Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 Ir-Reġina Elizabetta II 1926-2022 sal-kontroversji li daħal fihom il-Prinċep Harry Kont taf li r-Reġina Eliżabetta II... • Ir-Reġina Eliżabetta II hija l-iktar waħda li damet fuq it-tron. Kienu appuntati u servew 15 il-Prim Ministru fir-renju tagħha, inkluż Winston Churchill li għalkemm fil-bidu ma kienx jafdaha ħafna, biż- żmien sar iħobbha daqs bintu. • Eliżabetta hija l-unika persuna fl-Ingilterra li setgħet issiefer bla passaport u ssuq mingħajr liċenzja tas-sewqan. • Minkejja l-ilbiesi sbieħ, l-eleganza liema bħala u l-protokolli li jiġu mat-titlu ta' Reġina, Eliżabetta kienet tħobb tilgħab football fil-ħamrija, ittellaq il-ħamiem u ittellaq biż-żwiemel. L-ewwel żiemel tagħha kien jismu 'Peggy'. • Ir-Reġina kienet parti mit-Tieni Gwerra Dinjija, fejn ħadmet bħala sewwieqa tat-trakkijiet u anke bħala mekkanik. Fil-fatt 'il quddiem ħalset għal- libsa tat-tieġ bil-kupuni tal-gwerra. • F'ħajjitha r-Reġina rabbiet 30 kelb, kollha tar- razza Corgi. Kien hemm żmien li fil-Palazz kellha disat iklieb fl-istess waqt u kollha kemm huma kienu jġibu ruħhom tajjeb. • Eliżabetta ma setgħetx tmur skola bħal studenti oħra u minflok kienet tiġi mgħallma l-protokolli Rjali, l-kostituzzjoni u l-istorja minn età żgħira. Meta laħqet Reġina bdiet tħoss li hija 'injoranta' f 'numru ta' suġġetti u ta' età kbira bdiet tistudja l-lingwi, il-matematika, u l-ġrajjiet kurrenti. • Eliżabetta kienet minn tal-ewwel li għamlet l-ewwel messaġġ tal-Milied, l-ewwel dokumentarju fuq il-Familja Rjali imma wkoll l-ewwel mixja Rjali. Hija ħasset li riedet tifhem lin-niesha aktar u dan ma setgħetx tagħmlu billi tibqa' msakkra fil-palazz. Fil-fatt kien fl-1970, meta r-Reġina abbandunat il- karozza u mxiet qalb in-nies, teħodilhom b'idejhom u tkellimhom. Xi ħaġa li qabel kienet kważi skandlu iżda issa qed jagħmilha diġà ir-Re Karlu. • Hija iltaqgħet ma' Filippu meta kellha biss tmien snin u hu kellu 13-il sena fit-tieġ tal-Prinċep George (iz-ziju ta' Eliżabetta) u l-Prinċipessa Marina (kuġina ta' Filippu). Eliżabetta u Filippu allura kienu kuġini terzi. Meta Filippu kellu 18- il sena, beda jikteb lil Eliżabetta ta' 13-il sena. Seba' snin wara, kienu għarajjes. • Ir-Reġina kienet magħrufa għal ħwejjeġ b'kuluri vibranti. Meta mistoqsija għaliex tilbishom, hija kienet tispjega li kienu jaqilgħuha mill- kumplament tal-folla u b'hekk in-nies jarawha mal-ewwel. • Ir-Reġinà qagħdet parrina lill- iktar minn 30 tifel u tifla, inkluż għal ħu l-Prinċipessa Diana, Earl Spencer. bdew jisimgħuhom jiġġieldu. Imma wara l-maltemp jiġi l-bnazzi, u kellu jkun l-anniversarju mill-mewt ta' ommhom illi jgħaqqadhom. Filwaqt li dehru "differenti" meta kixfu l-monument ta' ommhom Diana, l-aħwa dehru wkoll jikkunslaw lil xulxin. Ir-relazzjoni baqgħet tiġi għall- aħjar bil-mod, u fil-fatt Harry semma lit-tifla tiegħu Lilibet Diana, l-isem ta' nanntu u ommu flimkien. Dan kien ġest li ntlaqa' tajjeb min-nies u allura r-Reġina għamlitha punt li l-koppja terġa' tmur taraha, sabiex tara liċ-ċkejknin. Għan-nies dan wera' li l-Familja Rjali għad baqalha x'titgħallem iżda li r-Reġina hija umana wkoll u bħala nanna nsiet id-diffikultajiet kollha li miegħu ġab Harry, basta jkun magħqud magħha. Dan l-istess sentiment Harry qal li ħassu fil-mewt ta' ommu, meta r-Reġina kienet qed taqla' kritika ħarxa għax ma marritx l-Ingilterra iżda skont William u Harry, ir-Reġina dakinhar neżgħat il-kuruna għal darba f 'ħajjitha u kienet biss nanna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022