Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 inkunu tlifna l-identità tagħna;' Jade Boye Lura għall-punt, Boye tisħaq li f 'każijiet bħal dawk, jekk ikunu ta' spazji kummerċjali bħal xi ħanut, ma tantx tinkwieta. "Iżda jekk ikun proġett personali, li l-ispazju se jkunu qed jgħixu fih ninkwieta ħafna. Ikolli ħafna friefet. Tant ninkwieta li ġieli għamilt tliet ijiem ma norqodx," saħqet Boye. Minkejja dan tgħid li l-inkwiet tagħha dejjem ikun ta' xejn, għax dejjem jirnexxielha tolqot il-gosti tal-klijent. 'Ikun hemm min jgħidlek li appartament b'kamra tas-sodda waħda, ikun iridha bi tlieta' La issa qbadniha fuq il-gosti l-ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix jekk xi darba kelliex proġetti u l-klijent talab xi ħaġa li lilha verament m'għoġbitiex. Hawn hija mal-ewwel qalet li qatt ma ltaqgħet ma' din il-problema. Minkejja dan mil- lat prattiku, bħal pereżempju kif wieħed jutilizza l-ispazju ta' post, iva. Tgħid li ġieli ltaqgħet ma' każi fejn sidien ta' post b'kamra tas-sodda waħda, riduha bi tlieta. F'dak il-każ tgħid li din tkun kważi impossibli imma xorta tibqa' tittama li tikkuntenta l-klijent. Hija rrimarkat ukoll li meta titkellem mal-klijenti dwar l-istil, dejjem tigwidahom fuq x'jidher tajjeb u le, ikun xi jkun l-istil. "Id-disinn dejjem jitfassal minn dak li jrid il-klijent u mhux li rrid jien," sostniet Boye. L-ippjanar tad-disinn, għal Boye, hu bbażat fuq tliet fatturi importanti li jolqtu l-ħtiġijiet ta' kull klijent. L-ewwel prinċipju huwa li jiġi identifikat x'għandu bżonn il-klijent u x'għandu nieqes. Hawn Boye tisħaq li dan jista' jkun fuq 'storage' ta' kċina. Imbagħad it-tieni pass huwa li jaraw l-estetika, mhux biss li jkun irid il-klijent iżda li jkun jaqbel mal-bqija tal-ispazji l-oħra fil-proprjetà. L-aħħar punt apparti li jamalgama l-ewwel tnejn, mingħajru l-ebda disinn ma jkun possibbli, jiġifieri l-baġit. B'hekk flimkien, dawn it-tliet fatturi jkunu l-punt ta' tluq biex jibda jitfassal id- disinn tal-post. Boye tisħaq li hija tħobb tidħol fid- dettall, iżda mhux biss xi drapp se jintuża għall-purtieri, jew x'disinn se tpoġġi mal- ħajt. "Jien naħdem ukoll bid-dawl u nara li jkun hemm tliet tipi differenti ta' dawl li joħolqu tliet atmosferi differenti. L-ewwel atmosfera tkun dik ta' filgħodu, ta' wara nofsinhar u ta' filgħaxija. Nikkunsidra wkoll l-amtmosfera ta' fine dining u ta' divertiment għal xi ħbieb jew qraba tal- klijent." 'In-nies għandhom jirrealizzaw li l-kultura tagħna hi parti mill-identità tagħhom' Boye qalet mal-ILLUM li hu importanti li nżommu l-karatteristiċi Maltin, kemm fil-ħajja b'mod ġenerali, kif ukoll fl- estetika tal-propretajiet. Dan għaliex wara kollox il-kultura hija parti kbira mill-identità tagħna. Dan qalitu meta mistoqsija dwar il- karatteristiċi tipiċi tal-bini Malti, li gradwalment qed nitilfu kawża tal-influss ta' bini modern fl-aħħar snin. Hija saħqet li l-immodernizzar beda jieħu spinta 20 sena ilu u hawn hija għamlet referenza għall-waterfront ta' Tas-Sliema, li tisħaq li ratu jinbidel. "Iva, il-pajjiż qed jiżviluppa. Nittama biss li ma nitilfux it-town houses u li dawk li għad fadal, iżommu mal-karattru tagħhom," żiedet Boye. 'Il-PA għandha tkun aktar iffukata biex iżżomm ir-ruħ Maltija fil-bini' Madankollu l-ILLUM tirrimarka li l-prezzijiet ta' dawn it-tip ta' proprjetajiet għal ħafna, mhumiex affordabbli u li fis- suq preżentament hemm domanda kbira għall-appartamenti, inkluż dawk biex jikru. Allura kif se nżommu l-karatterstiċi ħajjin? Huwa possibli dan? Hija tirrimarka li huwa ovvju li Malta se tinbidel, "hawn ħafna nies jgħixu f 'pajjiżna u ma jistax ikun li jibqa' kollox kif inhu." Żiedet tgħid li huwa minnu li hawn ħafna li jmorru għall-appartamenti u għalhekk hija tipproponi li minkejja li blokka appartamenti mhux l-istess bħal xi house of character, tista' żżomm il-faċċata aktar tradizzjonali. Bħal pereżempju, bil- galleriji ikoniċi u mimlija kuluri, li tant jaffaxxina ruħu bihom it-turist. "Nemmen li jekk nagħmlu dawn it-tip ta' regolamenti iżommu dan l-element ta' tradizzjoni. L-Awtorità tal-Ippjanar għandha tkun aktar iffukata biex iżżomm ir-ruħ Maltija fil-bini," qalet Boye. Hawn terġa' tisħaq fuq l-importanza li ngħarfu dak li jagħmilna Maltin. Tgħid li hawn ħafna li anke ġo djarhom qed jagħżlu li jinkorporaw elementi Maltin, fosthom bil-madum Malti. "Ħafna nies jipprovaw iqabblu lilhom infushom mal-barranin, iżda hekk wieħed jitlef l-għeruq tiegħu. Wieħed għandu japprezza minn fejn ġej u li l-identità Maltija, m'għandha tintilef qatt," temmet tgħid l-interior designer Jade Boye.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022