Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 LEJLA FIL-PARK Ikel, Saħħa u Sport 21 TA' SETTEMBRU 2022 5PM SA 8PM PARK TA' SAN KLEMENT ĦAŻŻABBAR JIPPREŻENTAW DANUSAN DĦUL B'XEJN Żvilupp Sostenibbli GIMGHA EWROPEA GHALL-IZVILUPP SOSTENIBBLI 20-26 TA' SETTEMBRU Tkompli minn paġna 1 Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet tistaqsi x'inhuma l-prinċipji wara din il- konċessjoni. Il-Ministeru responsabbli mill-artijiet mill-ewwel farfar ir- responsabbilità u qalilna biex nibagħtu l-mistoqsijiet lill-Awtorità tal-Artijiet, minkejja li l-istess awtorità taqa' taħt ir- responsabbilità diretta tiegħu. Kelliem għall-Awtorità tal-Artijiet ikkonferma li l-mistoqsijiet waslu nhar il-5 ta' Settembru 2022 u li kienu se jwieġbu. Madanakollu, sakemm morna għall- pubblikazzjoni, l-ILLUM kienet għadha mingħajr tweġiba, minkejja diversi imejls li bagħtet biex tfakkar fl-istess mistoqsijiet. L-ILLUM talbet lill-Awtorità tikkonferma: 1) jekk dawn it-tliet lidos ingħatawx b'ċens lil Micallef u kif intagħżel hu 2) Għal kemm żmien ingħatat din il-konċessjoni 3) Kemm qed iħallas Micallef biex jopera din l-art pubblika u 4) Id-dettalji kollha tat-termini u l-kundizzjonijiet, ġaladarba din l-art hija pubblika. Ta' min isemmi li fuq il-profil tiegħu fuq Twitter, Dominic Micallef jiddeskrivi lilu nnifsu bħala d-Direttur tal-Bajja tal- Armier, fost oħrajn. L-istess investitur li ħalla ħerba f'Marsamxett Micallef huwa wkoll l-investitur li ħalla ħerba f 'Marsamxett. Kienet din l-istess gazzetta li ħmistax ilu rrapportat kif Micallef daħal għal investiment kbir biex isir xogħol ta' ristrutturar u tisbiħ fil-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta. Apparti faċilitajiet għall- klabb tal-waterpolo tal-Belt, dan il-pitch kellu jinbidel f 'lido, anke għax l-istess klabb ħares lejn il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu. Kelliem għall-kumpanija G&B Borg insista li x-xogħlijiet kellhom jieqfu hekk kif Micallef għandu mijiet ta' eluf ta' ewro fi ħlasijiet lura u għalhekk kien impossibbli li l-kuntrattur jibqa' jaħdem mingħajr ma jitħallas. Hu mium li dan il-ħlas b'lura jammonta għal viċin il-miljun ewro. F'kummenti mal-ILLUM, Micallef kien ikkonferma li għandu ħlasijiet b'lura iżda insista li ma għandux problemi ta' fondi u li x-xogħlijiet se jkomplu. Min hu Micallef? Micallef huwa magħruf ħafna fl-industrija tad-divertiment f 'Malta u anke bħala organizzatur ta' attivitajiet. Huwa kien is-sid ta' Tattingers Club u huwa d-direttur tal- Kumpless Aria f 'San Ġwann. Huwa sħab ukoll ma' marki globali bħal Unite for Tomorrowland u anke Buddha- bar. L-istess Micallef kien fiċ-ċentru ta' dak li baqa' magħruf bħala l-Iskandlu tal-Mistra li spiċċa fil-qalba tal-kampanja elettorali tal- 2008. Micallef kien issemma' bħala l-persuna li kera art fil-Mistra mingħand Jeffrey Pullicino Orlando (dak iż-żmien Deputat tal-Partit Nazzjonalista) u li ried ibiddilha fi stabbiliment tad-divertiment. Micallef u l-kumpanija tiegħu Signature Entertainment Group kienu wkoll wara l-proposta kontroversjali għall-bini tat- Tattingers Hotel fl-inħawi tas-Saqqaja fir- Rabat. Minkejja li l-permess kien ħareġ, din il- ġimgħa l-istess permess kien irrevokat mit- tribunal tal-appelli hekk kif l-Awtorità tal- Ippjanar kienet tat il-permess mingħajr ma saru l-istudji ġeoloġiċi neċessarji. It-tribunal talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tipprepara rapport ġdid tal-uffiċjal tal- każ u li jieħu inkonsiderazzjoni l-istudji l-ġodda dwar l-impatt ġeoloġiku wara dan l-iżvilupp. Il-Ministeru u l-Lands siekta minkejja mistoqsijiet tal-ILLUM dwar il-konċessjoni ta' tliet lidos fl-Armier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022