Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
14 kotba IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Disinn għal arazzi Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dan it-titlu, poeżija ċelebri ta' Daniel Massa, ilu jakkumpanjani tul ħajti. Nużah, sew fil-kitba sew bejni u bejn ruħi, meta jasal il-waqt għall-bidla jew għad-deċiżjoni, mument fejn tkun wiżint dak li għandek quddiemek u tkun faqqast il-pjan li ġej. Il-poeżija ta' Massa fil-fatt tittratta l-mument storiku ta' Malta ħierġa mill-ħakma u l-kolonjaliżmu lejn era ġdida ta' ħelsien madankollu mimlija inkonjiti. L-arazzi ġodda donnhom il-manifesti spiritwali għal ċittadin u pajjiż ġdid, mod biex l-istorja jkollha biex u fejn tinkiteb. Jaf hemm bżonn manifesti ġodda anki għad-dinja tal-ktieb Malti. Meta nitkellmu dwar il- ktieb, madankollu, qed nitkellmu dwar artefatt kulturali, xi ħaġa li trodd it-tifsir, u għalhekk, minkejja li kommodità oħra, f 'sens ekonomiku, li tinxtara u tinbiegħ, għandha valur li jmur lil hinn minn dak monetarju u tolqot bosta aspetti, sew konkreti sew astratti, li huma indispensabbli għal xi forma ta' eżistenza soċjali. Lil hinn mill-karatteristiċi prattiċi tal-għarfien, l-edukazzjoni u l-kultura, huma r-reġistru, flimkien mal-arti kollha l-oħra, tal-umanità u ta' ħsusha. Imma dan kollu għalxejn. Il- ktieb huwa prodott bħall-oħrajn, li qed jikkompeti ma' kull ħaġa oħra konsumabbli. Iżda hija industrija li l-paradossalità tagħha trid tiġi rikonoxxuta: filwaqt li 'aħna tal-kotba' ma nistgħux noqgħodu nlumu lin- nies li ma jixtrux jew jaqraw xogħlijietna u jippreferu jikkunsmaw xi ħaġa oħra, fl- istess ħin l-amministrazzjoni tal-pajjiż trid xorta waħda tagħraf il-valur, lil hinn minn dak ekonomiku, tal-ktieb. U hawn jinħoloq il-bżonn urġenti ta' diskussjoni ġdida dwar fejn qegħdin, fejn sejrin u lejn fejn irridu mmorru. Iżda anki l-ħtieġa daqstant pressanti li nispjegaw aħjar min aħna u x'nagħmlu. Dawn il-ħsibijiet jiġuni f 'moħħi hekk kif smajt it- tħabbira reċenti tal-mistieden barrani speċjali għall-edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb li se jsir, bħal kull sena, f 'Novembru. Awtur ieħor magħruf, ta' kalibru u mibgjugħ, David Boyne tar- rumanz The Boy With the Striped Pyjamas, li anki sar film ċelebri: il-ġrajja ta' żewġt itfal fi żmien il-gwerra jħarsu lejn xulxin mill-barbed wire tal-kamp tal-konċentrament il-mifred bejn l-ikkalzrar u l-libertà. Ġrajja editorjali interessati u b'kontenuti qawwija li nittamaw li tattira għadd sabiħ ta' nies għad-diskussjoni dwarha. U kisba kbira oħra għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li żamm mat-tradizzjoni li jġib awtur magħruf kull sena, u li jagħmel minn kollox biex kull edizzjoni tkun akbar u aħjar mill-oħra. Il-Festival huwa mistenni mill-komunità tal-kotba: mill- qarrejja u l-awturi, imma wkoll mill-pubblikaturi u l-bejjiegħa. Xi kultant iebsa taqbeż għal kollox lil hinn mill-idea antika tal-Fiera, fejn tara x'tagħmel biex tbigħ daqsxejn aktar mis- soltu, għall-idea tal-Festival li timplika ċelebrazzjoni wisq usa' u ambizzjuża. Madankollu, l-industrija tal-ktieb hija, bla tlaqliq, industrija fi