Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
ras u l-isfidi għal Abela ma battewx wisq! 07 analiżi illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 żewġ possibilitajiet: L-ewwel, li l-ekonomija tikber b'rata li tagħmel tajjeb biżżejjed għan- nuqqas ta' dan id-dħul. L-aħħar statistika proviżjonali tat-tieni kwart ta' din is-sena (April sa Ġunju) juru illi l-Prodott Gross Domestiku kien ta' €4.1 biljun, li jfisser illi l-ekonomija kibret b'€526.6 miljun meta mqabbel mal- istess perjodu fl-2021. Wieħed jistenna li t-tkabbir reali se jkompli hekk kif fit-tielet kwart tas-sena qabad rittmu mgħaġġel it-turiżmu. Dan allura huwa kollu tajjeb u juri illi jekk l-ekonomija tkompli tikber b'rittmu mgħaġġel Abela ma jkollux wisq problemi għaliex id-dħul mill-konsum u l-attività ekonomika jagħmel tajjeb (jew parzjalment tajjeb) għall-infieq. Imma kif rajna, b'mod speċjali, fl-aħħar snin dan dejjem huwa riskju hekk kif ma għandniex kontrolli fuq dak li jiġri madwarna, bħal ma kellniex fuq pandemija li damet tkarkar sentejn jew gwerra, bħal ma għandna issa. Kollha fatturi li jwasslu għal xenarji ekonomiċi imprevedibbli. Il-Gvern jagħfas ukoll fuq il-bżonn li kulħadd iħallas it-taxxi u jidher li fuq dan il- front, għallinqas skont dak li kien irrapportat, il-Gvern/ awtoritajiet qed jorganizzaw diversi rondi u jimmultaw nies u negozji li mhumiex joħorġu irċevuti (u allura jħallsu t-taxxi dovuti). Il-Prim Ministru kien irrapportat illi avża lill- Ministeri kollha biex inaqqsu l-baġit b'€200 miljun kull wieħed, għalkemm sal-lum minn fejn se jnaqqsu u liema proġetti se jitpoġġew fuq l-ixkaffa donnu ħadd ma jaf ! Fuq din wieħed jistenna element ta' reżistenza minn Ministri, speċjalment jekk ikun deċiż li jitwaqqfu proġetti importanti u kruċjali għal dak il-Ministeru u politikament għall-Ministru innifsu. Allura taxxi mhux se jżid. Proġetti ħadd ma jaf eżatt liema mhux se jsiru. Allura dawn is- €600 miljun minn fejn se jiġu? Għasafar taċ-ċomb? U finalment it-tielet l-akbar uġigħ ta' ras għall-Prim Ministru Robert Abela bħalissa hija l-Air Malta u minn diversi aspetti wkoll. L-ewwel u qabel kollox irid ikun hemm deċiżjoni politika dwar x'se jiġri. Rapporti li l-Gvern għandu pjan lest biex jagħlaq il-linja nazzjonali qatt ma kienu miċħuda u data għal laqgħa mal-General Workers' Union propju fuq dawn ir-rapporti għadha ma ntlaqgħetx. Tkun, mil-lat simboliku, daqqa kbira u ironija għal Gvern Laburista li jħabbar l-għeluq tal- linja nazzjonali tal-ajru, proġett li welled hu stess fis-snin 70 meta hu stess ifakkar li l-PN u l-avversarji ta' Mintoff kienu jgħidu li l-AirMalta se tkun bħal "għasafar taċ-ċomb." Imma ħafna aktar minn hekk jekk il-Gvern jiddeċiedi li jieħu t-triq illi jagħlaq l-Air Malta u minflok jiaħ linja nazzjonali ġdida, u b'hekk jibda l-proċess kollu ta' ingaġġ mill-bidu nett - anke jekk din tkun id-deċiżjoni kummerċjalment l-aktar vijabbli - tiġi bi prezz politiku qawwi. Ikun ifisser li teknikament kull min baqa' mal-linja nazzjonali jitlef xogħlu u l-kuntratt/kundizzjonijiet li bihom huma impjegati u jkunu jridu jibdew il-proċess mill-ġdid li jaf iħalliehom barra jew inkella b'kuntratti u kundizzjonijiet differenti u inqas favorevoli. Dan kollu ikun ifisser reżistenza u rabja, minn setturi differenti ta' ħaddiema kif ukoll probabilità ta' problemi ma' unjins li jirrapreżentawhom. Hemm, mill-ġdid, il-kwistjoni tal-flus u l-miljuni li mistennija tiswa' lill-Kaxxa ta' Malta l-iskema ta' rtirar kmieni għal mijiet ta' ħaddiema - fi żmien fejn huwa ċar li ma għadniex ngħixu fl-era tal- "money no problem."