-Golliwog)." Fi kliem Chetcuti, kien hemm ħwienet imxerrda ma' Malta u Għawdex kollha, bħad-Diddies f 'Buġibba, u l-Playboy fil- Għargħur. Kompla jsemmi diversi bars li kienu ġewwa Strada Stretta bħall-Mascot, li skont l-attivist kienu jiffrekwentawh numru ta' persuni omosesswali. Semma wkoll ir-Robin Hood fejn Karmenu Sant (Każan) kien itella' x-shows u d-Dick's Bar li hemm ukoll kienu jmorru ħafna gays. 'Għalija l-iktar bars sinjifikanti kienu Potters, it-Tom Bar u l-Lantern.' It-tlett bars sinifikanti skont Joseph Carmel Chetcuti kienu t-Tom Bar, il-Lantern u l-Potters, b'tal-aħħar jiddeskrivih bħala "l-mekka tal-komunità omosesswali f 'Malta." Irrakkonta kif, fit- Telgħa tal-Kurċifiss, kien hemm it-Tom Bar. "It-Tom Bar kien iktar minn ħanut ta' divertiment. Kellu kuxjenza politika. Minn hemm nibdet il-Pride Organisation Malta. Kien ħanut li ħass il-bżonn li jippromovi d-drittijiet tal-omosesswali. Il-ktieb tiegħi, Il-Ktieb Roża: Dnub, Diżzordni u Delitt, ġie imniedi hemm!" Dan il-ktieb, li għalih qed jirreferi Chetcuti, kien l-ewwel wieħed dwar l-omosesswalità bl-ilsien Malti. Kien imniedi minn Evarist Bartolo, li dak iż- żmien kien Ministru tal-Edukazzjoni, fuq il-programm 'Il-Parlament tal- Poplu" ppreżentat minn Emmy Bezzina. Hawnhekk l-attivist għamel aċċenn għal fatt li Emmy Bezzina għamel ħafna ġid lill-kommunità omosesswali iżda it hu rikonoxxut. Lura għar-rakkont fuq il-bars, kien hemm il-Lantern li kien jinsab fejn il- Ġnien ta' Hastings. Chetcuti jiddiskrevih bħala wieħed pjuttost interessanti. "Kien post għal dawk li huma interessati fit-teatru u l-arti. Insomma, post għall- 'puliti' jew dawk li jriduha ta' 'puliti'. Niakar wieħed li kien jaħdem hemm, kien joqgħod seqer, dejjem jagħmel il- vista tal-latrini biex jaċċerta ruħu li ma jkunx hemm ħmerijiet. Kont naraha kummiedja, u kien wiehed bħalna." 'Jien ma naċċettax li Malta kienet daqstant 'reliġjuża'... Kellha biss l-apparenza li kienet hekk' Il-gazzetta ILLUM staqsietu kemm kien diffiċli li persuna tesprimi ruħha dwar is-sesswalità tagħha fi żmien meta Malta kienet meqjusa bħala gżira reliġjuża u konservattiva. Fil-pront huwa stqarr li hu qatt mhu se jaċċetta li Malta kienet 'reliġjuża' u 'konservattiva.' "Kellha biss l-apparenza li kienet hekk. Il-konservattivi, li għal ħafna snin gawdu l-poter, irnexxilhom jimponu tabù fuq kollox u fuq kulħadd, biex lanqas il- konservattivi stess ma kienu qaddisin. Però kienu jippretendu li huma, għax hekk kien jaqblilhom." Irrakkonta ma' din il-gazzetta li hu ħareġ fil-beraħ li hu omosesswali fl-1972. Dak iż-żmien kien jgħix Sydney. Madwar tliet snin wara kellu għarus u darba minnhom filgħodu, ġewwa George Street, waħda mill-iktar toroq mimlija bin-nies fil-Belt ta' Sydney, iddeċidew li jżommu id xulxin. "Id-dinja baqgħet iddur," insista, ħadd ma nsulutahom, u kull meta rritorna lura lejn