Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 YENDRICK CIOFFI "Ieqaf, ħares f 'għajnejn il- persuna u oqgħod attent għall- messaġġi li tgħaddi." Dawn huma tliet affarijiet sempliċi li kulħadd huwa kapaċi jagħmel imma li jistgħu jsalvaw il-ħajjiet. Hekk saħaq mal-ILLUM il- Psikjatra Mark Xuereb li jmexxi l-Crises Team li jaħdem biex jgħin u anke jqajjem kuxjenza dwar is-suwiċidju. Fix-xahar li fih titqajjem kuxjenza dwar is-suwiċidju, din il-gazzetta tkellmet ma' Xuereb, b'mod partikolari dwar l-irwol li l-midja tista' tilgħab, anke għax is-suwiċidju għadu tema li kważi kważi, kulħadd jibża' jitkellem dwarha. Xuereb insista li huwa importanti li wieħed jitkellem fuq is-suwiċidju u għalhekk li jkun hemm "ġemelaġġ" bejn il-midja, l-esperti li jaħdmu fil-qasam tas- saħħa mentali u dawk membri fil- Crises Team. Fi kliemu, il-midja tista' tkun parti importanti minn dan it-tim. "Dan kien punt importanti li jiena tkellimt ħafna dwaru anke fl-istrateġija li jiena kont ippreżentajt lill-Gvern," qal Xuereb. Spjega kif hemm żewġ effetti li jista' jkollha l-midja. Wieħed jissejjaħ 'Werther Effect,' wara isem ta' awtur Ġermaniż li kiteb Rumanz, fis-seklu 18, li kien jitratta s-suġġett tas-suwiċidju. Meta dan ir-rumanz kien ippubblikat, anke minħabba d-dettalji li ta, kien wassal biex żdiedu s-suwiċidji fil-Ġermanja. Dawn jissejħu 'copycat suicides.' It-tieni effett jissejjaħ 'Papageno Effect.' Papageno huwa karattru f 'The Magic Flute, opera li kiteb Mozart. Papageno kien tilef l-imħabba u ħaseb li l-uniku triq għalih huwa s-suwiċidju sakemm tliet karattri oħra juruh li hemm toroq oħra kif isolvi l-problemi tiegħu. 'Il-midja ġieli salvat ħajjiet ... għandu jkun hemm linji gwida' "L-istess effetti jista' jkollha l-midja. Il-Professur Keith Hawton, espert kbir f 'dan il- qasam, jgħid ċar u tond li jekk il- midja tgħaddi messaġġi pożittivi, twarrab is-sensazzjonaliżmu, ma tatix dettalji żejda fejn jidħlu każi ta' suwiċidju u tfittex kummenti mingħand l-esperti u l-professjonisti, tista' tkun strumentali biex issalva l-ħajjiet. Il-midja tista' ttellef imma tista' tgħin ukoll. Il-midja tista' tkun membru ta' dan it-tim u kien hemm mumenti fejn il-midja salvat il-ħajjiet ukoll." Kien hawn li Xuereb insista li għandu jkun hemm linji gwida ċari għall-midja dwar ir- rapurtaġġ tas-suwiċidju, l-istess kif għandhom kumpaniji kbar tal- aħbarijiet, bħall-BBC u s-CNN. '1,000 persuna f 'Malta jipprovaw iwettqu s-suwiċidju ... 30 biss ineħħu ħajjithom' F'Malta, is-suwiċidju huwa realtà wkoll. Il-Psikjatra kkwota ċifri tal-Għaqda Dinjija għas- Saħħa li turi kif kull sena, f 'Malta jkun hawn 50,000 persuna li jaħsbu fis-suwiċidju, 1,000 persuna li jipprovaw jagħmlu suwiċidju u 30 li jneħħu ħajjithom. Xuereb spjega kif minn meta twaqqaf il-Crises Team fl-2010, ir-rata tas-suwiċidju f 'Malta naqqset minn 7.5 għal madwar 5.5 għal kull 100,000 persuna li tgħix f 'Malta. Dan ifisser li r-rata tas-suwiċidju f 'Malta hija fost l-inqas fid-dinja. Fi kliem Xuereb il-Crises Line miuħ 24 siegħa kuljum, il-kampanji u anke servizzi oħra qed iħallu l-effett. "L-għan tagħna huwa li tiġi sena u ħadd ma jagħmel suwiċidju. Mhijiex xi ħaġa impossibbli għal Malta. Anke suwiċidju wieħed huwa ħafna. Wara dik il-persuna, hemm familji, kollegi u ħbieb." B'sens ta' sodisfazzjon, Xuereb qal li mill-2010, il-Crises Team irċieva 79,000 telefonata, 52,000 messaġġ u 10,000 email. "L-aktar ħaġa importanti huwa li salvajna 400 ħajja." Persuni f 'minoranza jew imwarrba jistgħu jkunu aktar f 'riskju Fl-aħħar ġimgħat, l-ILLUM irrapportat dwar is-solitudni f 'Malta u kemm dan is-sentiment qed jiżdied. Kien għalhekk li staqsiet