Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
11 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 Jekk il-kalkolu inħadem għal €10, Għall-futur imma lesti nitkellmu...' la bonus... xejn... jew għallinqas uħud minnhom ma għandhom xejn!" Huwa qal li din is-sitwazzjoni hija frott il-fatt li wħud minnhom lanqas biss huma meqjusin impjegati imma self employed u jitħallsu bil-Commission. "Qed ngħafsu biex din ir-realtà tinbidel, għax is-sitwazzjoni qed tintilef mill- kontroll," qal Bugeja. Filwaqt li l-gazzetta taqbel mal- argumentazzjoni ta' Bugeja fuq il-ħaddiema tal-pjattaforma, tfakkru illi filwaqt li f 'dan il-pajjiż hawn klassi ta' ħaddiema li - skont hu - jaqilgħu €2.66 kull siegħa, hemm klassi oħra ta' ħaddiema li għax il-linja nazzjonali mhux sejra tajjeb se jitħallsu eluf kbar f 'retirement scheme, kull wieħed. Dan ġust? Kien hemm min sejjaħ il-ehim bejn il-Gvern u l-ħaddiema tal-Groundhandling bħala "l-aktar ehim oxxen fl-istorja tar-relazzjonijiet industrijali. Kif iwieġeb? U l-Gvern iltaqa' mal-GWU biex jiddiskuti l-futur tal-Air Malta? "Le għadna ma ltaqjniex u l-Gvern għadu ma kellmniex," beda jispjega Bugeja. Kienet din il-gazzetta li żvelat illi l-GWU kienet talbet sabiex tiltaqa' mal-Ministru wara rapporti li l-Gvern għandu pjani lesti biex jagħlaq l-Air Malta. Huwa qal li l-Gvern informa lill-unjin li għalissa qed jistenna li jiġu indirizzati problemi li għad hemm mal-piloti. Dwar l-iskema ta' rtirar Bugeja fakkar illi kien fi Frar li għadda illi l-unjin innegozjat pakkett mal-Gvern sabiex il-ħaddiema tal- Ground Handling - li huma fil-maġġoranza qawwija ħafna tagħhom membri tal-GWU u li jgħoddu madwar 300 - ikollhom l-impjieg u anke d-dħul kurrenti garantit. Kompla jispjega illi "minn kullimkien" bdew ġejjin talbiet għal skemi ta' rtirar ukoll u dawn kienu miżjuda ma' dak li kien innegozjat. "Dawn l-iskemi huma marbutin mas- snin ta' servizz u anke s-snin li ħaddiem għad fadallu jaħdem. Hemm golden handshake? Iva, għal min għamel 25 sena ta' servizz. Minkejja dan, l-priorità tibqa' li l-ħaddiema jkollhom impjieg alternattiv." Jemmen li l-linja nazzjonali ġiet użata għal skopijiet politiċi u kien dan li wassal biex ġiet iex ġiet? Bugeja ma jweġibx dwar dan il-punt partikolari imma jitfa' t-tort fuq dik li jsejjaħ "kompetizzjoni ħarxa" mil-linji tal-ajru low cost. "Biżżejjed tħares lejn is- sehem li l-Air Malta għandha u kemm dan naqas minħabba l-low cost. Imma allura nimmiraw li nnaqqsu l-kundizzjonijiet biex inkunu kompetittivi? Le. Għandna nimmiraw għall-kwalità u l-effiċjenza." Bugeja fakkar illi l-Air Malta ġġorr il- merkanzija, xi ħaġa li Ryanair ma tagħmilx u li tiswa' l-flus għall-kumpanija. Qal ukoll iżda li l-kumpanija hemm bżonn taġġorna għar-realtajiet tal-lum. Finalment dwar l-linja nazzjonali Bugeja qal illi l-ħaddiema tal-ground handling kienu mweġġgħin għal mod kif ingħatat l-impressjoni li mhumiex tajbin f 'xogħolhom wara snin ta' dedikazzjoni. Proposta: Mhux aktar minn 20% tal- ħaddiema li jkunu tal-kuntrattur U finalment nitkellmu it dwar ix- xogħol. Vera hawn rata ta' qgħad baxxa. U veru wkoll li il-qgħad baqa' dejjem baxx fl- aħħar snin. Imma qed jiġu eluf ta' ħaddiema barranin biex jagħmlu xogħlijiet li ma hawnx biżżejjed Maltin biex jimlewhom - u dan hu tajjeb - imma imbagħad l-unjins qed jaraw li ma jsirx abbuż? Qed jaraw li mhux inġibu l-ħaddiema, inħaddmuhom bla drittijiet u bil-karawett u bil-konsegwenza titkisser l-istruttura tal-pagi? Huwa jibda billi jfakkar li Malta hawn madwar 60,000 persuna barranija f 'impjieg u jagħmilha ċara: "Aqtagħhom u ara min se jagħmel dak l-impjieg. Ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom. Imma minn naħa l-oħra, iva, ma għandux ikun hemm l-abbuż. Għandu jinqata' l-abbuż u jkun hemm paga ugwali għal xogħol ugwali għal kulħadd," jisħaq Bugeja. Huwa qal li - mill-ġdid - dan l-unjins jistgħu jaċċertawh biss meta l-ħaddiema jkunu organizzati f 'unjin, xi ħaġa li dawra ma' Malta turik li ħafna mhumiex tirrimarka l-ILLUM. Huwa qal iżda li l-unjin taf b'abbużi li saru, speċjalment waqt il-pandemija, fosthom nies li jitkeċċew b'sms, ħaddiema li qalulhom illi l-Wage Supplement kien jinkludi l-bonuses, meta ma kienx minnu u anke ħaddiem li weġġa' u ntefa' bejn ħajja u mewt fuq il-bankina. Huwa kompla jgħid li huwa importanti li naraw li ħafna mill-impjiegi ma jispiċċawx ikunu dawk mal-kuntrattur, fejn ħafna drabi dawn ma jkunux jitħallsu l-istess daqs dawk li jkunu "tal-post." Huwa qal kif anke fil-manifattura hemm sitwazzjonijiet fejn żewġ persuni qed jagħmlu eżatt l-istess xogħol, u xi ħadd jitħallas bit-€3 u ħaddieħor bil-€1. L-ILLUM tfakkar: Il-Gvern preżenti ilu jwiegħed li se jagħmel xi ħaġa. Allura minn kliemek ma tantx jidher li għamel! Mhux hekk? Bugeja jippreċiża li fejn jidħlu ħaddiema tal-Gvern saret ħidma, fis-sens li l-ħaddiema qed jingħataw l-istess rata bażika u issa ddaħħal l-istess ħlas għall- Ħdud. "Imma fil-privat, xejn. Ħaddiem tal-kuntrattur jingħata l-minimu li titlob il-liġi." Għalhekk il-GWU qed tipproponi li jew ikun estiż il-kunċett tal-paga ugwali għal xogħol ugwali kullimkien jew inkella li jkun hemm capping ta' 20% fuq kemm kumpanija tkun tista' tħaddem persuni li jkunu tal-kuntrattur. "Min iħaddem qed jgħajjat li ma hawx biżżejjed ħaddiema imma mbagħad meta tistaqsihom biex jimpjegaw magħhom, jgħidulek li minflok jippreferu jimpjegaw nies tal-kuntrattur. Dawn il-karrieri li rridu noħolqu bħala pajjiż?" Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union Josef Bugeja temm l-intervista jistaqsi: "Għaliex il-pagi għandhom ikunu differenti jekk huwa l-valur tax-xogħol li jiddertermina d-dħul?"