kriżi, mhux biss f 'Malta imma f 'ħafna partijiet tad-dinja, kif ukoll tgħaddi mill-istess diffikultajiet preċiżi li jgħaddu u qed jgħaddu minnhom setturi oħrajn. Setturi li lkoll qalgħu d-daqqiet tal- Covid, il-gwerra tal-Ukrajna, u ż-żieda attwali fl-inflazzjoni. Fis-settur tal-ktieb, din qed tidher l-aktar fiż-żieda tal- prezz tal-karta, li għalhekk eventwalment tgħaddi lill- konsumatur bħala prezz ogħla tal-ktieb, apparti l-ispejjeż ġeneralment insostenibbli għal min jipproduċih. Hija sfida li rajna wkoll li qed tolqot kull tip ta' negozju ieħor, speċjalment fejn tidħol il-materja prima u l-importazzjoni minn barra. U naħseb li hawn għandna każ fejn l-industrija tal-kotba fl- aħħar tassew għandha argument ekonomiku tanġibbli, u tista' wkoll tingħaqad ma' setturi oħrajn li għandhom weġgħa komuni. Bl-istess mod, nemmen li min jaħdem fil-kotba għandu jfittex alleanzi ma' negozjanti oħrajn u assoċjazzjonijiet diversi: anki fiż-żmien tal- Covid, kien hemm istanzi fejn il-kotba u l-professjonijiet assoċjati magħha ntesew jew ġew miftakra tard, wara l-pressjoni neċessarja, fil-każ tas-supplimenti għall-paga u għajnuniet oħra. Għalhekk, fl-istennija għall- avveniment li jgħaqqad id- dinja tal-ktieb Malti, u fid- dawl tal-kriżijiet oġġettivi li qed jiffaċċjaw bosta negozji u setturi, dawn huma l-ewwel ftit pinzellati għal kif nara l-arazzi ġodda fid-dinja diffiċli li qed ngħixu fiha bħalissa. 1. L-industrija tal-kotba tingħaqad, fiha nfisha u mal- oħrajn Filwaqt li jingħarfu l-għanijiet komuni tal-industrija, iridu jsiru konnessjonijiet aħjar sew bejn l-elementi differenti tal-industrija sew ma' setturi ekonomiċi differenti li madankollu jafu qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet komuni. Iridu jinġabru l-atturi kollha fil-qasam tal-kelma: mit- traduttur u l-qarrej tal-provi sad- disinjatur u l-istampatur, u trid isseħħ azzjoni li tibda tinvestiga l-qagħda ta' dawn l-oqsma: mis- sigurtà finanzjarja u d-drittijiet u l-kundizzjonijiet, sal- assoċjaniżmu u l-unjinizzazzjoni, fost bosta ħwejjeġ oħra. 2. Tiġi indagata l-anomalija tad-distribuzzjoni u l-monopolji Anomalija storikaekonomika Maltija fissret daqqa kważi mortali għal kull idea ta' ħanut tal-kotba indipendenti, kif ukoll distributuri li huma wkoll pubblikaturi jew sidien ta' ħwienet, bil-konsegwenza ta' monopolji li jgħollu l-prezz tal-ktieb, jitfgħu piż fuq il- pubblikaturi u l-awturi, u mhux bilfors jiggarantixxu l-kwalità meħtieġa fit-tqassim u l-pubbliċità meħtieġa. Minkejja li din frott kif żviluppa b'mod partikolari ħafna s-suq, hija xorta waħda l-akbar problema fuq fomm minn jaħdem fil-kotba, u hemm bżonn tiġi diskussa fil- miftuħ u ttrattata b'urġenza. 3. Aġevoloazzjonijiet fiskali għas-settur tal-ktieb u tal- kelma Il-paradossalità tas-settur tal-ktieb hija li hu industrija komparattivament żgħira ħafna, iżda li, anki għad-daqs tal- pajjiż, timpjega għadd ta' nies, speċjalment mill-qasam kulturali, Li x'aktarx qatt ma saret, u wasal żmienha, fejn nitkellmu b'mod ċar u b'mod skjett dwar ir-realtajiet tal- industrija, u nfasslu strateġija għall- ktieb li tkun pjan direzzjonali ċar għal fejn irridu naslu.