lil Xuereb jekk hemmx rabta bejn is-solitudni u r-rata ta' suwiċidju. Il-Psikjatra insista li n-nuqqas ta' "netwerks soċjali" u relazzjonijiet, jistgħu jaffettwaw. Fil-fatt, persuni li jkunu f 'minoranza, jew inkella jkunu emarġinati, jistgħu jkunu f 'riskju akbar. Fost dawn semma pereżempju minoranzi etniċi, ħaddiema barranin, persuni LGBTIQ u oħrajn. "Aħna għalhekk inżommu kuntatt kontinwu. Anke fi żmien il-Covid-19 bqajna nemmnu fil- kuntatt personali u konnha nilbsu minn kollox, basta mmorru għand in-nies. Il-kuntatt importanti speċjalment meta jkollok persuni li jbatu bid-dipressjoni u jkunu qed jirkupraw. F'dan iż-żmien, għax ikollhom aktar enerġija, hemm aktar ċans li jwettqu suwiċidju li forsi fuqu jkunu ilhom jaħsbu." 'Ma niflaħx aktar. Għajjejt. Ma rridx inkun piż...' L-appell ta' Mark Xuereb huwa biex kulħadd ikun attent għal ċertu sinjali li jistgħu jindikaw li persuna tkun qed tikkontempla suwiċidju. "Ieqaf, ħares f 'għajnejn persuna u tiddejjaqx tistaqsiha jekk taħseb li tkun qed tikkontempla li ttemm ħajjitha. Hekk tkun qed tneħħi l-istigma." Fi kliemu hemm sinjali li jistgħu jindikaw li persuna tkun qed taħseb fis-suwiċidju. "Ma niflaħx aktar. Għajjejt u għajjejt. Ma rridx inkun piż fuq ħaddieħor. Dawn kollha espressjonijiet li għandek toqgħod attent għalihom. Min ikun qed jippjana suwiċidju għandu tendenza li, pereżempju, jibda jqassam dak li għandu, iħallas xi dejn, iħalli noti etċ." Xuereb appella biex jekk xi ħadd jinnota dawn is-sinjali, ma jħallix lill-persuna waħedha u jitlob l-għajnuna. Bżonn ta' aktar prevenzjoni u riżorsi... Fi kliemu, fadal ħafna xi jsir ukoll. Semma l-bżonn ta' aktar edukazzjoni u għarfien biex persuna tiem x'inhu suwiċidju, x'inhuma r-riskji u x'tista' tagħmel. "Żagħżugħ neħħa ħajtu minħabba l-mod kif infermiera kkomunikat miegħu kundizzjoni sempliċi li kellu. Kellu xi ħaġa komuni li setgħet titfejjaq imma tant ħa xokk li mar u neħħa ħajtu. Kieku lil dik il-professjonista għallimniha kif għandha tikkomunika ċertu aħbarijiet, abbli konna nsalvawh." Tkellem fuq l-importanza tal- prevenzjoni u rabat magħha mill- ġdid l-edukazzjoni u l-kuxjenza dwar is-suwiċidju apparti affarijiet prattiċi, bħal pereżempju aktar miżuri fil-postijiet magħrufa għas-suwiċidju, aktar ħajja sana, aktar eżerċizzju u messaġġi aktar pożittivi. Appella wkoll għal aktar riżorsi, anke għall-Crises Team. "Illum infermiera tal-emerġenza wkoll għandna karozza li tuża f 'każ ta' emerġenza. Aħna ma għandux ikollna vettura simili biex nużawha f 'każi akuti? Il-Crises Team huwa l-ITU ta' dawn il-każi." 'Malli telqu jdejhom biex jaqbżu, indunaw li għamlu żball' Appella wkoll għal aktar għajnuna u servizzi ma' dawk il-qraba ta' persuni li jwettqu suwiċidju għax dawn ukoll ikunu f 'riskju akbar. L-istess għal dawk il- persuni li jkunu pprovaw jagħmlu suwiċidju, anke għax dawn għandhom x'joffru. "Persuni li pprovaw jagħmlu suwiċidju, imma salvaw, jgħidulna li malli telqu jdejhom biex jaqbżu, indunaw xi żball għamlu. Uħud ukoll qed ikunu parti mill-Crises Team." Fl-aħħar nett ħeġġeġ lil kulħadd biex iżomm għajnejh miuħa, jgħarraf lilu nnifsu għax fi kliem il- psikjatra, kulħadd jista' jkun parti minn dan it-tim li jsalva l-ħajjiet. Il-Crises Line jkun miuħ 24 siegħa kuljum. Għall-għajnuna ċempel fuq: 99339966 'Żagħżugħ neħħa ħajtu minħabba l-mod kif kundizzjoni sempliċi kienet ikkomunikata lilu' Ħadd ma għandu jiddejjaq jitkellem fuq is-suwiċidju anke għax l-għarfien jista' jwassal għal aktar prevenzjoni u biex aktar persuni jfittxu ħajjithom. Ftit attenzjoni għal dawk ta' madwarna tista' tagħmel id-differenza kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022