Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 letteratura IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Sempliċement tat-triq Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fl-avventura intriganti tal-Merlin Publishers fil- pubblikazzjoni ta' testi teatrali ġodda — fil-każ tal-lum, anki bl-għajnuna indispensabbli tal-Fond għall-Ktieb Malti tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb — jixref talent ieħor li ġa rajna xi jsarraf bir-rumanz Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules (Merlin 2021). F'dan ix- xogħol, Lon Kirkop kien irnexxielu jpinġi d-dinja taż- żgħażagħ kontemporanji b'mod li faċilment jittraxxendi l-kategorizzazzjoni inizjali u kummerċjali tar-rumanz bħala wieħed għall-adulti żgħażagħ. Bl-istess mod, il- ġabra tad-drammi Fil-Ħajja li Jmiss (Merlin 2022) tista' tattribwixxi s-suċċess tagħha għal darb'oħra għal din il- medjazzjoni bejn l-għarfien tal-kontemporanjetà u l-ħeffa li biha l-awtur jagħmel aċċessibbli d-diskussjoni dwarha mingħajr ma jxejnilha l-kumplessità intrinsika tagħha. Xi ħaġa li anki d-direttur teatrali Joseph Galea jintebaħ biha immedjatament, anki għaliex esperjenza mill-qrib it-tlugħ ta' dan ix-xogħol fil-Cospicua Short Play Festival. Interessanti wkoll li dawn il-kitbiet teatrali huma mlaqqmin drammi tat- triq, distinzjoni importanti li mhjiex sempliċement waħda akkademika jew ta' ġeneru speċifiku, imma x'aktarx sinjal ta' tentattiv għal teatru tassew eqreb għan-nies, li filwaqt li jinftiehem u jagħti intratteniment, jista' wkoll iwassal messaġġi importanti u jqanqal id-diskussjoni. Id-drammi f 'din il-ġabra nimmaġinahom diffiċli biex jinħadmu, jew inkella għandhom bżonn atturi u direzzjoni preċiża, minħabba li ftit li xejn għandhom azzjoni u inqas u inqas direzzjonijiet drammaturġiċi, u jistrieħu fuq id-djalogi bejn ftit karattri, spiss tnejn u l-massimu erbgħa. Huma fil-fatt drammi ta' ħafna kliem, imma l-kitba hija waħda tassew mexxejja, biex nerġa' nikkwota lil Joseph Galea u l-kumment tiegħu għad- daħla, u għalhekk il-qarrej jista' jaqrahom narrattivament fuq il-karta imma jista' wkoll jistħajjilhom potenzjalment maħdumin. Huma djalogi essenzjali, fis-sens li marbutin mat-temi u t-tifsiriet li jridu jittrattaw, flimkien mal-għarfien tekniku tal-bżonn tal-qosor u l-konċiżjoni, u għalhekk l-effett huwa spiss wieħed intens u kkonċentrat, fejn hemm ukoll il- post għal ekwilibriju ideali bejn il-komiċità u d-drammatiċità. Kirkop juri wkoll aġġornament għall-polz soċjali, sew kif għamel fir-rumanz fejn ittratta l-ħajja virtwali taż-żgħażagħ u kif tkanġi u tiskula għall-ħajja reali, sew f 'dawn id-drammi fejn l-ossessjoni hija dik dwar l-identità kif taslilna mid- dibattitu kontemporanju dwar il-ġeneru. Xogħlijiet li huma wkoll kontribut ieħor għall- espressjoni letterarja queer, fejn il-konċezzjoni tal-ġeneru (lil hinn mill-omosesswalità biss, u t-trattament sorpassat tagħha patoloġiku jew m e l o d r a m m a t i k a m e n t imsejken) hija waħda li, lil hinn minn jekk hijiex mgħejxa, hija mifhuma bħala qasam tal-għarfien, bin-narrattivi u l-politiki tiegħu. Il-ħarsa ta' Kirkop, għalhekk, hija waħda infurmata u fl-istess ħin distakkata biżżejjed biex tiġi ttrattata bis-serjetà iżda wkoll bl-ironija, għal darb'oħra b'dak il-bilanċ bejn il-leġġerezza tal-karatterizzazzjoni xi drabi neċessarjament sterjotipata u l-urġenza tad-dibattitu ttrattat. Id-dramm tat-triq jeħtieġ ukoll ċertu element didattiku, imma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022