Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
Sajf, safar u sħana... imma l-uġigħ ta' ras 06 analiżi IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Kien sajf ta' sħana, divertiment u safar. Imma l-PM Abela ma tantx kellu għaliex iserraħ rasu għax hemm tliet kwistjonijiet li qed issammru kontinwament fuq il-but tan-nies u l-but tal- Gvern stess. L-għoli tal-ħajja, is-sussidji u l-Air Malta huma l-akbar tliet sfidi li qed jiffaċċja Abela bħalissa... Minkejja li dan kien sajf politikament kwiet - probabbilment l-aktar sajf "xott" mhux biss mill-ilma imma anke mill-istejjer u d-drama politika, dan ma jfissirx li minn taħt ma kienx hemm u m'għadx hemm diversi kwistjonijiet li bil-mod, il-mod bdew u għadhom qed ibaqbqu! F'din l-analiżi il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-aktar kwistjonijiet problematiċi li jafu diġà qed jokkupaw ħafna mill-ħsibijiet tal-Gvern u tal- Prim Ministru u li jafu jwasslu għal sfidi, kritika u forsi wkoll tnaqqis fil-popolarità ta' Abela u tal-Gvern Laburista, fi żmien li ġej. L-għoli tal- ħajja... xafra taqta' miż- żewġ naħat? Bla dubju illi l-akbar uġigħ ta' ras għal Abela se tkun - jekk mhux diġà hi - il-kwistjoni tal- flus u l-finanzi, kemm fuq livell mikro - u allura d-dħul, il-flus fil-but u l-livell tal-għixien - kif ukoll fuq livell makro - u allura l-finanzi tal-pajjiż. Nibdew mill-ewwel waħda. Tort jew mhux tort tal-Gvern, il-fatt li l-ħajja splodiet (mhux biss għoliet) jammettiha u qed iħossha kważi kulħadd. Statistika turi illi l-inflazzjoni laħqet is-7% - sitt darbiet iktar mis-sena l-oħra u l-ogħla rata ta' inflazzjoni f 'dawn l-aħħar disa' snin. L-aktar li qed jogħlew huma l-prezzijiet tal-aktar affarijiet bażiċi: L-ikel, għalkemm fir- realtà qed jogħla kollox - minn servizzi, sa mawra sal-gym, il- hairdressers u nistgħu nibqgħu sejrin. L-għajta hija "kollox qed jogħla" mela allura fil-verità kulħadd qed jgħolli l-prezzijiet. Din hija problema u sfida kbira fuq żewġ binarji. L-ewwelnett l-għoli tal-ħajja se twassal biex tkompli tnaqqar aktar minn pagi li diġà huma meqjusin batuti, ta' nies li lanqas jaqbdu €1,200 jew saħansitra €1,000 wara li jħallsu l-bolol u/jew taxxi. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika juru illi l-paga medja (meta tgħodd il-pagi kollha u taqsamhom ugwalment mal- ħaddiema kollha) - qabel it- taxxa - hija ta' madwar €1,700, li jfisser madwar €1,300 fi flus disponibbli. Minkejja dan, l-istess NSO wera' kif hemm eluf kbar ta' ħaddiema li fil-fatt għandhom paga li hija pjuttost inqas minn dan. Fil-fatt l-inqas pagi - skont dawn l-istess ċifri - huma ta' €1,128 fix-xahar għal impjiegi elementari, €1,287 għal machine operators u ħaddiema tal- fabbriki, €1,289 fix-xahar għal dawk li jaħdmu fl-oqsma tax- xogħol tal-idejn u snajja u medja ta' €1,215 għal ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut u servizzi. Ħaddiema klerikali jaqilgħu medja ta' €1,315 u persuni li jaħdmu bħala tekniċi għandhom pagi medji bażiċi ta' €1,676. Dawn il-pagi huma l-aktar li qed iħossu żidiet fl-aktar affarijiet bażiċi. U allura dan l-aspett ta' din iż-żieda jista' jwassal għal: Aktar nies li jispiċċaw fix-xifer tal-faqar (l-aħħar statistika mir-rapport SILC-EU turi illi f 