Malta, sostna li dejjem għex ħajtu fil-beraħ. Minkejja dan, jirrakkonta wkoll kif fl-1994, kien mistieden biex jidher fuq il-programm 'Pjazza Tlieta' u rriuta minħabba li kien beda' jirriċerka l-omosesswali f 'Malta u "ma xtaqtx inkun parti mill-istorja ta' Malta" imma minflok jibqa' oġġettiv. Imma ġara li sagħtejn qabel il-programm, Chetcuti jirċievi telefonata mingħand il-mibki Mario Azzopardi (Il-Mulej), jitolbu spjegazzjoni u għalkemm spjegalu kif kien jaħsibha, il- Mulej ordnalu jieħu sehem. "Qalli, Ġuż, ma tafx li f 'Malta, meta xi qassis, avukat jew tabib jiaħ ħalqu kulħadd jiaħ widnejh. Spjegatlu li z-ziju tiegħi (Guzè Chetcuti) kien wissieni biex ma nidhirx fuq il-program. U l-Mulej wieġeb, 'Ħalli kollox f 'idejja. Inkellmu jien." Mar, il-programm sar, kif spiċċa ħaddiem tal-produzzjoni avviċinah u qallu li grupp ta' rġiel riedu jkellmuh. Ħaseb fl-agħar, ma kienx jaf min huma imma niżel jikkonfrontahom u fi kliemu "kont lest nibgħathom jixxejru" iżda, meta niżel sab ġemgħa ta' rġiel gay iċapċpulu. "Wara l-program Pjazza Tlieta, Lou Bondi u jien morna nieħdu drink f 'Potters. Sibna kommunità ommosesswali ċċassata. Bilkemm emmnu dak li kienu raw minn fuq it-televiżjoni. Kienet l-ewwel darba li persuna professjonali omosesswali dehret targumenta ma' psikologu u qassis." X'kien jiġri jekk koppja omosesswali tinqabad flimkien? Mistoqsi x'kien jiġri jekk koppja omosesswali tinqabad flimkien, huwa wieġeb li dak jiddependi jekk kontx sinjur jew le. Hawn isemmi koppja li minħabba li kienu sinjuri, mhux biss kienu jgħixu flimkien mingħajr ebda inkwiet talli, skont Chetcuti, abbużaw id-dritt tal- adozzjoni sabiex wieħed minnhom jibqa' jgħix Malta. "Differenti jekk tkun persuna bħal Robert (Bobbie) Papagiorcopulo u sieħbu l-iSkoċċiz. F'każ bħal dak tispiċċa bi żjara mill-pulizija u anke ħabs. Din hi l-ġustizzja li jemmnu fiha l-konservattivi." Żied jgħid li kien hemm każi ta' nies li ġew imsawwta, jew affaċċjaw diskriminazzjoni sfaċċata talli kienu omosesswali. Anzi mhux imsawwta biss imma anke maqtula. Hawn Chetcuti jsemmi l-qtil ta' Joseph Campbell, ta' Duminku Zammit u ta' Bertu Vella (iċ-Ċikless). Jsemmi wkoll li kien hemm serq u rrikattar fuq persuni omosesswali, tant li ħafna kienu jibżgħu javviċinaw lill- pulizija. Il-ġenerazzjoni tal-lum jgħidu li ma jridux tikketti'... imma? Joseph Carmel Chetcuti jgħid mal- ILLUM li fis-snin 70, persuni omosesswali ġġieldu biex jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma u mhux kif jixtiequ li jkunu jew kif ħaddieħor xtaqhom illi jkunu. Intant, irġiel omosesswali, iktar kemm beda' jgħaddi ż-żmien, iktar bdew jużaw termini deskrittivi biex jidentifikaw irġiel oħra fi ħdan il-komunità. Tiketti bħal Beary, għal raġel b'naqra żaqq u sufi, jew otter, għal raġel sufi imma irqiq, bdew Joseph Carmel Chetcuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022