www.illum.com.mt
PAĠNI 6 u 7
€1.25 IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • NRU 831
PAĠNI 10 u 11
Kważi 50% jemmnu li
negozjanti jiffinanzjaw lill-
PN u l-PL għall-pjaċiri
L-aktar tliet realtajiet
bħalissa li qed
isammru fuq bwiet
in-nies u jweġġgħu
ras il-Prim Ministru
PAĠNA 3
L-EBDA
IMPJIEG
MAL-GVERN
GĦAL 6 SNIN
'Ir-rieda ta'
Bjorn timlina
bil-kuraġġ'
PAĠNI 8 u 9
Dawk il-ħaddiema tal-Air Malta li se jieħdu l-flus fl-
iskema ta' rtirar kmieni se jintrabtu li ma jistgħux
jidħlu jaħdmu mal-Gvern għal sitt snin
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM
Il-gazzetta ILLUM tinsab
infurmata li l-Gvern se jorbot lil
dawk il-ħaddiema kollha tal-Air
Malta li se jkunu qed japplikaw
għall-iskema ta' rtirar kmieni,
biex b'hekk ma jkunux jistgħu
jiddaħħlu f 'ebda tip ta' impjieg
mal-Gvern fis-sitt snin ta' wara li
jsir il-ehim magħhom.
F'kuntatt ma' din il-gazzetta
l-Ministru tal-Finanzi Clyde
Caruana kkonferma dan kollu u
sostna li din il-kundizzjoni hija
"ġusta" u li hija waħda li tilħaq
il-bilanċ meħtieġ u li "tirrispetta
t-taxxi tal-poplu. You can't have
the cake and eat it," saħaq Caruana
mal-ILLUM