Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
18 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU • illum Miljun ewro kuljum I s-sussidji li qed jitħallsu mill-kaxxa ta' Malta għall-pet- rol, dijżil u elettriku huma sostanzjali. Sa nofs Lulju anke d-dijżil użat minn inġenji kbar tal- baħar kien issussidjat! Permezz ta' avviż legali, effettiv mid-29 ta' Lulju il-Ministeru tal-Finanzi waqqaf dan is-sussidju, u għamel tajjeb. Din il-bidla, bl-eliminazzjoni tas-sussidju tad-dijżil u petrol għal inġenji kbar tal-baħar kienet pass tajjeb 'il quddiem biex ma jibqgħux jintużaw fondi pubbliċi fuq sussidji li la kienu meħtieġa u lanqas ma kienu ġustifikabbli. Is-sussidji li preżentement huma użati għall-petrol, dijżil u l-elettriku jeċċedu l-miljun ewro kuljum. Fil- fatt huma qrib il-miljun u nofs ewro (€1,500,000) kuljum. Il-Prim Ministru, Robert Abela, f 'dawn il-ġranet qal li mhux faċli li tillimita s-sussidji biex l-għajnuna ma tispiċċax għand min għandu l-mezzi, inkella għand min jaħli. Naqblu perfettament li qatt mhu faċli tieħu dawn id-deċiżjonijiet. Speċjalment meta jkun meħtieġ li taqta' l-benefiċċji lil min m'għandux ħtieġa għalihom! Hu possibli li nikkunsidraw bis-serjetà t-tnaqqis tas-sussidji għall-petrol, dijżil u elettriku biex ikunu jistgħu jintużaw biss minn min jeħtieġhom. Dan it-tnaqqis jassigura li jkun hemm ferm iktar fondi għal dawk li verament għandhom bżonn. Miżura bħal din tnaqqas il-ħtieġa li tkun indirizzata l-ispiża għall-edukazzjoni jew għal xi qasam jew proġett ta' utilità biex tagħmel tajjeb għas-sussidji. It-tnaqqis fl-ispiża għall- edukazzjoni universitarja, kif qed jippjana li jagħmel il-Gvern bi tnaqqis fil-fondi għall- Università hu kastig indirizzat lejn il-ġenerazzjonijiet futuri. Il-ġenerazzjonijiet futuri huma diġa mgħobbija bid-dejn pubbliku akkumulat, b'riżorsi naturali li kważi spiċċaw u b'wirt nazzjonali li qiegħed kontinwament taħt assedju. M'għandniex nagħmlu l-affarijiet agħar milli diġa huma! Is-sussidji eżistenti jistgħu jonqsu iktar. Is-sussidji fuq il-petrol u d-dijżil jistgħu jonqsu sakemm gradwalment jinġiebu fix-xejn. Dan iwassal għal benefiċċju addizzjonali, ta' inqas karozzi fit-toroq, u dan billi żieda fil-prezz tal-petrol u d-dijżil inevitabilment tikkawża ċaqlieqa lejn użu ikbar tat-transport pubbliku. Irridu fuq kollox niakru li numru sostanzjali tal-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati huma għal distanzi qosra. Dan ġie emfasizzat ukoll mill-iStrateġija Nazzjonali tat-Trasport li tgħid li 50 fil-mija tal-vjaġġi bil-karozzi privati fil-gżejjer Maltin huma għal distanzi qosra li jieħdu inqas minn ħmistax- il minuta. F'dawn iċ-ċirkustanzi, t-trasport pubbliku jista' joffri alternattiva raġjonevoli. Iktar u iktar issa li minn Ottubru ser ikun bla ħlas! Jeħtieġ imma li jkun effiċjenti, jżomm il- ħin, dejjem, u jilħaq l-ikbar numru possibbli ta' lokalitajiet f 'kull ħin. Dan għandu jinkludi servizz ridott imma effiċjenti matul il-lejl. F'dawn iċ-ċirkustanzi, it-tnaqqis tas-sussidju fuq il-petrol u id-dijżil hi l-aħjar għażla li tista' issir. Imbagħad ikun jinħtieġ li jkunu indirizzati b'mod dirett l-impatti ta' dawk is-setturi ekonomiċi dipendenti fuq il- petrol u d-dijżil. Dawn jeħtieġu għajnuna diretta u iffokata li tindirizza l-impatti ta' din id- dipendenza. Konsiderazzjonijiet simili għandhom japplikaw għas- sussidji li preżentement japplikaw għall-konsum tal- elettriku. Il-konsum domestiku bażiku tal-elettriku għandu jibqa' jkun issussidjat. Imma lil hinn minn dan il-konsum bażiku, anke hawn hu ġustifikat li tkun ikkunsidrata għajnuna iffukata u mfassla għas-setturi ekonomiċi differenti. Dan jagħmel ferm iktar sens milli jkun issussidjat il-konsum kollu bla limitu. Għandha tibqa' prijorità l-għajnuna li twassal għall- ġenerazzjoni u użu ikbar ta' enerġija rinovabbli. Hemm ħtieġa ta' sforz ikbar biex tkun iġġenerata enerġija solari permezz ta' użu iktar effiċjenti tal-bjut tal-bini pubbliku kif ukoll, fejn dan hu possibli, tal-ispazji miuħa. Flimkien ma investiment ikbar fit-titjib meħtieġ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku dan jista' jnaqqas l-impatt ta' din il-kriżi enerġetika fuq il-pajjiż b'mod sostanzjali. Li ngħinu li dawk li għandhom ħtieġa, tibqa' prijorità. Imma l-għajnuna li tingħata għandha tkun waħda li tkun sostenibbli. In-nefqa ta' miljun euro kuljum fuq sussidji (probabbilment ferm iktar) definittivament mhux sostenibbli. Il-futur niffaċċjawh b'serenità permezz ta' viżjoni sostenibbli. Dan jaqbel u hu fl-interess ta' kulħadd. Kemm fl-interess tal- ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll fl-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri. L-għażliet li għandna quddiemna mhumiex faċli. Hu biss jekk nagħrfu nidentifikaw il-prijoritajiet tagħna bil-għaqal li nistgħu nkunu f 'pożizzjoni li nħejju futur sostenibbli. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Għandha tibqa' prijorità l-għajnuna li twassal għall-ġenerazzjoni u użu ikbar ta' enerġija rinovabbli. Hemm ħtieġa ta' sforz ikbar biex tkun iġġenerata enerġija solari permezz ta' użu iktar effiċjenti tal-bjut tal-bini pubbliku kif ukoll, fejn dan hu possibli, tal-ispazji miftuħa