Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum aħbarijiet 22% ta' dawk li għandhom bejn 15 u 50 potenzjalment qed jesperjenzaw diżordni alimentari YENDRICK CIOFFI 22% tal-Maltin li għandhom bejn 15 u 50 sena jista' jkun li qed jesperjenzaw sintomi ta' diżordni alimentari (eating disorder) anke jekk mhux bilfors li huma konxji. Dan jirriżulta minn studju li wettqet il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà għal Dar Kenn għal Saħħtek, dar imwaqqfa fl-2012 meta studju kien wera għall- ewwel darba kif il-prelevanza tad-diżordni alimentari f 'Malta hija simili għal dik fil-pajjiżi l-oħra Ewropej. L-aħħar studju sar fost 480 persuna li għandhom bejn 15 u 50 sena u kien imqassam b'tali mod li jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni ġenerali. Fost oħrajn, l-istudju stħarreġ dwar l-għarfien ta' tipi differenti ta' diżordi alimentari. Is-sondaġġ sab li 87.3% ta' dawk li ħadu sehem fl-istudju qalu li ġieli semgħu b'xi tip ta' diżordni alimentari u 77.1% kienu kapaċi li jsemmu mqar diżordni alimentari waħda. In-nisa jidher li huma aktar mgħarrfa dwar dan is-suġġett. Tipi differenti ta' diżordni alimentari Meta wieħed jitkellem dwar id-diżordni alimentari, x'aktarx li l-ewwel li se tiġih f 'moħħu se tkun l-Anorexia Nervosa. Għalkemm mhijiex l-aktar waħda komuni, din għandha l-ogħla rata ta' mortalità. Madankollu, hemm forom oħra ta' diżordi alimentari. Hemm pereżempju l-bulimja u l-estrem l-ieħor tal-Anorexia, jiġifieri l-Binge Eating Disorder (BED) fejn persuna titlef il- kontroll u tikkonsma ammont eċċessiv ta' ikel f 'perjodu qasir. Forma oħra ta' diżordi alimentari hija dik magħrufa bħala ARFID (Avoidant Restrictive Food Intake Disorder). Fi kliem sempliċi, persuna li tbati minn din id- diżordni, tagħżel li tevita għal kollox ċertu kategoriji ta' ikel u saħansitra tista' tiżviluppa ċertu phobia, pereżempju għal tibża' li tixraq jew tifga fl-ikel. L-għarfien dwar l-ARFID għadu baxx ħafna Fil-fatt, l-istudju staqsa wkoll lill-parteċipanti jekk kinux kapaċi jidentifikaw xi forma ta' diżordni alimentari. Interessanti kif 55.2% u 50.4% (rispettivament) kienu kapaċi jidentifikaw il-karatteristiċi tal- Bulimja u l-Binge Eating. Mill-banda l-oħra, kienu 34.8% biss tal-parteċipanti li kienu kapaċi jidentifikaw l-Anorexia. Madanakollu, dwar l-ARFID, l-għarfien għadu baxx ħafna fost l-etajiet kollha. Kienu 28.3% tal-parteċipanti li kienu kapaċi jidentifikaw din id-diżordni. Ftit jafu dwar is-sintomi u l-kawżi... Kienu 30% biss tal- parteċipanti li kellhom għarfien tajjeb ħafna dwar is-sinjali u s-sintomi ta' forom differenti ta' diżordni alimentari. Anke l-għarfien dwar il-kawżi li jwasslu biex persuna tiżviluppa diżordni alimentari kien baxx. Jekk wieħed jgħaqqad dan kollu, is-sondaġġ sab li kważi 73% tal-Maltin għandhom għarfien tajjeb tad-diżordni alimentari. L-istudju juri wkoll li dawk li għandhom bejn 15 u 17-il sena x'aktarx li għandhom aktar għarfien mill-bqija. Ir-riċerkaturi staqsew ukoll lill-parteċipanti jekk qattx esperjenzaw diżordni alimentari, jew għax batew minnha huma stess jew inkella għax jafu lil xi ħadd li żviluppa xi sintomi. 