Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli opinjoni IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU • illum B'impenn lejn Malta B osta ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea din ix-xitwa se jkunu ffaċċ- jati b'għażla: Jew jixgħelu d-dawl jew iħallsu l-ħtiġijiet neċes- sarji. Din hija s-sitwazzjoni li qed jippreparaw għaliha bosta pajjiżi Ewropej fid-dawl tal-kriżi tal-en- erġija li qed taħkem kull pajjiż fl-Unjoni Ewropeja bħalissa. Realtà ġdida fil-kontinent li nagħmlu parti minnu. Din il-ġimgħa, il-Parlament Malti flimkien mal-Ministeru li mmexxi, lqajna fostna lil EUFORES – il-forum Ewropew għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Ġibna flimkien lill-Kummissjoni Ewropea, Membri tal-Parlament Ewropew, Membri tal-Parlament Malti u esperti tekniċi fil-qasam tal-enerġija. Fl-intervent tiegħu, ir- rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea tenna kemm il- Kummissjoni Ewropea hija inkwetata għall-istaġun tax-xitwa. Stqarr, li fl-20 sena kemm ilu jaħdem fis-settur tal-enerġija, qatt ma ra sitwazzjoni bħal dik tal-lum. Tkellem fuq "a triple crisis" – it-tibdil fil-klima, is- sigurtà tal-provvista u kriżi ta' affordabbiltà, fejn il-prezzijiet telgħu għal livelli bla preċedenti, b'ċittadini jagħżlu jekk isaħħnux id-djar tagħhom jew jieklu. Żied li l-azzjonijiet urġenti huma fuq tliet binarji: Li l-pajjiżi jkunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li titħaffef l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u li l-pajjiżi jħaffu l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Fit- for-55 package – il-pakkett ta' leġiżlazzjonijiet li jwasslu lill-istati Ewropej għall-miri klimatiċi tal- 2030. Ma kienx qed jeseġera: Il- Kummissjoni Ewropea ppreparat il-mekkaniżmu biex x'ħin tiskatta t-talba, il-pajjiżi jnaqqsu l-użu tal-gass bi 15%. Fil-każ ta' Malta ksibna deroga minn dan it-tnaqqis, iżda dan ma jfissirx li ma rridux nagħmlu l-parti tagħna wkoll. Għalhekk li bdejna naħdmu mal- ewwel. Bdejna bil-binjiet pubbliċi u monumenti, fejn id-dawl jintefa' minn nofs il-lejl 'l quddiem. Din l-inizjattiva intlaqgħet tajjeb ukoll mis-settur privat, li avviċinawna biex huma wkoll jagħmlu l-parti tagħhom, b'miżuri li jistgħu jagħmlu d-differenza. Fil-fatt, bħalissa qed jiltaqa' tim tekniku biex jipprepara lista ta' proposti li jistgħu jiġu implimentati mis- settur privat. Il-familji wkoll jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom billi joqgħodu attenti li jnaqqsu l-ħela. Se nkunu qegħdin nagħmlu kampanja biex anke' l-familji u d-djar ikunu parti minn din l-inizjattiva. Il-Kummissjoni Ewropea iżda m'hijiex qed tillimita ruħha biss ghat-tnaqqis tal-gass. Tajjeb hawnhekk li wieħed jiem li filwaqt li f 'pajjiżna ammont kbir ta' elettriku jiġi prodott mill-gass, pajjiżi oħra għandhom sorsi oħra. Fost l-oħrajn dawn jinkludu wkoll il-faħam, iż-żejt u anke' n-nukleari u impjanti hydro, per eżempju, li minnhom jiġi prodott id-dawl. Għalhekk li issa l-Kummissjoni Ewropea qed tgħid li trid li jkun hemm tnaqqis mandatorju fl- ammont ta' elettriku li l-pajjiżi jużaw. Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea ħarġet set ta' proposti biex jitnaqqas l-użu tal-elettriku. Nhar il-Ġimgħa flimkien mal- Ministri tal-Enerġija fl-Unjoni Ewropea se nkunu qed niltaqgħu ġewwa Brussell għal laqgħa oħra urġenti tal-Kunsill tal-Ministri biex niddiskutu dawn il-proposti ġodda. Il-pożizzjoni tagħna tibqa' dik li dejjem ħdimna għaliha: Stabilità għall-familji u li naħdmu biex ma nipperikolawx l-impjiegi u ma jinħoloqx xkiel għall-investiment privat. Se nibqgħu ninsistu fuq din il-pożizzjoni u se naħdmu biex nibqgħu nħarsu lil pajjiżna u l-familji tagħna. L-instabilità ġeopolitika li għaddejja l-Ewropa u d-dinja minnha bħalissa qed tħalli impatt negattiv fuq is-settur tal-enerġija, li aktar minn xejn tkompli tenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-pajjiżi membri jsaħħu l-awtonomija tagħhom fil- produzzjoni tal-enerġija. Qed jiżdied il-kunsens li jrid ikun aċċellerat l-investiment fl-infrastruttura ta' enerġija nadifa, inkluż f 'pajjiżna. Il-pjan tal-enerġija għal pajjiżna iħares lejn l-enerġija rinnovabbli bħala wieħed mill-pilastri għall-iżvilupp ta' dan is-settur – mhux biss fit- tisħiħ tas-sigurta tal-provvista u d-diversifikazzjoni, imma anke bħala settur ġdid għall-ekonomija l-ħadra. Qed inħarsu lejn alternattivi għal Malta – bl-ispazju limitat tagħna, investimenti ta' offshore renewables jibqgħu l-għażla naturali jekk irridu nilħqu livelli għolja ta' enerġija rinovabbli. Din it-tip ta' teknoloġija tiswa' ħafna aktar minn proġetti ta' fuq l-art. Għalhekk, huwa importanti li leġiżlazzjoni u fondi Ewropej jinċentivaw l-investiment f 'dan il-qasam, billi jibgħatu messaġġ ċar lis-suq biex jimxi f 'din id-direzzjoni – direzzjoni li twassal għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, fis-sostenibilità tas-settur tal- enerġija filwaqt li jsaħħaħ is-sigurta tal-provvista. Fl-aħħar 10 snin, Malta żiedet l-investiment tagħha fil-qasam tal- enerġija rinnovabbli, tant li żidna l-produzzjoni ta' enerġija mir- rinnovabbli minn 3.8% fl-2013 għal fuq minn 10% illum. L-impenn tiegħi huwa li nkomplu nżidu dan l-ammont. Il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn teknoloġija offshore hija ċarament it-triq 'il quddiem għal pajjiżna u qed naħdmu biex niżviluppaw framework għal floating offshore renewable energy. Irridu li jkollna minn tal-inqas kapaċità ta' 50MW sal-2030. Flimkien mal-Ministeru tal- Finanzi, qed naħdmu flimkien dan il-pjan isir realtà. Il-Ministeru tal-Finanzi fil-fatt ħareġ dik li tissejjaħ pre-market consultation għal proposti ta' attivitajiet ekonomiċi fl-Exclusive Economic Zone ta' Malta. Din hija opportunità għal investimenti f 'offshore renewables. Dan ifisser ukoll li issa huwa ċ-ċans biex nħarsu lejn Repower EU u l-Fond tal-Innovazzjoni biex tissaħħaħ din it-tranżizzjoni. Fl-istess ħin, l-impenn tal-Gvern huwa li nkomplu ninċentivaw lin-negozji u d-djar biex jinvestu f 'sistemi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Huma diversi l-iskemi eżistenti u nħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu użu minnhom. Dawn l-inizjattivi huma intiżi sabiex nassiguraw produzzjoni u konsum li huma sostenibbli u li fl-istess ħin kapaċi joħolqu tkabbir u opportunitajiet ta' green jobs. Huwa fatt illi l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali huma akbar meta nagħtu priorità lil green investments. Kommessi illi naħdmu għal futur sostenibbli għal ġenerazzjonijiet tal-llum u ta' għada. Se nkomplu naħdmu biex bħala Gvern, u bħala pajjiż, nkunu ta' eżempju għal pajjiżi oħra. Fl-aħħar mill-aħħar, li nilħqu l-miri tad- dekarbonizazzjoni sal-2050 iservi ta' ġid għal kulħadd, b'mod speċjali fid-dawl tat-tibdil fil-klima li qed iħalli impatt negattiv kullimkien. Fl-aħħar 10 snin, Malta żiedet l-investiment tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, tant li żidna l-produzzjoni ta' enerġija mir-rinnovabbli minn 3.8% fl-2013 għal fuq minn 10% illum. L-impenn tiegħi huwa li nkomplu nżidu dan l-ammont

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022