Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Ir-Reġina Elizabetta II 1926-2022 Mit-traġedja f'Aberfan sal-kontroversji Tkompli minn Paġna 3 Sbieħ filgħodu tal-21 ta' Ottubru 1966, fir-raħal ta' Aberfan fil-qalba tan-nofsinhar ta' Wales, in-nies reġgħu sabu ma' wiċċhom xita qalila bla waqfien bħalma kien ilu għaddej għal ġimgħa sħiħa. It-tfal telqu mis- sħana ta' darhom u t-tgħanniqa ta' ommhom u mxew t-toroq mċajpra sabiex imorru l-iskola. Pantglas Junior School, fetħet il-bibien għal 240 student, u wara t-talb ta' filgħodu kollha sabu posthom wara l-bank tal-klassi eċitati biex f 'nofs in-nhar joħorġu għal vaganzi ta' nofs is-sena. Fil-quċċata tar-raħal, kien hemm il-minjiera ta' Merthyr Vale. Miuħa fl-1869, il-minjiera kienet waħda mill-it li baqgħet għaddejja anke fit-Tieni Gwerra Dinjija sabiex tagħti l-enerġija lill- Ingilterra kollha. Sal-1966, l-industrija tal-faħam kienet ilha qed tfalli minħabba li ż-żejt kien qed jiġi preferut u fil- fatt bosta minjieri kienu għalqu. Madankollu, f 'Aberfan, il-minjieri baqgħu għaddejjin u fil-fatt kienu qed jipprovdu xogħol għal 800 raġel li jaħdmu kuljum ħlief biex imorru l-quddies tal-Ħadd. Issa meta wieħed iħaffer, il- materjal żejjed jwarrbu mal-ġenb sakemm ikollok bħal muntanja ta' ħamrija, faħam u ilma. Kull minjiera kien ikollha minnhom u n-nofsinhar ta' Wales kien kważi magħmul biss b'dawn il-muntanji. Il-Bord Nazzjonali tal-Faħam (NCB) kien ilu jirċievi ilmenti fuq muntanja partikolari f 'Aberfan, il- muntanja numru sebgħa. Mibdija fl-1958, din kienet laħqet għoli ta' 34 metru, kważi 10 sulari. Fis-7:30.a.m il-ħaddiema indunaw li l-muntanja bħal donna "għerqet" fiha nnifisha b'sitt metri, bil-mod bdiet titla' 'l fuq u f 'daqqa waħda bħal splodiet bħal vulkan. Li kieku dan kollu seħħ imqar 20 minuta qabel, jaf forsi l-imwiet kienu ħafna inqas, iżda ġara li l-iskola ċediet f 'temp ta' sekondi taħt il-fdalijiet tal-muntanja numru sebgħa. Tant kemm ġara kollox f 'daqqa li lanqas ċans għal telefonati jew qniepen ma kien hemm, l-iskola ma kien baqa' xejn minnha ħlief bricks aħmar u faħam iswed. Il-ħaddiema, l-għalliema, il- ġenituri, u tfal oħra infexxew iqallbu fil-fdalijiet iffitxu lil sħabhom u lil uliedhom. B'nitfa tama kull darba li jsibu xi żigarella ħamra ta' ċkejkna żgħira, baqgħu iffitxu sakemm irnexxilhom isalvaw 124 tifel u tifla filwaqt li l-kadavri mexxewhom għal ġo kappella fil-viċin. Filwaqt li r-Reġina ġiet infurmata bit-traġedja it wara li seħħet, hija stenniet tmint ijiem biex iżżur Wales, dewmien, li jingħad li jiddispjaċiha immens dwaru. Ir-raġunament tagħha, skont il-bijografija tagħha stess, kien il-biża li ttellef mill- operazzjoni sabiex jinstabu il- vittmi. Iżda Prinċep Filippu mar qabilha jżur iż-żona u hemm qalbha ħabritha li żbaljat. Nies li kienu hemm meta marret fid-29 ta' Ottubru, jirrakontaw kif ir-Reġina niżlet fit-tajn bit- takkuna u bkiet mal-ommijiet. Dan kien l-ewwel u it mill- uniċi mumenti li r-Reġina dehret tibki fil-pubbliku, u għalhekk in-nies indunaw li ġenwinament iddispjaċiha. Wara l-inċident, ir-Reġina żaret Aberfan erbgħa darbiet tul ħajjitha. 