Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
23 films IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Camelot - Ir-Renju leġġendarju u mistiku tar-Re Arturu Camelot huwa xogħol mużikali l-ewwel tal-palk u wara għaċ- ċinema ta' Alan Jay Lerner, li kiteb il-liriċi u Frederick Loewe li kkompona l-mużika. Din hija bbażata fuq il-leġġenda tar- Re Arturu tal-Ingliterra u ġiet addattata minn fuq in-novella ta' J. H. White, e Once And Future King. Wara s-suċċess tremend li kellhom b'My Fair Lady, l-istennija kienet kbira għal xi xogħol ieħor ta' Lerner u Loewe. Alan Jay Lerner u Moss Hart iddeċidew li jaqilbu għall- mużika The Once And Future King bħala l-proġett li jmiss tagħhom. Għall-bidu, Frederick Loewe ma kellux interess, pero' aċċetta li jikteb il-mużika u sostna li jekk l-affarijiet imorru ħażin dan se jkun l-aħħar xogħol mużikali tiegħu. L-affarijiet mill-bidu ma marrux tajjeb għax waqt il- proċess tal-kitba l-mara ta' Lerner telqitu u hu kellu jfittex attenzjoni medika, bil- produzzjoni tittardja. Meta beda t-taħriġ, deher li din ir- reċta kellha bżonn sewwa li tittranġa ruħha. Fortunatament, il-produtturi assigura ruħhom minn atturi tajbin, fosthom Julie Andrews, Richard Burton, Roddy McDowell, Robert Goulet u oħrajn fil-partijiet tal- Kavallieri tal-Mejda t-Tonda. L-attriċi famuża Kathryn Grayson daħlet ukoll wara minflok Julie Andews. Il-premiere ta' dan il-mużikali sar f 'Toronto, il-Kanada f 'O'Keefe Centre fl-1 ta' Ottubru 1960. Meta suppost dan ix- xogħol kellu jdum 3 sigħat neqsin għoxrin, għall-kuntrarju tawwal għal erba' sigħat u nofs. Minkejja xi tgergir, il-gazzetti tal-għada taw rapporti posittivi, imma sostnew li hemm bżonn kambjament kbir u li jitnaqqas sewwa l-ħin jekk din il-wirja trid tirnexxi. Wara ftit, Lerner għamel 3 ġimgħat l-isptar bl- ulċera ddemmi, Hart tah it- tieni attakk ta' qalb u Lerner kellu jidħol temporanju bħala d-direttur. Ftit żmien wara, Camelot saret f 'Boston, iżda reġgħet qabżet il- ħin. Billi Hart kien l-isptar, ħadd ma ried jagħmel xi alterazzjonijiet mingħajr il- permess tiegħu u Jose' Ferrer m'aċċettax li jkun id-direttur. Kellu jkun l-attur Richard Burton li aċċetta li jkun hemm il-qtugħ u t-tibdil, kif ukoll iġġenera sens ta' kunfidenza fil-cast kollu u kkalma l-biża' li ħakem lill-atturi. Meta din il- wirja fetħet fuq Broadway Hart ħareġ mill-isptar u flimkien ma' Lerner bdew iqassruha aktar. Wara xagħrejn, anki żewġ kanzunetti tneħħew għalkemm waħda minnhom ħallewha għall-film. Il-kritiċi ta' New York mhux kollha kienu tal-istess fehma. Pass tajjeb kien li Ed Sullivan li kellu fuq it-TV il-popolarissimu The Ed Sullivan Show stieden lil Lerner u Loewe biex jirrikrejaw sekwenza minn My Fair Lady fl-egħluq mill-ħames snin tagħha għall-programm varjat tiegħu. Pero', huma ddeċidew li juru ftit minn dan is-suċċess u minflok jesibixxu erba' mumenti sbieħ minn Camelot. L-udjenzi malajr affaxxinaw ruħhom u nbiegħu minn qabel bi $3.5 miljuni f 'biljetti. Robert Goulet ġie mfaħħar sewwa għall- interpretazzjoni tiegħu l-aktar għall-ballata If Ever I Should Leave You. Din il-wirja ġiet ippubbliċizzata eżatt wara l-qtil tal-President John F. Kennedy (li kien fl-istess klassi ta' Lerner fl-Universita' ta' Harvard) u sar magħruf li recording ta' Camelot kienet il-favorita tiegħu qabel l-irqad fil-White House u li l-aħħar kliem ta' din ir-reċta (fejn ir-Re Arturu jgħid lil tifel żgħir biex ikompli jġedded l-istorja ta' Camelot għall- ġenerazzjonijiet futuri) kienu l-favoriti tal-President. Dawn kienu jgħidu hekk: "Don't let it be forgotten that once there was a congenial spot, for one brief shining moment known as Camelot".(Qatt tinsew li darba kien hemm żmien ta' glorja magħruf bħala Camelot). (Ikompli)