Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
12 illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 analiżi Il-muta, il-ġerarkiji u l-biża' l-edukazzjoni titradixxi lid-demokrazija L-edukazzjoni li tibża' tistaqsi ddominata minn edukaturi li ma jitħallewx jistaqsu, f'ambjent politiku ddominat mill-fehema li l-kritika hija attakk. Il-Professur Carmel Borg, janalizza... CARMEL BORG Dan l-aħħar għaddejt kumment dwar l-istqarrija tal- Junior College li fiha ssemmew żgħażagħ li jkollhom jieqfu mill-istudju biex jaħdmu. Urejt tħassib doppju. l-ewwel tħassib tiegħi kien fuq in-nuqqas ta' evidemza dwar kemm hi kbira r-realtà taż- żgħażagħ li jkollhom joħorġu jaħdmu biex jgħinu lill-familja fil-bżonnijiet materjali tagħha; evidenza li wieħed jistenna meta ssir stqarrija daqstant importanti, li tkun qed tħabbar deċiżjoni mibnija fuq ir-realtà msemmija. It-tieni tħassib tiegħi kien dwar il-fatt innifsu; żgħażagħ sfurzati li joħorġu jaħdmu għax familthom qiegħda tgħix fil-prekarjat. Kont qiegħed nitkellem fuq suġġett marbut intimament mal-ġustizzja soċjali, meta dawk li rħewlha bilġri lejn il-midja soċjali biex jikkummentaw dwar dak li għidt, tkellmu dwar suġġett xebbieħi iżda li mhuwiex l-istess bħal dak li tkellimt dwaru. Filfatt, ħafna minn dawk li kkummentaw dwar dak li kelli xi ngħid skantaw kif il-professur irid iżomm liż-żgħażagħ f 'bozza, bogħod mix-xogħol li jsawwarhom f 'irġiel u nisa (anke jekk sfruttati). Kumment ieħor li f 'ħafna interventi segwa l-ewwel wieħed huwa dwar kemm il- professuri huma maqtugħin mir-realtà, anke jekk ħafna professuri, jien inkluż, huma missirijiet u ommijiet ta' tfal li ħadmu meta kienu studenti, mhux għax kellhom bżonn iżda biex jinfatmu parzjalment minn djul ommhom. Tnaffart, iżda ma skantajtx li filwaqt li l-kummenti tiegħi kienu jiffukaw fuq 'in- naħal', ħafna kummentaturi għoġobhom jitkellmu dwar 'id- dubbien'; it-tnejn insetti (ix- xebħ), iżda żgur li l-qarrejja maturi japprezzaw id-differenzi bejn iż-żewġ membri tar-renju bhimesk. Għax altru qegħdin nitkellmu dwar żgħażagħ li jaħdmu biex igawdu, ikollhom x'jixtru u fejn isiefru, xejn ħażin, u altru nitkellmu dwar żgħażagħ li jkollhom jaħdmu u jwaqqfu l-istudju ħesrem biex ipoġġu l-ħobża ta' kuljum fuq il-mejda tal-familja prekarja, is-suġġett tal-kummenti tiegħi b'reazzjoni għall-istqarrija u l-għamar tal- Junior College. Il-faqar fil-ħiliet bażiċi... Dan l-episodju, imtenni għal diversi drabi kuljum, fejn int titkellem dwar il-vit u n-nies jwieġbu dwar l-iskorfina, huwa eku tal-kritika li ssir mill- eżaminaturi lokali u barranin dwar il-faqar ta' ħiliet bażiċi ta' ħafna mill-istudenti tagħna; ħiliet li huma kruċjali għad- demokrazija. Rapporti tal- eżaminaturi ta' suġġetti u livelli differenti bi skritt wieħed ta' qtiegħ il-qalb għal kull min jixtieq li almenu d - d e m o k r a z i j a tagħna tgħaddi mill- infanzja għat-tfulija, qabel ma tibda t-triq tal- maturità. Għax għadna lura ferm biex noqogħdu għall-eżami tal- maturità fid-demokrazija, għandna parodija demokratika li taċċetta li sena wara l-oħra numru kbir ta' studenti jitqiesu defiċjenti: fil-qari preċiż ta' test; fil-fehem iddettaljat ta' dak li qiegħed jinqara jew jintqal; fl-analiżi kritika tat-test; fl- għarfien ta' dak li hu fatt jew falz; u fl-espressjoni preċiża u ċara tal-ħsibijiet, b'ilsien li jixhed vokabularju għani li jservi it-taħdit f 'kuntesti differenti. Studenti defiċjenti f 'dawk il-ħiliet li huma meqjusa internazzjonalment bħala ħiliet indispensabbli fil- binja ta' ċittadinanza attiva, f 'demokrazija fejn in-nies mrawma fil-kultura demokratika huma t a s s e w ħielsa u protagonisti f 'ilħiq il-milja demokratika. Il-ġerarkija u l-kultura tas- silenzju Filwaqt li l-għajta fid-deżert ta' ħafna eżaminaturi dwar ħiliet dgħajfa saret wisq prevedibbli, irid jingħad li d-defiċit edukattiv marbut mad-demokrazija jmur 'l hinn mill-ambjent tal-klassi. Ħafna mill-kuntesti Maltin, dawk l-ekoloġiji soċjali li jsawru lill-poplu, mit-twelid sal-mewt, għadhom wisq dipendenti fuq mudell ġerarkiku fejn jidħlu r-relazzjonijiet umani; mudell li donnu dejjem irid ifakkrek li hemm xi ħadd fuqek li hu aktar b'saħħtu minnek, li tiegħu hija l-aħħar kelma, li kollox irid jgħaddi minn taħt idejh, li 'Kif qatt jista jkun li t-tfal jibnu l-profil kritiku tagħhom meta dawk li jgħallmuhom jitqiesu perikolużi jekk jerfgħu rashom? U kif nistgħu inkebbsu d-dawl demokratiku meta f'moħħ dawk li jsawru l-politika u jilleġislaw għad hemm l-idea li l-kritika hija attakk...?'