Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807
03 illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 Applika sat-22 ta' Settembru Qed innttxu persuni biex jimlew il-pożizzjonijiet ta': - Head of Shift - Supervisor - Heavy Plant Driver Għal iktar dettalji żur www.wsm.com.mt/careers Jekk interessat/a taħdem magħna, ibagħtilna s-CV tiegħek info@wsm.com.mt By decree given by the Civil Court. First Chamber, on 12th July, 2022, in the acts of the Sworn Claim number 412/2022NC. Which was presented on 19th May, 2022, in the names Bava Holdings Ltd vs CD Lis Ltd, the following publication was ordered, pursuant to article 187(3) et sequitur of Cap. 12 to serve as a notification against the respondent. e applicant asked the Honorable Court to among others, Condemns the defendant company to pay the exponents those penalties thus liquidate and due. With the costs, including those of the attachment. Mandate of effective payment against the defendant company so that a reference to their evidence be made. e Sworn Appeal in the names mentioned above is adjourned for the 8th November, 2022 at 9.45am. Notification Respondent: CD Lis Ltd. Geo. Flat 1, Vjal Indipendenza, Mosta. Register of the Superior Courts, today 4th August, 2022. CARMEL ABELA. M.SC.IN MANAGMENT, DPA. DIP. LAWS OF PROCED. (MELIT) For the Register, Civil Courts and Tribunals. Ir-Reġina Eliżabetta II 1926-2022 L-aktar mumenti ta' prova għar-Reġina Eliżabetta II MARIANNA CALLEJA Għal seba' deċenji, ir-Reġina Eliżabetta II mexxiet l-Ingilterra b'għaqal liema bħalu tant li xi kultant ninsew li lanqas biss kellha tkun hi r-Reġina u sabet postha fuq it-tron biss minħabba li zijuwha abdika mill-kariga u minfloku sar re missierha – Ir- Re Ġorġ VI. Dan ma jfissirx li qatt ma sabet ruħha fi kritika jew kontroversji. Iżda huwa l-mod ta' kif dawret dawk il- kwistjonjiet favuriha jew ħadmet madwarhom illi wieħed għandu jammira l-aktar. Tliet ijiem wara l-mewt tar- Reġina Eliżabetta II, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dawn il-mumenti ta' prova illi kellha taffaċja r-Reġina. Il-mewt tar-"Reġina ta' qlub in- nies"... Prinċipessa Diana tmut f'inċident ġewwa Pariġi Fl-1981, il-Prinċipessa Diana u Prinċep Karlu żżewġu ġewwa l-Katidral ta' San Pawl f 'Londra. Miljuni ta' persuni segwew bit- tama li jkollhom togħma tat-tieġ hekk meqjus "tal-fantażiji." Maħbuba minn kulħadd mill- mument li tfaċċat mal-Prinċep Karlu, il-Prinċipessa Diana dlonk saret l-ikona tal-ġenerożità u s-simpatija kif ukoll xempju ta' kif l-Ingliżi xtaqu li l-Familja Rjali tkun. Iż-żwieġ ma kienx wieħed hieni, u it snin wara t-tieġ, xnigħat tar- relazzjoni bejn Prinċep Karlu u Kamilla bdew joħorġu fil-ġurnali. "Konna tlieta f 'dan iż-żwieġ, kien naqra ffullat" qalet ma' e Sun Diana meta mistoqsija dwar iż- żwieġ tagħha. Imma s-sitwazzjoni ġiet agħar fis-sena li r-Reġina Eliżabetta II sejħitilha "Annus Horribilis". Fl-1992, Diana u Karlu ħabbru s-separazzjoni tagħhom. L-istess għamel Prinċep Andrew (ħu Karlu) illi ssepara minn mal-mara tiegħu Sarah Ferguson filwaqt li oħthom, Prinċep Anne, ddivorzjat lir-raġel tagħha ukoll. Fl-1996, Karlu u Diana ħadu d-divorzju, u Diana qablet li tirrinunzja t-titlu ta' "Her Majesty" imma mhux it-titlu tal- "Prinċipessa ta' Wales." Is-snin ta' wara raw lil Diana tagħmel karità f 'pajjiż wara l-ieħor. Hawn fejn il-Prinċipessa ta' Wales bdiet tiġi msejjħa bħala "r-Reġina ta' qlub in-nies" mill-poplu. Kollox kien miexi ħarir sal- 1997, meta mietet ħabta u sabta f 'inċident tat-traffiku f 'mina fi Franza flimkien mal-maħbub tagħha Dodi Fayed. Il-mewt ta' Diana kien xokk, kemm għal poplu kollu imma wkoll għal Familja Rjali, li dak iż- żmien kienu qegħdin fil-Palazz Balmoral, fl-Iskozja – l-istess palazz li fih mietet ir-Reġina Eliżabetta II. Waqt li l-poplu kien imbikkem, imħawwad u rrabjat għal mewt ta' Diana, il-familja Rjali ma lisnetx kelma. Bosta kkritikaw lir-Reġina u sejħulha "mara bla qalb" u "bla emozzjoni." Kien hemm min mar fl-estrem li weħħel il-mewt ta' Diana fuq ir-Reġina u saħansitra bdiet xniegħa li l-Familja Rjali qabdet lil xi ħadd sabiex jagħmel sabotaġġ mill-karozza tal- Prinċipessa. Eventwalment il-Familja Rjali marret lura l-Ingilterra, ġurnata qabel il-funeral. Ir-Reġina indirizzat lil poplu f 'xandira fejn minflok qrat mill-ittri u l-karti bħal ma' għamlet fil-ħamsin sena ta' qabel, qalet dak li kellha f 'qalbha. Għalkemm serja għall-aħħar, il- kisra fil-vuċi tagħha instemat u bil-mod qalet: "Se nkellimkom bħala r-Reġina tagħkhom imma wkoll bħala nanna... ħadd mhu se jinsieha lil Diana." L-għada sar il-funeral u s-subien William u Harry bdew iħossuha bi tqila biex jimxu wara t-tebut. Iżda nannuhom qallilhom, "jekk timxuha, nimxiha magħkom." Żamm kelmtu u l-prinċep Filippu mexa magħhom mill-Palazz ta' Kensington għal Westminster Abbey f 'Londra. Dan kien ġest imprezzabli għall-poplu. Wara r-Reġina niżlet flimkien ma' żewġha quddiem il-palazz biex tara t-tiiriet li ħallew in-nies u dan għal poplu fisser ħafna. Tkompli f'pagni 4 u 5... Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa estensiva lejn uħud mill-akbar kontroversji tal- Familja Rjali u kif r-Reġina Eliżabetta II kien irnexxielha tegħleb kull waħda minn dawn l-isfidi, li ħafna drabi rriżultaw fi kritika qawwija lejha...