'Malta hawn madwar 85,000 persuna f 'riskju ta' faqar). Inqas konsum, u allura rota ekonomika li timxi b'mod kajman. Aktar nies eliġibbli għall-benefiċċji soċjali, u allura spiża akbar għall-Gvern. U finalment, aktar problemi soċjali -b'mod ġenerali. Il-Gvern diġà indika sett ta' ċekkijiet għal dawk l-aktar vulnerabbli, qabel il-Milied u COLA - li fil-fatt mhux determinata direttament minnu - ta' bejn €9 u €10 fil-ġimgħa għal kull ħaddiem. Anke jekk iż-żieda fil-COLA hija waħda rekord (għax l-għoli huwa rekord) din xorta se toħloq problema għall-Gvern, lilhinn mill-argumenti ta' jekk għandhiex tiżdied daqshekk jew le. L-argument ta' min iħaddem huwa li jekk għall-grazzja tal- argument il-COLA tkun ta' €9.50 fil-ġimgħa, dan ikun ifisser li huma jridu joħorġu €494 aktar fis-sena, għal kull ħaddiem. Jargumentaw illi f 'każ ta' post tax-xogħol li jħaddem 25 persuna (u allura negozju medju) dan ikun ifisser spiża ta' €12,350 iktar kull sena fuq pagi. L-argument ikompli illi sabiex min jimpjega jibqa' kompettitiv ħafna minn dawn it-€12,350 se jkollhom jgħaddu għand il- konsumatur, fuq prezzijiet ta' servizzi u prodotti - fejn dan huwa possibbli. Dan jisħqu xi assoċjazzjonijiet - fosthom il- Kamra tal-Kummerċ - se jwassal għat-tieni mewġa inflazzjonarja matul l-2023. Li twassal għal prezzijiet ogħla, COLA għolja u l-iggravar tal-problema tal-faqar u esklużjoni soċjali. Allura fejn se taqta' linja? Kif ser issolvi din il-problema u tnaqqas kemm jista' jkun mill- effetti primarji u sekondarji? Kif se jara Abela li jikkalma l-ilmijiet ibaqbqu ta' poplu li qed iħoss l-għafsa inflazzjonarja (anke jekk fost l-inqas fl- ewropa) filwaqt iżda li jevita li jsallab lil min iħaddem wisq u allura jevita t-tieni mewġa ta' inflazzjoni? Uġigħ ta' ras tal-beati pauli! Naraw x'se tkun ir-risposta tal- Gvern fil-Baġit. Sussidju. Tajjeb! U l-flus minn fejn se jiġu? Il-Gvern qed jilqa' għall- għoli tal-ħajja jew parti sewwa minnha billi jissussidja l-prezzijiet ogħla tal-gass, sabiex b'hekk il-kontijiet tad-dawl jibqgħu stabbli. Dan il-pass huwa mfaħħar mill-unjins u milqugħ minn negozji u l-poplu in ġenerali, li qajla jiflaħ aktar toqol u piżijiet lilhinn minn dawk li diġà hemm u li huma frott l-inflazzjoni. Minkejja dan, in-nefqa mhix ċajta! Il-Ministru tal-Finanzi il- ġimgħa l-oħra ħabbar illi dawn is-sussidji - kemm tal-enerġija u anke dawk relatati mal-ikel - se jiswew b'kollox €600 miljun. Biex nagħtu ftit idea. €600 miljun huwa kemm ħareġ f 'garanziji ta' self u appoġġ lil 700 negozju lokali, il-Bank Malti għall-Iżvilupp kemm ilu li twaqqaf fl-2017. €600 miljun huma kważi kemm spiċċa eventwalment sewa' l-Isptar Ġenerali ta' Mater Dei (€583 miljun). Mhux ċajta! Dan l-ammont ta' flus huwa wkoll kemm kien irreġistra defiċit il-pajjiż fl-ewwel erba xhur tal-2020, meta l-pajjiż kien qed jiffaċċja lockdown parzjali u l-bidu ta' pandemija. Dan l-ammont inċidentalment huwa wkoll kemm tat f 'għajnuna makro-finanzjarja lin-negozji Ukreni, l-Unjoni Ewropea minħabba l-effetti tal-pandemija f 'Diċembru 2020 (ħafna qabel kienet biss bdiet il-gwerra). Il-punt huwa li dan mhux ammont ta' flus żgħir u minkejja ħafna assigurazzjonijiet li mhux se mmorru għall-awsterità l-flus jridu jiġu minn ximkien. Hemm