Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 l-biża' mill-kreattiv: Meta lid-demokrazija dejjem irid jinżamm infurmat, u li għajb għalik jekk taqbżu. Mhux hekk biss, jista' jagħmillek il-ħsara jekk ma żżommx postok u b'xi mod ifettillek terfa' rasek, tgħid xi kelma żejda u tidher li qiegħed tisfida jew bi żball turi xi ambizzjoni li trid tilħaq minfloku. Il-messaġġ ewlieni li jibagħtu dawn l-ambjenti oppressivi huwa messaġġ ta' twissija perpetwa - l-aħjar mod kif ir-rota personali u professjonali tiegħek tibqa' ddur huwa billi żżomm ħalqek magħluq, u fejn tara stħajjel li ma rajtx u fejn tisma' qisek ma smajtx. Eluf ta' nies f 'pajjiżna jgħixu f 'din il-kultura ta' silenzju, mibnija fuq relazzjonijiet soċjali vertikali, li meta twaħħadha man- nuqqas ta' ħiliet fid-demokrazija, tibda tiem għaliex dak li minn barra jitqies bħala kwiet mixtieq, indifferenza, nuqqas ta' ħeġġa, tkarkir tas-saqajn, aljenazzjoni u injoranza, filfatt huwa tiġrib strutturali ta' sistema li tħallik żerriegħa li titnawwar qabel ma tnibbet. B'reazzjoni għal din l-oppressjoni mifruxa, Il- vjolenza verbali, l-iżvugar anonimu, it-tgergir mingħajr analiżi, il-ħdura tal-midja soċjali huma fost is-sintomi ovvji ta' infanzja demokratika li ma tafx kif se tesprimi ruħha. Id-demokrazija u s-servizz pubbliku F'artiklu riċenti li ktibt għar- rivista tas-servizz pubbliku (l-IPS Journal), ikkummentajt dwar l-urġenza li s-servizz jiddemokratizza r-relazzjonijiet soċjali interni billi jkattar il- kultura parteċipatorja f 'kull qasam tal-operat tiegħu. Ħadt l-ambjent li naf sew, is-settur edukattiv, bħala eżempju ċar ta' ambjent li jħallik tfal fil- ħiliet demokratiċi. Sistema ta' kontroll maħsuba biex tissorvelja u żżomm lil kulħadd f 'postu, fejn biex tgħid kelma fil-pubbliku jew tikteb dwar is- sistema, trid permess kontra permess, jekk mhux ukoll l-iskritt ta' dak li tkun se tgħid; u fejn trid tqis kull kelma li se tgħid fil-pubbliku dwar l-iskola jew is-sistema edukattiva. Stejjer inkwetanti ta' professjonisti li ċċanfru għax stiednu nies li għenu lill-ġemgħa ta' għalliema li nġabret fl- iskola tirrifletti b'mod kritiku dwar kif numru kbir ta' tfal qed jiġu misruqa mid-dritt għal edukazzjoni ta' kwalità, u stejjer ta' amministraturi f 'karigi għoljin li twarrbu għax ma kinux lesti li joqogħdu għal kollox. Dawn l-istejjer ta' legat kolonjali li ma rridux ninfatmu minnu, jipperswaduni li m'aħniex interessati li nikbru demokratikament. U nistaqsi: kif nistgħu qatt nippretendu li fl-iskejjel ikollna ambjenti li jsawru lit- tfal f 'ċittadini demokratici meta dawk li qegħdin isawru huma magħdudin ta' tfal qalb l-adulti mexxejja? Kif qatt jista' jkollna tiswir demokratiku fl- iskejjel meta l-għalliema huma mistennija jiġru bil- virtù tal- ubbidjenza u bil-vot tas-silenzju fil-but? Kif qatt jista jkun li t-tfal jibnu l-profil kritiku tagħhom meta dawk li jgħallmuhom jitqiesu perikolużi jekk jerfgħu rashom? U kif nistgħu inkebbsu d-dawl demokratiku meta f 'moħħ dawk li jsawru l-politika u jilleġislaw għad hemm l-idea li l-kritika hija attakk, li l-azzjoni diretta huwa att fanatiku u estrem, li dawk li jinsistu f 'isem is-sewwa huma fundamentalisti, u dawk li joffru analiżi profonda tas-sitwazzjoni, li ħafna drabi ġġib fix-xejn il-propoganda, huma magħdudin ta' kritiċi tal- magħqad? L-ambjent demokratiku u l-att edukattiv Għalkemm it-tagħrif jibqa' ċentrali f 'kull att edukattiv, l-ambjent demokratiku mhuwiex ossessjonat bl- akkumulazzjoni tal-għerf u bl-idea li aktar ma tiddepożita (tagħrif ) fil-bank edukattiv aktar jaqbillek. Spazju edukattiv ġenwinament demokratiku huwa: spazju li jlaqqa', li jħeġġeg il-kollaborazzjoni u l-ħidma għalenija; spazju kreattiv, eretiku, sovverżiv, ma jiddejjaqx mill- isfida, il-mistoqsija, id-dubju, il-kuntrarju, il-kritika nfurmata; spazju li jħeġġeġ l-osservazzjoni, il-konfront mad-dinja, ir- riflessjoni kontinwa, il-kurżità perpetwa, u l-interess f 'dak kollu li qed jiġri madwarna; spazju li jibqa' qrib il-komunità, tant li l-iskola (jew spazju edukattiv ieħor) issir il-komunità; spazju li jfittex l-evidenza qabel ma jikkonkludi, li jiddistingwi l-fatt mill-impressjoni, li jipposponi l-ġudizzju, u japprezza l-importanza tat-tiftix; spazju li japprezza l-importanza tal- kelma, il-kontenut politiku tagħha u l-użu preċiż tagħha; spazju li mhux biss jittollera iżda li jafferma d-diversità f 'kull aspett tagħha; spazju li jistma, jirrispetta, jivvalorizza, japprezza, u jisma' lil kulħadd; spazju li jħalli l-ħin għar- riflessjoni aktar milli jżommok okkupat il-ħin kollu; spazju li japprezza li filwaqt li kulħadd għandu irwol x'jaqdi, u l-għalliema jibqgħu għalliema, fl-azzjoni edukattiva kulħadd huwa għalliem u student. Ir-rapporti tal-eżaminaturi u t-tiġrib ta' kuljum juruna li huwa ferm aktar faċli li tiksi lill- pajjiż bil-bini milli tibni spazji bi proċess edukativ ħelliesi u dinjituż. F'dan il-mument storiku prekarju li qed ngħixu fih, moralment marradi u demokratikament defiċjenti, l-edukazzjoni għandha tkun taħt il-lenti kontinwa tal-pajjiż, jekk ma rriduhiex tkompli titradixxi d-demokrazija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022