'Il-Familja Rjali ma titgħallem qatt!' – Is-saga ta' Harry u Meghan Jekk hux għax telaq jiġri għarwien ħuta ġewwa Las Vegas jew inkella għax xtara mutur bil-moħbi, it-tifel iż-żgħir tal- Prinċipessa Diana, Harry, kien dejjem issib ruħu f 'xi kontroversja. Iżda, bosta jemmnu li l-imħabba bejnu u bejn Meghan Markle, attriċi Amerikana, ma kellhiex tkun kontroversja mill-bidu u li l-Familja Rjali qatt ma tgħallmet mill-iżbalji tagħha stess. Harry u Meghan iltaqgħu l-ewwel darba fl-2016, u jingħad li l-mument li bdew joħorġu flimkien, it-tnejn kienu jafu li "huma għal xulxin." Meghan ammetiet mal- ġurnali li bħala Amerikana, lanqas biss kienet taf x'isir fil-Familja Rjali, għaliex qegħda hemm jew inkella kemm hi importanti. Ftit xhur wara, Harry laqqgħaha ma' missieru Karlu u ġie diskuss bejniethom il-futur tar-relazzjoni. Minkejja l-Uffiċju tar-Reġina ma għamilhiex uffiċjali, ir- relazzjoni bejniethom bdiet tiġbed l-attenzjoni u Meghan sabet ruħha f 'mewġ ta' abbuż mill-pubbliku. Dan l-abbuż sar minħabba li Meghan hija mara Amerikana, ta' karnaġġjon iswed u ddivorzjatha darbtejn. Ir-relazzjoni baqgħet għaddejja u min-naħa tiegħu Prinċep William offra l-appoġġ lil ħuħ f 'dan iż-żmien diffiċli. Il-koppja daħlu fl-għerusija fl-2017 u żżewġu fil-Kappella ta' San Ġorġ fil-Palazz ta' Windsor fl-2018. Tajjeb ngħidu li l-Milied qabel it-tieġ, Meghan kisret il-protokolli Rjali, bl-approvazzjoni tar-Reġina wara li din stednitha tqatta' l-Milied magħhom f 'Sandrigham. Intant, il-Milied ta' wara bdew xnigħat li hemm il-ġlied bejn il- koppja l-ġdida u l-Familja Rjali wara li Meghan inqabdet tqila bl-ewwel wild. Għalkhemm il- koppja bdew jidhru fuq btali f 'isem il-Familja Rjali, kien vera beda' jinħass bħal distanza bejn il- koppja u l-Familja. F'Jannar tal-2020, il-koppja ħabbret li se tieħu pass lura mill- Familja Rjali u se jibdew jaħsbu għal rashom. Huma xtraw villa f 'Kalifornja fejn marru joqgħodu ma' binhom Archie. F'intervisti iktar tard, Meghan qalet li tilfet l-ewwel tarbija, illi għaddiet minn problemi ta' saħħa mentali u l-Familja Rjali bdew jinkwetaw fuq il-kulur tal-ġilda tat-tfal tagħhom għax "beżgħu li jiġu skuri bħalha." Ir-Reġina nnifisha ċaħdet nofs l-akkużi tal-koppja filwaqt li żiedet tgħid li problemi bir-razza tat-tifel "ġew indirizzati fil-privat." Skont Meghan, l-inkwiet pero' qalgħu Prinċep Karlu għax ma riedx "neputijiet suwed," iżda l-mument li Archie ħareġ b'xagħru oranġjo, "Karlu nesa' kollox." Din il-firda infirxet tant li Harry u William ukoll iġġieldu. Din il- firda baqgħet tissaħħaħ u lanqas il-mewt ta' nannuhom Filippu ma affetwahom. Għalkemm Harry mar għal funeral u mexa' ma' ħuħ wara t-tebut, kienu jidhru skomdi u nies fil-palazz irrakontaw kif wara it minuti Xellug: Ir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu f 'Aberfan Fuq: Il-Prinċep Harry u martu Megan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022