Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 abbandunati jew moħlija: SANT'IERMU għalhekk bdot ta' dgħajsa splussiva daħal bil-kontra tal-isplussiv f 'missjoni suwiċidjali għall-aħħar. Mal-isplużjoni tal-bdot, intlaqtet waħda mill-kolonni tal-pont u din splodiet l-isplussivi ta' qabel. Il-pont iġarraf b'tali mod li mblokka għal kollox id-daħla tal-Port il-Kbir. Hawn il-batteriji stazzjonati fil- Forti Sant'Iermu ħatfu l-okkażjoni u fetħu n-nar fuq l-attakkanti, bil- biċċa l-kbira tal-bastimenti nqerdu għal kollox. Sintendi l-istorja tal-Gwerra Dinjija ma tiqafx hemm. Għaldaqstant interesanti kif, ġewwa l-ħitan tas-swar tal-Forti Sant'Iermu hemm midfuna żewġ uffiċjali distinti Ingliżi li huma l-Ġeneral Ralph Abercrombie u l-ewwel Gvernatur Ingliż ta' Malta, Alexander Ball. Il-glorjuż Sant'Iermu jibqa' jservi anke jekk nofsu mitluq Fl-1978, il-produttur tal-films Ingliż rinomat Alan Parker, ġibed il-film 'e Midnight Express' ġewwa l-Forti Sant'Iermu. Il-film huwa ambjentat fit-Turkija iżda l-Gvern Tork ma tahx il-permess biex jiġbed f 'Istanbul u allura ġibed kollox fil-partijiet ta' isfel tal-Forti Sant'Iermu. Il-Forti San Iermu akkomoda wkoll l-Akkademja tal-pulizija bejn l-1988 u l-2013. Fl-2008 il-World Monuments Fund kien poġġa lill- Forti Sant'Iermu fuq il-lista tal-100 l-aktar żoni fil-periklu li jintilfu minħabba d-deterjorament kawża ta' nuqqas ta' manutenzjoni. L-intenzjoni li tinbena replika tal-pont, li kien iġarraf mit- Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija, fl-2007. Madankollu, deher evidenti li r-rikostruzzjoni skont id-disinn oriġinali ma tkunx finanzjarjament fattibbli minħabba l-kwantità ta' azzar meħtieġ. Il-bini ta' pont ġdid kien jifforma parti minn proġett akbar biex tiġi riġenerata l-Belt Valletta. Din kienet tinkludi d-deċiżjoni kontroversjali tar- rikostruzzjoni ta' Bieb il-Belt u l-Lift tal-Barrakka, fost proġetti oħra. Il-pont ġie inawgurat fl- 24 ta' Lulju 2012 minn Austin Gatt, illi dak iż-żmien kien il- Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Intant, fl-2012, Heritage Malta bdiet xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni fuq il-Forti Sant'Iermu. Ix-xogħlijiet fil- Forti Sant Iermu saru bl- għan li jbiddlu l-Forti storiki f 'attrazzjoni turistika. Il-proġett ta' €15.5 miljun, implimentat mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir b'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, kien ukoll parzjalment iffinanzjat mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Waqt li l-Forti kien qed jiġi restawrat, saru xi sejbiet arkeoloġiċi importanti li kixfu diversi elementi tal-Forti oriġinali ta' qabel l-1565. Din kienet sejba importanti għaliex ftit li xejn jeżistu fdalijiet tal- forti oriġinali, l-aktar peress li l-parti l-kbira tiegħu reġgħet inbniet minn Laparelli fl- 1566 u għaddiet minn ħafna rinnovazzjoni bejn is-sekli 17 u 19. Wara xogħol estensiv ta' restawr, il-Forti reġa' fetaħ għall-pubbliku fl-2015 u issa jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra li jkopri l-istorja ta' Malta fi żmien il-gwerra. Huwa f 'dan il-mużew li Malta żżomm il-George Cross, mogħti lill-popolazzjoni kollha ta' Malta fl- 1942 mir-Re Ġorġ VI għal qlubija tagħhom fi żmien it-Tieni Gwerra. Fil-bitħa ta' barra tinsab ukoll il-Kappella ta' Sant Anna fejn il- Kavallieri ġġieldu sal-mewt waqt l-Assedju l-Kbir. Imma l-glorjuż Forti Sant'Iermu ma jittranġax kollu... Wara l-gwerra, il-Forti Sant'Iermu baqa' jaħżen fih tagħmir tal-gwerra inkluż it- trakkijiet, ajruplani u anke ambulanza. Għal xi żmien, il- Forti sar famuż mas-subien tal-iskejjel fil-madwar li kienu jmorru jilagħbu l-football ġewwa l-Forti. L-Ingliżi kienu ħallew warajhom żewġ lasti u s-subien Maltin dlonk għamluhom tagħhom. In-naħa ta' isfel ta' Sant'Iermu, fejn fih inħadem il-film Midnight Express, kien għamel żmien twil iservi, sa it snin ilu, bħala mħażen tal-Karnival fejn kienu jinħadmu l-karrijiet. Ix-xogħol għall-Karnival kien jinħadem f 'kull kamra li kienet teżisti u li qabel kienu jservu bħala residenza għall-Ingliżi. Meta l-karru jibda jinbena,i l-biċċiet kienu jitniżlu bil-ħabel mis-sulari ta' fuq għal isfel. Fl-2014, id-Direttorat għat- Tindif fi ħdan il-Ministeru għat- Trasport u l-Infrastruttura kien qed jieħu ħsieb il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il- Kbir u hemm fejn għamlu tindif taż-żona. Kien stmat li b'kollox tneħħew 90 tunnellata skart, ekwivalenti għal 40 vann żgħir. Il-Gvern kien spjega kif dan l-iskart ma ġiex biss minħabba d-dilettanti tal-Karnival iżda wkoll minn persuni li okkupaw il-kmamar illegalment matul is-snin. L-iskart kien jinkludi fdalijiet ta' armar tal-karrijiet, skart ta' kostruzzjoni u biċċiet ta' għamara. It-tindif innifsu sar bl-għajnuna tad-dilettanti tal-Karnival, fil-preżenza tal- Pulizija. F'Ottubru tal-2015 l-Gvern ħareġ espressjoni ta' interess għall-iżvilupp tal-parti t'isfel tal-Forti. F'Jannar tal- 2016, il-konsorzju Sohum Wellness f 'Dubaj issottometta l-interess tiegħu fis-sejħa għar-restawr, ir- rijabilitazzjoni, id-disinn u l-operat tal-parti ta' isfel tal-Forti Sant Iermu. Ftit xhur wara, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, żvelat illi l-konsorzju kien "kumpanija rreġistrata f 'Malta li l-għanijiet tagħha huma kompletament moħbija." Il-proġett qatt ma sar u Sant'Iermu reġa' tħalla mitluq tant li fl-2017, nirien ħakmu maħżen tal- Karnival magħruf bħala 'tat-Titti.' Fil-maħżen kien hemm karti u injam u għalhekk in-nirien inferxu mal-maħżen kollu pjuttost malajr. Filwaqt li l-parti ta' fuq tal-Forti hija rrestawrata u tintuża anke għall-kunċerti u attivitajiet, il-parti ta' isfel tal-Forti għadha kwieta, tistenna li terġa' tingħata l-ħajja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022