Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
20 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Nathalia Borg Nathalia Borg hija Ufiċċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi Il-GUG – Il-Leħen tal-student Għawdxi I l-Grupp Universitarji Għawdxin hija organ- izazzjoni studenteska magħmula speċifikament sabiex tgħin fil-bidla li jgħaddu minnha l-istudenti Għawdxin meta jiġu biex jagħmlu il-vjaġġ lejn Malta sabiex ikomplu għall-edukazzjoni terzjarja. Permezz tar-rapreżentazzjoni tal-GUG, il-leħen tal-istudent Għawdxi qiegħed jigi mwassal fuq livell għoli, permezz ta' diversi laqgħat li qed jigu or- ganizzati ma' diversi awtoritajiet pubbliċi u tal-Gvern. Permezz tad-diversi laqgħat li seħħew tul is-sena, il-GUG rnexxielu iressaq ilmenti f 'diversi oqsma bħall-ogħli tal-kiri tal-appartamenti, sussidji u stipendji, sigurta' għall-Għawdxin fl-Imsida, tnaqqis ta' lectures il-Ġimgħa tard filgħaxija, u speċjalment aspetti li jinvolvu l-ivvjaġġar bejn Għawdex u Malta, kemm fl-aspett tat-trasport pubbliku u kemm dawk li jinvolvu il-Gozo Channel u l-Fast Ferry. F'laqgħa riċenti mad-Deputati Jerome Caruana Cilia flimkien ma' Alex Borg, il-GUG ressaq il-punti imsemmija fuq, u għadda xi suġġerimenti bħaż- żieda tas-sigurtà għall-istudent Għawdxi meta jkollu bżonn jaqsam fil-mina tal-Iskate Park, li huwa ferm perikoluz filgħaxija, speċjalment meta tikkunsidra fatturi bħan-nuqqas ta' dawl u kamera f 'dawn in- naħat. Il-GUG sostna wkoll li kemm is-sussidju u kemm l-istipendju ġenerali ma humiex biżżejjed sabiex student jgħix bihom - speċjalment meta tikkonsidra fatturi bħall-ogħli tal-prezzijiet u l-ħlas tal-vjaġġ fuq il-vapur ta' kull gimgħa, jew inkella ta' kuljum; għal dawk li ma jikrux Malta. Rigward il-vapur, is-sena l-oħra ġiet imsemmija l-EDU Fast Ferry Card, li suppost kienet ser tkun ta' għajnuna għall-istudenti meta jmorru biex iħallsu għall-Fast Ferry. Iżda, l-istudent Għawdxi baqa' bla risposta fuq il-ħolqien ta' din il-card, għalkemm fl- introduzzjoni tagħha sostnew bl-urġenza lill-istudenti sabiex japplikaw malajr. Il-GUG, bħala parti mix-xogħol tiegħu sabiex ikun il-leħen tal-istudent Għawdxi, kompla jistaqsi dwar kwalunkwe aġġornament li jinvolvi dan il-card, iżda bqajna bla risposta. Rigward it-trasport pubbliku, avolja imxejna pass 'il quddiem mis-sena l-oħra, bl-introduzzjoni tar-rotta diretta tat-300, dan ma jfissirx li l-ħidma biex intejbu t-trasport pubbliku hija lesta. Il-GUG sema' l-ilmenti tal- istudenti u komplejna insostnu lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku sabiex itejbu dan is-servizz. L-iktar problema urġenti li kellha din ir-rotta hu l-fatt li f 'każijiet ta' maltemp, fejn il-Fast Ferry twaqqaf is- servizzi taghħa, ir-rotta diretta tat-300 li tibda mill-Imsida u tmur direttament fil-port tal- Belt, tkun qed taħdem għalxejn. Allura biex tissolva din il- problema, il-GUG issuġġerixxa li f 'każ ta' maltemp fejn il-Fast Ferry ikun previst li ser jieqaf jaħdem għal dik il-ġurnata, ir- rotta tat-300 titwaqqaf u flokha tieħu postha ir-rotta diretta tal-X300, li tieħu l-istudent mill-Imsida saċ-Ċirkewwa sabiex ikun jista jaqbad il-Gozo Channel minflok. Din il-proposta infatti, kienet ta' suċċess, iżda balissa, il-GUG qiegħed jaħdem sabiex l-iskeda ta' din ir-rotta tkun prevista minn filgħodu, sabiex l-istudent ikollu minn fejn isegwi u jippjana l-vjaġġ tiegħu lura lejn Għawdex aħjar. L-avvenimenti li l-GUG huwa l-aktar magħruf għalihom huma l-Wicked Wednesdays u Il-Ballu tal-Milied. Dawn l-avvenimenti, ta' kull sena jattiraw folol kbar ta' studenti li jissoċjalizzaw ma' studenti daqshom, u l-GUG jinkoraġixxi dawn l-avvenimenti li jkunu lilhinn mill-istudju, għaliex nemmnu li wieħed ghandu jsib bilanċ bejn il-ħidma u studju u d-divertiment. Barra l-proġetti tas-soltu, qed naħdmu wkoll fuq proġetti li jkunu ta' interess, u dawn jikkonsistu f 'podcasts u Gozo Week li ser ikun f 'Marzu tas- sena d-dieħla. Il-podcasts jikkonsistu f 'taħdidiet interessanti, fuq ġrajjiet kurrenti u ta' interess, bejn membri stess tal-eżekuttiv tal-GUG u l-mistednin li nkunu ġibna għall-episodju partikolari. Ta' min isemmi, wkoll li ser norganizzaw Gozo Week, fejn ser ikollna ġimgħa allokata fl-Università fejn niċċelebraw dak kollu relatat ma' Għawdex, fejn nkunu nistgħu napprezzaw u nitgħallmu mill-kultura li ħallewlna missirijietna. Il-GUG iwiegħed li dejjem ser ikun organizazzjoni li tibqa' taqbeż għad-drittijiet u twassal il-leħen tal-istudent Għawdxi. Dan l-artiklu huwa ffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id- direzzjoni tal-ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal- Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal- volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin.