Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum 'Jekk nitilfu l-karatteristiċi Maltin inkunu L-ILLUM mal-interior designer Jade Min hi Jade Boye? Għaliex biddlet il-karriera tagħha tliet darbiet? X'inhu l-inkwiet tagħha fid-dinja tal-interior design? Boye, intervistata mill-ILLUM, tiddiskuti l-ippjanar bilgħaqal, it-telfa ta' karattersitiċi Maltin fil-bini, l-akbar sfidi għaliha, possibilità ta' appartamenti moderni b'faċċati tradizzjonali u l-importanza li ngħarfu u nsostnu l-identità Maltija, anke fil-bini… ANTHEA CACHIA F'nofs każin bejn belgħa tè u oħra, ħafna anzjani jintilfu jqabblu lil Malta tal- passat ma' dik tal-lum. Sforz l-iżvilupp massiv li sar f 'pajjiżna fl-aħħar snin, dawn jaf jaqbduha fuq l-estetika tal- bini u l-apparenza ta' xi faċċata ta' blokka appartamenti. Fil-fatt, meta wieħed jitkellem fuq estetika tal-bini wieħed jaħseb fil-qoxra ta' barra u mhux fid-dehra ta' ġewwa. Kuntrajru ta' dan, l-ILLUM tkellmet mal-interior designer Jade Boye, li b'ħafna paċenzja u dedikazzjoni jirnexxielha titrasforma spazju b'erba' ħitan f 'dar lesta biex tilqa' fiha ħafna memorji. Min hi Jade Boye? 'Ta' 14-il sena kelli ħanut tal-interior design' Għal ħafna, wiċċ Boye mhux ġdid u dan għaliex dan l-aħħar snin rajna l-preżenza tagħha fuq il-midja soċjali. Fost in- numru ta' proġetti li għamlet, ħafna rawha tbiddel kompletament id-dehra tad-djar ta' persuni popolari Maltin, inkluż id-dar ta' Ira Losco u żewġha Sean Gravina. Iżda kif bdiet l-imħabba ta' Boye għall- interior design? Tirrakkonta li meta kellha 14-il sena kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-iskola u missierha pront staqsiha, "Jade trid niftħu ħanut tal-interior design?" Ħerqana għall-aħħar, Boye lanqas tagħtu ċ-ċans jispiċċa l-mistoqsija, li ma aċċettatx. "Sena qabel għamilna ħafna tibdiliet fil-bangalow tagħna u kont ħadt interess qawwi. Kont saħansitra mmur ma' ommi ndur fil-ħwienet. Ommi kienet tagħtni baġit biex nagħmel il-kamra tal-banju tiegħi u ta' ħija u organizzajt kollox jien," qalet Boye. Kompliet tgħid li dan wassal biex fetħu l-ħanut tal-interior design li fih kienu jfornu materjali utli għall-interior designers fosthom żebgħa, coving, wallpaper kif ukoll purtieri, linef u ħafna affarjiet biex wieħed iżejjen id-dar. Żiedet tgħid li minkejja l-imħabba li kellha għal dan il-ħanut xorta waħda baqgħet iffukata fuq l-edukazzjoni akkademika u l-istudju. "Bqajt naħdem ġol-ħanut sakemm kelli 21 sena." Eventwalment il-ħolma ta' Boye nqalbet ta' taħt fuq. Hija spjegat mal- ILLUM li ommha u missierha ddeċidew li jiddivorzjaw u jbiegħu l-ħanut. Kawża ta' hekk hija tgħid li dak iż-żmien kienet konfuża għax ma kinitx taf liema linja kienet se taqbad. Hawn hija qalet li ommha kienet ħeġġitha li tagħmel il- kors biex issir accountant u fil-fatt, hekk għamlet. 'Xtrajna proprjetà u erġajt ħassejt l-istess bħal ma kont inħoss meta kelli 14-il sena' Is-snin għaddew u Boye baqgħet tistudja u tavvanza fil-karriera tagħha, iżda l-ħeġġa tagħha biex tmur għax- xogħol bdiet tmajna. Minn hemm għamlet bidla oħra u ddeċidiet li tagħmel kors fuq in-negozju. Boye ħasset li din il-bidla fix-xogħol reġgħet tatha l-ħajja, fil-fatt saħqet mal- ILLUM li f 'dawn l-irwoli ġodda, wara li telqet mid-dinja tal-accounts, bdiet tapprezza aktar xogħolha. Madankollu kollox reġa' nbidel meta hi u r-raġel tagħha xtraw proprjetà u minn hemm Boye reġgħet ħasset imħabba l-imħabba għall-interior designing. "Erġajt qbadt fejn ħallejt. Imbagħad iddeċidejt u għidt, din hi l-linja tiegħi," u minn dakinhar ma reġgħetx ħarset lura. Madankollu tisħaq li m'għandha l-ebda rimors li qabdet linji differenti tul il- karriera tagħha, anzi pjuttost tgħid li dawn tużahom bħala gwadann għan- negozju li għandha issa. Tant hu hekk li tisħaq li mingħajrhom ma setgħetx tkun fejn hi issa. Allura mil-lat akkademiku, meta tħarrġet biex issir interior designer, ma ngħatat l-ebda għajnuna fuq kif tmexxi negozju? Boye li kieku ma kelliex esperjenza fid-dinja tan-numri kienet tkampa waħedha? "Il-kors m'għallimnix kif nagħmel l-accounts tan-negozju, m'għallimnix kif immur man-nies, lanqas bħala leadership," qalet Boye. Eventwalment tirrakkonta li reġgħet fetħet il-kotba tal-iskola u bdiet tistudja fuq l-interior design. Hawn tirrimarka li l-esperjenza tagħha fid-disinn ma bdietx mal-ftuħ tal-ħanut. Tgħid li hi trabbiet f 'dan l-ambjent hekk kif kemm missierha imma anke nannuha kellhom ħanut taż- żebgħa, kif nafuh aħna l-Maltin. "Kont inżur il-ħanut ta' missieri, nisma' l-problemi tan-nies, naraw kif nistgħu ngħinuhom. Kont imdawra b'ħafna ħaddiema f 'din l-industrija u allura għaliha kienet faċli li nibni l-kuntatti wkoll," kompliet tgħid Boye. 'Kelli ħafna kumplikazzjonijiet fit- tqala u ma stajtx nibqa' naħdem kif kont' Għadda aktar żmien u Boye titkellem mal-ILLUM fuq l-esperjenza tat-tqala tal-ewwel wild tagħha, li hi tiddeskriviha bħala xejn faċli. Fl-istess waqt, dak iż- żmien hija ngħatat proġett speċjali minn ħabiba tagħha li kienet għaddejja minn żmien diffiċli u riedet li tibdel l-appartament tagħha, minn fuq s'isfel. Tista' tgħid li b'ġebla waħda laqtet żewġt għasafar. Hija stqarret li kellha ħafna kumplikazzjoniiet fit-tqala u ma setgħetx taħdem kif kienet qabel, fl-istess waqt ħasset li kellha tiffoka fuq l-interior design. Fortuntament tgħid li kellha l-appoġġ kollu ta' żewġha kemm moralment kif ukoll finanzjarjament, "u għamiltha." Boye tmur lura għal ftit xhur qabel, meta kienet xtrat il-proprjetà, tgħid li ħadet riskju, biegħet din id-dar u xtrat appartament biex tkun tista' tiftaħ in- negozju tagħha. Minn hemm ir-rota bdiet iddur. Hija tgħid li warajha għandha tim tajjeb li ma tbiddlu ma' xejn. Apparti minn hekk bħala intraprenditriċi Boye hija iddeterminatha għall-aħħar tant hu hekk li tgħid li mill-bidu ta' din il-karriera, mal-ewwel fasslet il-miri tagħha għall- ħames snin u l-10 snin li ġejjin. 'Ġieli għamilt tlett ijiem ma norqodx, tant kemm ninkwieta' L-intervista issa daret fuq l-isfidi li tiltaqa' magħhom ta' kuljum mal-klijenti tagħha. Hija tgħid li l-akbar sfida għaliha, bla dubju, hi meta l-klijenti jħallu kollox f 'idejha. X'iġifieri? "Ġieli jkolli klijenti li jgħiduli li jkunu jridu li naħseb, nippjana u niddisinja kollox jien, mingħajr ma jelenkaw dak li jogħġobhom u fuq kollox dak li ma jogħġobhomx. Jgħiduli, 'nafda f 'idejk Jade.' Iżda dan għalija huwa inkwiet kbir," qalet Boye. Hija spjegat li hi persuna perfezzjonista ħafna u li tkun trid tagħmel kollox bl- eżatt. Fil-fatt, daħkana, qalet lill-ILLUM li darba daħlet ġo appartament li fih kien hemm xkaffa li skontha ma kinitx dritta. "Il-klijenta bdiet tgħidli li bdejt nara ħażin. Bqajt inħares lejha sakemm fl-aħħar qbadt l-invell u ndunat li kienet millimetru aktar 'l fuq," qalet Boye.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022