75.5% qalu li qatt ma esperjenzaw diżordni alimentari, kemm direttament jew inkella fost persuni qrib tagħhom. Kienu 14% li qalu li esperjenzaw xi forma ta' diżordni alimentari. Il-prelevanza tad-diżordni alimentari fost l-irġiel qed tiżdied... Kien hawn li r-riċerkaturi stħarrġu fost il-parteċipanti biex jieħdu indikazzjoni tal- prelevanza tad-diżordni alimentari f 'Malta. Għamlu dan billi staqsew lill-parteċipanti ħames mistoqsijiet li jagħmlu parti mill-kwestjonarju SCOFF li jintuża biex jevalwa l-prelevanza tad-diżordi alimentari. Fi kliem sempliċi, jekk il- parteċipanti jwieġbu tlieta jew aktar mistoqsijiet fl-affermattiv, jista' jagħti l-każ li jkunu qed jesperjenzaw sintomi ta' diżordni alimentari. Fost il-mistoqsijiet, ir- riċerkaturi jistaqsu jekk persuna tħossx li tkun tilfet kontroll ta' kemm tiekol, jekk qattx iġiegħel lilha nnifisha tirremetti jekk tħossa mimlija wisq, jekk tħossx li hija ħoxna meta ħaddieħor jaħseb bil-kontra u jekk fi tliet xhur tkunx naqqset aktar minn sitt kilos. Ir-riċerkaturi sabu li 109 persuni, jew inkella 22.7% tal-parteċipanti, wieġbu fl- affermattiv għal tliet jew aktar mistoqsijiet. Ġaladarba dan l-istudju huwa rappreżentattiv, ir-riċerkaturi kkonkludew li xejn inqas minn 22% tal-Maltin li għandhom bejn 15 u 50 sena, jistgħu jkunu qed jesperjenzaw diżordni alimentari. Hawn iżda ta' min isemmi li dan il-kwestjonarju SCOFF huwa magħmul biex jagħti indikazzjoni u biex ikun determinat jekk hux minnu li hemm diżordni alimentari, ikun meħtieġ aktar stħarriġ kliniku. Fost dawk li jista' jkun li qed jesperjenzaw diżordni alimentari, 25.4% kienu nisa u 19.9% kienu rġiel. Ir-riċerka turi li n-nisa x'aktarx li jbatu aktar minn dawn il-kundizzjonijiet, iżda ma jfissirx li fost l-irġiel mhux qed jiżdied ir-riskju. Fil- fatt, differenza ta' 5.5% mhijiex sostanzjali. Ta' min isemmi wkoll li 53.6% ta' dawk li x'aktarx qed ibatu minn diżordni alimentari, għandhom bejn 15 u 17-il sena. Hawn ta' min ifakkar fi studju ieħor riċenti li sar mill-istess Fakultà, fuq talba ta' Dar Kenn għal Saħħtek u li l-ILLUM irrapportat dwaru u li wera kif 1,675 adoloxxent f 'Malta potenzjalment qed ibatu minn diżordni alimentari. 'Pjaga dejjem tikber...' F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il- Professur Andrew Azzopardi insista li l-prelevanza tad- diżordi alimentari hija "pjaga" dejjem tikber fis-soċjetà tagħna. Saħaq li l-kollaborazzjoni bejn il-Fakultà u anke Dar Kenn għal Saħtek hija importanti biex tkun indirizzata din il-problema li hija kemm soċjali u anke medika. Fakkar kif dan ma kienx l-uniku studju li ż-żewġ entitajiet wettqu flimkien u li kollha kemm huma wrew kif din hija sfida kbira li hemm bżonn tkun indirizzata fuq diversi livelli, inkluż billi jiżdiedu s-servizzi, ir-riċerka u anke billi jinbidel l-istil ta' ħajja li bosta qed jgħixu u li tista' tkun qed twassal biex tiżdied id-diżordni alimentari fost il-popolazzjoni. Dan l-istudju fil-fatt qed jirrakkomanda aktar edukazzjoni u korsijiet fl- iskejjel u l-komunitajiet u aktar kampanji ta' għarfien fuq il- miedja soċjali. Jirrakkomandaw ukoll aktar riċerka, b'mod speċjali dwar id-diżordni alimentari fost l-adoloxxent u anke aktar għarfien dwar l-ARFID. Fuq kollox jisħaq li għandha ssir ħidma biex titnaqqas l-istigma assoċjata mad- diżordni alimentari bil-għan li aktar persuni ma jiddejqux ifittxu l-għajnuna. It-tim tar-riċerkaturi kien magħmul ukoll min Annabel Cuff, il-Professur Anton Grech u Darleen Zerafa, filwaq li l-informazzjoni kienet miġbura minn Vincent Marmara. Studju ieħor mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà flimkien ma' Dar Kenn għal Saħħtek juri kif l-għarfien dwar id- diżordni alimentari qed jiżdied iżda jikkonkludi wkoll li hemm bżonn aktar tagħlim dwar x'jikkawża diżordi alimentari u s-sintomi ta' forom differenti