Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
15 kotba illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 Mark Vella ħerqan għall-Festival Nazzjonali tal- Ktieb iżda jagħti xi suġġerimenti għall-industrija tal-ktieb fi żmien ta' kriżi f'bosta setturi ekonomiċi kif ukoll għandha element ta' ġenerazzjoni ta' attività ekonomika lil hinn minnha, minħabba l-bosta servizzi differenti li jeħtieġ il-ktieb biex jinħadem. Is- suġġeriment għalhekk huwa li, minkejja l-issikkar neċessarju taċ- ċintorin, industrija żgħira iżda importanti bħal din tkun tista' tgawdi minn reviżjoni 'l isfel jew rati żero ta' ċertu taxxi u tariffi, bħal ngħidu aħna l-VAT fuq is- servizzi għas-settur tal-kotba u l-bosta setturi anċillari tiegħu, bħad-disinn, it-traduzzjoni, il- qari tal-provi u anki l-istess kitba, fejn jista' jkun hemm anki taxxa żero fuq l-ammonti għal darb'oħra relattivament żgħar maqlugħa mill-awturi bħala jeddijiet tas-self pubbliku, ħlasijiet ta' darba jew royalties. 4. Skemi għal intrapriżi kulturali u marbutin mal- pubblikazzjoni L-aspetti differenti tal- pubblikazzjoni, kif ukoll il- professjonijiet marbutin mal- produzzjoni jew mal-bejgħ tal-kotba, jistgħu wkoll igawdu minn skemi ta' start-up jew ta' żvilupp tan-negozju, anki fid-dawl tal-kontribut soċjali importanti tal-industrija, kif ukoll f 'sinerġija ma' fondi u impriżi u proġett artistiċi u relatati oħra. 5. Ġlieda kontra l-piraterija u abbużi oħrajn Tibqa' tiġi miġġielda l-kultura tal-fotokopjar, il-bejgħ second- hand jew bir-ribass, bis-saħħa ta' regolamentazzjoni aktar stretta kif ukoll edukazzjoni u infurzar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ftehimiet kuntrattwali xierqa bejn il-pubblikaturi u l-kittieba. 6. Konferenza Nazzjonali dwar il-Ktieb Malti Li x'aktarx qatt ma saret, u wasal żmienha, fejn nitkellmu b'mod ċar u b'mod skjett dwar ir- realtajiet tal-industrija, u nfasslu strateġija għall-ktieb li tkun pjan direzzjonali ċar għal fejn irridu naslu. Intant, nistieden lill- qarreja tagħna jkomplu jsegwu l-aħbarijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f 'dawn iż-żminijiet li se jkomplu jaġġornawna kulma jmur dwar l-attivitajiet u l-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022. John Boyne, il-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Iridu jinġabru l-atturi kollha fil-qasam tal-kelma: mit-traduttur u l-qarrej tal- provi sad-disinjatur u l-istampatur, u trid isseħħ azzjoni li tibda tinvestiga l-qagħda ta' dawn l-oqsma: mis- sigurtà finanzjarja u d-drittijiet u l-kundizzjonijiet, sal-assoċjaniżmu u l-unjinizzazzjoni, fost bosta ħwejjeġ oħra