Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kotba illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 Mark Vella jżur il-koppja Mallia ta' Mallia & D'Amato, bejjiegħa tal-kotba u kuraturi tal-ixkafef, li se jiftħu ħanut temporanju l-Belt il-weekend li ġej nikkonferma kemm xogħolhom huwa ħidma mnebbħa mill- imħabba u r-rispett għall-ktieb, filwaqt li xorta waħda jibqgħu l-għajnejn iħarsu neċessarjament lejn il-karta tal-bilanċ. Bħalma għedna diversi drabi, il-kriżi tal-industrija tal-ktieb f 'Malta u fil-bqija tad-dinja hija waħda akuta, speċjalment wara d-daqqiet tal-Brexit u tal-gwerra fl-Ukrajna, u l-inflazzjoni għaddejja bil-galopp li taffettwa l-prezz ta' kollox. Bħalma jgħidli Roderick, il-ġlieda tispiċċa waħda tal-prezzijiet, iżda Mallia & D'Amato jippruvaw jagħmlu tajjeb għaliha bil-kwalità tas- servizz u l-esperjenza. Li qed naraw żgur, wara l-għeluq ta' tista' tgħid il-ħwienet tal-kotba storiċi u tradizzjonali, huwa l-kunċett tal-ħanut tal- kotba indipendenti, aġġettiv importanti li jpinġi l-qagħda preċiża tat-tentattiv li tgħajjex idea f 'atmosfera toħonqok ta' saħħa korporattiva enormi. Id- dinja tal-ktieb Malti għandha wisq aktar entitajiet indipendenti milli wieħed jaħseb, ibda mill- pubblikaturi li huma impriżi żgħar iwettqu l-mirakli kuljum, sad-diversi spazji u inizjattivi (li spiss tkellimna dwarhom hawn) li, magħqudin flimkien, jistgħu anki b'xi mod jibdew jgħattnu kemxejn ix-xatba mostruża li timblokka l-aċċess għad-dinja tal-ktieb. L-istedina, għalhekk, hija biex il-qarrejja jattendu, jaraw x'hemm offrut, u jixtru. Sew il-ġenerazzjonijiet bħal tiegħi, nostalġiċi u mxennqa, u sew dawk tal-lum, li żgur se jaraw kunċett ta' ħanut li qatt ma esperjenzaw. Hija wkoll esperjenza differenti minn tal-pop-ups tas-soltu msemmija qabel: tistennewx ribass-imbarazz u kollox ħallata ballata, imma għażla kkurata tassew, minn min jifhem u jaf il-mestier tiegħu, ta' kotba bil- Malti, bl-Ingliż u t-Taljan. Dwar tal-aħħar, ta' min nirrimarkaw ukoll kif Mallia & D'Amato huma bħalissa x'aktarx l-uniku sors ta' kotba bit-Taljan, partikolarment dawk li ħerġin issa, li għadhom jinqraw minn numru ta' Maltin u spiss jinħass in-nuqqas li dak li jkun jista' jakkwistahom faċilment minn ħanut. Provi ġenerali għal dak li jista' jkun? Jalla l-ġid. Intant, nistennew il-bajda tfaqqas. Il-pop-up shop ta' Mallia&D'Amato se jiftaħ f '4, Triq l-Inġiniera, il-Belt, bejn id- 29 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru, mis-1830 sat-tard. Aktar tagħrif https://www.malliadamatobooks. com/ Ritratt: Virginia Monteforte

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022